Illum previous editions

ILLUM 8 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489654

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 aħbarijiet 'Dawk responsabbli għall-iskart maħruġ bl-addoċċ għandhom jibdew jiġu ippenalizzati' ANTHEA CACHIA Sena ġdida, skeda ġdida tal-ġbir tal-iskart. Filwaqt li għal ħafna din il-bidla jaf kienet pożittiva biex nibdew is-sena bit-tajjeb, għal oħrajn fissret aktar ġenn biex jippruvaw jimu rutina ġdida. Fil-fatt is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Alfred Grima saħaq li kien ikun aktar għaqli li kieku din l-iskeda kienet tiġi posposta b'xahar mhux jiem wara l-festi, hekk kif din setgħet kienet ta' xkiel u tat inqas ċans biex in-nies jidrawha. Ħafna irrimarkaw fuq Facebook illi, "minkejja li l-awtortajiet kienu ilhom ġimgħat javżaw dwar din il- bidla, ħafna nies xorta ma ħarġux il- borża t-tajba." B'reazzjoni għal dan l-ILLUM, l-għada li ġiet introdotta din il-bidla – jiġifieri t-Tlieta 3 ta' Jannar - marret f 'sitt lokalitajiet madwar Malta; Birkirkara, in- Naxxar, il-Mosta, San Pawl il-Baħar, San Ġwann u Tas-Sliema, bil-għan li tara x'inhu jiġri fit-toroq u jekk kienx hemm kambjament mill- ġurnata ta' qabel, jew le. B'mod ġenerali fil-partijiet li marret fihom l-ILLUM, seta' jiġi nnotat li l-maġġoranza tal-iskart fuq il-bankini kienu tal-borża s-sewda, kif skedat dakinhar. Minn naħa l-oħra l-aktar skart "irregolari" li kien preżenti kienu dak tal- borża l-ġriża, jiġifieri tar-riċiklaġġ. L-ILLUM tirrimarka li filwaqt li kien hemm ċertu żoni illi fihom kien hemm preżenza aktar qawwija ta' skart irregolari, kien hemm żoni oħra li kienu kompletament konformi mar-regoli l-ġodda, mingħajr xi borża griża 'l hemm jew 'l hawn. Minkejja li l-ILLUM żaret diversi żoni, din il-gazzetta marret ukoll għand is-Sindki ta' dawn l-istess irħula biex tieħu stampa aktar ċara ta' kif ir-residenti qed jirreaġixxu għal din il-bidla. Sindku tgħid li l-lokalità marret tajjeb, ieħor jgħid li marret tajjeb f 'żoni partikolari aktar minn oħrajn, ieħor iħoss li għadu kmieni u l-ieħor iħoss li kważi kollox "back to square one." 'Morna tajjeb' – Is-Sindku Anne Marie Muscat Fenech Adami Is-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami, b'pożittività innotat li n-Naxxar, b'mod ġenerali, mar tajjeb. Tant hu hekk li l-Kunsill ħa l-inizjattiva wkoll li jmexxi l-ħin tal-ġbir tal- iskart għad-9:00 a.m. biex aktar nies jilħqu joħorġu l-iskart. Minn naħa l-oħra l-ikbar problema għall-Kunsill tan-Naxxar huwa n-nuqqas ta' riċiklaġġ kif suppost u r-rimi tal-iskart goff bl- addoċċ. "Għandna s-servizzi b'xejn. Dak huwa d-dispjaċir tagħna li tagħmel diversi inizjattivi biex tindirizza l-problemi u n-nies ma jagħtux kas." Hija żiedet tgħid li mhux l-ewwel darba li rat siġġijiet ħdejn il-bring in sites, minkejja li wieħed jista' jċempel lill-kunsill illi joffri li jiġbor l-iskart goff dirett minn mal- bieb tad-dar, b'xejn. "La hemm is-servizzi, mela m'għandux ikun hemm skużi u jekk wieħed jarmi barra qed iniġġeż l-ambjent. Aħna rridu kwalità ta' ħajja aħjar għar- residenti." L-ILLUM tistaqsi wkoll fuq l-iskema tal-Beverage Container Refund Scheme (BCRS) u filwaqt li tisħaq li bħalissa l-unika magni li hemm fin-Naxxar huma dawk ġewwa s-supermarkets (kummerċjali) hija qalet lil din il- gazzetta li se tkun qed titwaħħal l-ewwel magna pubblika tal-BCRS. Muscat Fenech Adami irrimarkat li tixtieq li hemm aktar spazju biex jiżdiedu aktar magni "għax in-nies ħadu inizjattiva u qed jagħmlu użu sew minnhom, iżda l-ispazji huma limitati." Intant fuq l-infurzar Muscat Fenech Adami sostniet li huwa importanti li jkun hemm id- dixxiplina, mhux biss fl-iskart u r-rimi ta' fliexken tal-plastik. Fil- fatt hija żiedet tgħid li ħafna drabi n-nies ma jagħtux każ meta jiġu mwissija iżda l-folja tinqaleb meta ikunu jafu li jistgħu jaqilgħu multa. "Minkejja li l-maġġoranza tar- residenti dejjem jikkoperaw u jirriċiklaw kif suppost, għandhom ikunu r-residenti stess li jagħmlu l-almu tagħhom biex ikollna riżultati tajbin," temmet tgħid Muscat Fenech Adami. 'L-infurzar, jew in-nuqqas tiegħu, jibqa' problema kbira f'Tas-Sliema' – Is-Sindku John Pillow Fuq l-istess ħsieb, is-Sindku ta' Tas-Sliema John Pillow saħaq li l-infurzar, jew aħjar in-nuqqas tiegħu, hija ta' problema kbira. Fil-fatt jgħid li għal din il-lokalità, din hija problema ikbar għaliex mhijiex lokalità li jgħixu fiha biss il- familji iżda hemm diversi 'holiday homes', villeġġjaturi u lukandi li jagħmilhom ferm aktar diffiċli biex jimxu mal-iskedi tar-rimi tal-iskart. Pillow stqarr li ġurnata biss wara li l-iskeda daħlet fis-seħħ "għadu wisq kmieni biex nara l-andament ta' din il-bidla." Minkejja dan, stqarr li kien Infurzar, infurzar u aktar infurzar. Hekk qed jitolbu u jistennew is-Sindki tan-Naxxar, ta' Tas-Sliema, ta' San Pawl il-Baħar u ta' San Ġwann mal-ILLUM ftit jiem wara li ġiet introdotta l-iskeda tal-ġbir tal-iskart il-ġdida u ġimgħat wara l-introduzzjoni tal-magni tal-BCRS Anne Marie Muscat Fenech Adami John Pillow

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 January 2023