Illum previous editions

ILLUM 8 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489654

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

Issa huwa ikkonfermat. Mhux f 'Malta biss iżda madwar id- dinja kollha l-prezzijiet tal-ikel mhux għolew, imma splodew matul l-2022 tant li laħqu ċifri rekord. Ikkonfermat ukoll mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tal-Ġnus Magħquda (FAO) illi ż-żidiet fiż-żjut tal- ħaxix u l-qmuħ huma riżultat ta' żewġ fatturi: In-nixfiet li qed jesperjenzaw diversi żoni madwar id-dinja, grazzi għall-bidla fil- klima u l-gwerra fl-Ukrajna. L-FAO qalet illi din iż-żieda fil-prezzijiet qed twassal għal problema ta' ġuħ madwar id- dinja. Tant hu hekk li l-istess Ġnus Magħquda din il-ġimgħa rrapportat kif madwar 71 miljun persuna madwar id-dinja bħalissa qed jesperjenzaw faqar, b'riżultat dirett tal-prezzijiet tal-ikel u l-prezzijiet tal-enerġija. L-Indiċi tal-ikel tal-FAO, li tieħu kont xahar b'xahar tal- prezzijiet tal-ikel, juru kif iż-żieda kienet waħda astronomika ta' medja ta' 143.7 fl-2022, jiġifieri żieda 14% fil-prezzijiet tal-ikel meta mqabbel mal-2021. Dan meta fl-2021, il-prezzijiet tal-ikel kienu diġà żdiedu bi 28%. L-FAO tasal għal dan il-kalkolu wara li tieħu l-prezz ta' ikel bħal ċereali, qmuħ, laħam u zokkor. L-uniku it xaqq ta' dawl kien tnaqqis ta' 1.9% fil-prezzijiet fi tmiem is-sena, b'riżultat ta' tnaqqis fil-prezz taż-żejt tal-ħaxix u tnaqqis fil-prezz taż-żejt. Il-Kap Ekonomista tal-UN Maximo Torero qal illi filwaqt li kwalunkwe tnaqqis huwa tajjeb, huwa importanti li l-Gvernijiet u l-Ġnus Magħquda jibqgħu viġilanti u ffukati sabiex inaqqsu minn nuqqas ta' sigurtà fil- provvista tal-ikel. L-invażjoni Russa naturalment kienet ir-raġuni wkoll għaliex din is-sitwazzjoni ggravat, hekk kif l-Ukrajna u r-Russja huma fornituri ewlenin tal-qamħ, speċjalment għall-Afrika, l-Ażja u l-Lvant Nofsani. F'Lulju li għadda kien intlaħaq qbil biex jgħaddu vapuri mill-Baħar l-Iswed b'kunsinji ta' ikel, anke jekk dan għamel it biex jreġġa' lura l-effetti tal-prezzijiet li kienu diġà għolew sew. Jidher illi dan kollu qed jaffetwa l-aktar pajjiżi fl-Afrika, bħall- Etjopja u s-Somalja, li kellhom livelli baxxi mmens ta' xita b'eluf imutu diġà u eluf ta' familji oħrajn jitilqu minn djarhom biex ifittxu ikel u ilma. 14 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 • illum Il-prezzijiet tal-ikel għolew b'14% fl-2022 grazzi għan- nixfa u l-gwerra fl-Ukrajna - Il-Ġnus Magħquda Dan apparti li n-nuqqas ta' xita f'pajjiżi fl-Afrika qed twassal għal kriżi umanitarja... Pemrezz ta' avviż legali il-Gvern reġa' daħħal miżura restrittiva marbuta mal-ivvjaġġar u l-Covid-19 biex b'hekk kwalunkwe persuna li tkun ġejja Malta miċ-Ċina irid ikollha fil-pussess tagħha ċertifikat negattiv tal- Covid tat-tip Rapid Antigen Test, li jkun sar mhux aktar minn 48 siegħa qabel il-persuna tkun waslet Malta. Dan mhux se jkun jgħodd għal tfal ta' 11-il sena jew inqas. Din il-miżura tiġi wara laqgħa tal-esperti ewropej li inkoraġixxew b'mod b'saħħtu li pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jieħdu dan il-pass u jesiġu testijiet tal-Covid mingħand dawk ġejjin miċ-Ċina. In-numri ta' każi tal-Covid fiċ-Ċina - minn fejn kienet oriġinat il-pandemija inizzjalment - wasslet għal biża' ta' varjanti ġodda tal-virus li jistgħu jwasslu biex il-Covid-19 tinfirex aktar malajr. Matul il-jum tal-bieraħ fiċ-Ċina kien hemm total ta' 9.548 każ ġdid, l-ogħla numru ta' każi f 'xhur sħaħ. Ġej miċ-Ċina? Teħtieġ test negattiv tal- Covid-19 inkella ma tidħolx Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 January 2023