Illum previous editions

ILLUM 8 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489654

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 sorpriż li fl-ewwel jum ma kienx hemm daqstant boroż maħruġa ħażin daqs kemm antiċipa. Huwa spjega li normalment kull nhar ta' Tnejn kienu jinħarġu l-borża l-griża u dik organika u għaldaqstant qal li ma tantx ra boroż ta' riċiklaġġ barra. Pillow żied li fost ir-residenti hemm ħafna tgergir fuq il- kollezzjoni tal-iskart imħallat, jiġifieri l-borża s-sewda, għaliex minn tliet darbiet fil-ġimgħa dan se jibda' jinġabar darbtejn biss. "Mhux biżżejjed," qal Pillow. Pillow reġa' għamel referenza għall-infurzar u staqsa, "meta r-residenti tal-holiday homes jiġu għal vaganza taħseb li se joqgħodu jisseparaw? Żgur li le." 'Għalkemm mhux ħażin li ssir bidla, tieħu l-ħin biex twassal il-messaġġ lin-nies' – Is-Sindku Alfred Grima Mhux l-ewwel darba li smajna lis-Sindku Alfred Grima, bħal membri oħra tal-Kunsill Lokali, jkun voċiferu fuq l-iskart f 'San Pawl il-Baħar, l-akbar lokalità ta' Malta. "Din ma kellhiex tidħol fis-seħħ eżatt wara l-festi u kien ikun aħjar li kieku l-pjanijiet ġew posposti għal xahar ieħor, kif issuġġerejna aħna," qal Grima. Huwa spjega li b'dan il-mod, l-awtoritajiet kienu jagħtu aktar ċans biex jixxerred il-messaġġ. Huwa qal mal-ILLUM li persuna hija obbligata li titfa' x'titfa' fit-triq xorta żżom l-indafa, kemm jekk hux borża tal-iskart, jekk hux skip jew xi magna tal-BCRS. Hawn l-ILLUM għamlet referenza għal dak li qal Grima stess it jiem qabel fuq dawn il-magni u li jekk ma jitnaddafx l-iskart li n-nies kienu qed iħallu mal-magna tar-riċiklaġġ, kien lest li jimblokkahom. Fil-fatt fuq dan huwa qal li "jiena ma nagħtix tort ta' min jopera l-magni tal-BCRS iżda lin-nies irresponsabbli li jagħmlu mandra mal-madwar." Intant huwa sostna li b'din il-bidla qiegħed iħoss li kważi kollox "back to square one." Mistoqsi fuq hekk huwa stqarr li sa tliet snin ilu f 'San Pawl il-Baħar il-problema ta' skart kienet ħafna ikbar minn dik ta' issa u li frott tal-ħidma tal-kunsill irnexxielu jasal għand in-nies biex joħorġu l-iskart meta suppost u kif suppost. Huwa żied li mhux faċli għar-residenti lanqas, li filli tkun drajt mod imbaghad ikollok tibdel kollox. "Għalkemm mhux ħażin li ssir bidla sakemm din tasal għand in- nies tieħu ż-żmien," qal Grima. Grima jaqsam il-popolazzjoni ta' San Pawl il-Baħar fi tliet kategoriji. L-ewwel kategorija hija magħmula minn dawk li jimxu mar-regoli iżda li għadhom ma drawx is-sistema l-ġdida. Huwa fakkar ukoll f 'din il- kategorija jaqgħu ukoll l-anzjani li jaf isibuha diffiċli biex jidraw. "It-tieni kategorija hija magħmula minn dawk li jiġu jaqgħu u jqumu fi xħin joħorġu l-iskart. L-aħħar kategorija hija magħmula minn nies li jgħixu f 'appartamenti mikrija bħala 'short lets' u li sa issa r-riforma għadha ma indirizzatx," kompla Grima. Fuq tlieta toqgħod il-borma u Grima ukoll jagħmel aċċenn għall-infurzar. Huwa sostna li l-kunsilli lokali għadhom ikollhom l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom tas-sidien ta' dawn l-appartamenti. "Minħabba f 'hekk il-kunsilli qed jiddependu mill- infurzar tal-Gvern, li kulħadd jaf li fejn jidħol l-ambjent, huwa ineżistenti." Fl-aħħar Grima temm b'appell lill-Gvern. Jgħid li bħala Sindku, "nistenna li dawk responsabbli għall-iskart maħruġ bl-addoċċ jiġu penalizzati għan-nuqqasijiet li jagħmlu għal tal-apposta jew għax verament ma jinteressahomx u mhux dawk li jagħmlu żball ġenwin u jinsew liema borża jridu joħorġu." 'L-agħar problema hija r-rimi bl-addoċċ, iżda l-kameras li għamilna qed jaħdmu u n-nies tħarrku ' – Is-Sindku Trevor Fenech Waħda mil-lokalità li żaret l-ILLUM kienet ukoll San Ġwann li s-Sindku tagħha, Trevor Fenech, qal li ħafna mir-residenti ħarsu r-regoli ġodda u ħarġu l-iskart kif kien suppost. "Sintendi kien hemm min ħareġ il-borża l-ħazina iżda r-residenti b'mod ġenerali kollha kkoperaw," qal Fenech. Min-naħa l-oħra jirrimarka li l-ikbar problema f 'dan il-każ kienu l-blokok ta' appartamenti li jikru lin-nies. Jgħid li kien hemm persentaġġ ta' nies li kuntrarju għar- residenti li jaf ilhom jgħixu hemm is-snin, ma kinux daqshekk kawti meta ħarġu l-iskart mir-residenza li qed jgħixu fiha. Fenech ukoll isostni li minkejja li din il-bidla ħalliet riżultati nkoraġġanti, jibqa' l-problema ta' rimi bl-addoċċ u f 'postijiet fejn mhux suppost. Minkejja dan jisħaq li issa li l-Kunsill installa numru ta' kameras u bl-għajnuna ta' GreenPak u l-ERA qed jitħarrku persuni li jinqabdu. Jgħid li l-istess jiġri ħdejn magna partikolari tal-BCRS li mhux kummerċjali li l-problema nnifisha mhix il-fliexken tal-plastik iżda qal li meta xi ħadd iħalli xi kaxxa tal-kartun dak li jkun pront iħalli l-boroż tal-iskart hemm. Fil-fatt Fenech stqarr mal-ILLUM li mit- tnedija tagħhom għamel l-ewwel ġimgħa jnaddaf wara n-nies iżda "issa dak kollu li jinsab fil-madwar tal-magni qed jitnaddaf mill- kumpanija stess." Alfred Grima Trevor Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 January 2023