Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490636
18 Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo opinjoni IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 • illum Iż-żiemel ta' Trojja I l-mitoloġija Griega tgħal- limna ħafna u huwa tajjeb li kultant nagħtu ftit kas. Waħda minn dawn it-tagħlimiet hi dwar ir-riga- li. Kultant dawn ikunu rigali finta għax, xi drabi, warajhom jinħbew motivi li xejn ma jkunu sbieħ! Tagħlima partikolari toħroġ fl- Ilijade, ir-rakkont ta' Omeru dwar il-gwerra ta' Trojja, rakkuntata ukoll fl-Anejadi, kapulavur tal-poeta Ruman Virgilju. Virgilju jagħtina l-parir biex noqgħodu attenti mill-Griegi meta dawn, b'ħafna ħlewwa, jiġu joffru r-rigali. L-osservazzjoni ta' Virgilju hi referenza għaż- żiemel ta' Trojja, żiemel tal- injam li s-suldati Griegi ħallew barra s-swar tal-Belt assedjata ta' Trojja. Kif nafu, moħbija f 'dan iż- żiemel/rigal kien hemm suldati armati Griegi li matul il-lejl, meta fi tmiem l-assedju ta' Trojja iddaħħal fil-belt b'ċelbrazzjoni, issarraf f 'ħerba għax minnu ħargu s-suldati armati. Dan hu t-tifsira taż-żiemel ta' Trojja! In-nomina ta' George Hyzler minn Robert Abela, għan- nom tal-Gvern, biex dan ikun membru tal-Qorti Ewropeja tal- Awdituri hu rigal minn dawn. Bħaż-żiemel ta' Trojja, dan kien rigal li l-Oppożizzjoni kellha toqgħod attentat minnu: kien intenzjonat li jkollu effetti oħra li mal-ewwel daqqa t'għajn ma jidhrux. Kważi kulħadd jaqbel li George Hyzler ħadem sewwa bħala Kummissarju dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika. Anke l-Gvern jaqbel! Tant qabel li offrielu promozzjoni: karrotta tad-deheb li kien diffiċli li jirrifjutaha. Hyzler ingħata promozzjoni biex ikun jista' jitwarrab minn fejn kien u riżultat ta' hekk ikun hemm xewka inqas tiġri mas- saqajn. Fil-fehma tiegħi ma hemm l-ebda mod ieħor kif tista' tinterpreta dak li ġara. In-nomina ta' Hyzler bħala membru tal-Qorti Ewropea tal- Awdituri hi parti mil-logħba ta' manuvri politiċi ta' Abela. Ħafna drabi jimmanuvra b'ta' madwaru. Permezz tan-nomina ta' Hyzler imma, irnexxielu jpoġġi lill- Oppożizzjoni f 'posizzjoni ta' diffikultà, li Bernard Grech ma rnexxielux jinduna biha minn kmieni u allura ma rnexxielux jevita. L-Oppożizzjoni messha ġibdet l-attenzjoni ta' Hyzler li kien mistenni li hu jservi t-terminu kollu li għalih inħatar bħala Kummissarju għall- Istandards fil-Ħajja Pubblika. Fiċ-ċirkostanzi politiċi ta' llum, Hyzler qatt ma messu aċċetta n-nomina bħala membru tal- Qorti Ewropeja tal-Awdituri. L-iskop tan-nomina messu kien ċar anke għal min għadu jibda fil-politika! Sfortunatament donnu li kulħadd induna x'kien qed jiġri, ħlief l-Oppożizzjoni. Dan hu l-kuntest għad- dibattitu Parlamentari kurrenti dwar l-emendi proposti għal- liġi dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika. Uffiċjalment l-emendi proposti kellhom l-iskop li jħollu l-problema f 'każ li ż-żewġ terzi ma jintlaħqux (anti-deadlock mechanism). Meta ż-żewġ terzi meħtieġa biex jinħatar il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ma jintlaħqux f 'żewġ votazzjonijiet konsekuttivi, b'ġimgħa bejniethom, hu propost li minn hemm 'il quddiem tkun meħtieġa maġġoranza sempliċi biss biex tkun approvata l-ħatra. L-emendi proposti qed ifittxu li jeliminaw oġġettiv ewlieni tal-liġi eżistenti. Dan hu li, għalkemm il-Kummissarju tal- Istandards fil-Hajja Pubblika hu approvat mill-Parlament, għandu jgawdi ukoll il-fiduċja tal-Oppożizzjoni. (Jeżistu liġijiet oħra li jipprovdu pożizzjoni ċentrali garantita għall-Oppożizzjoni: fost dawn hemm il-Presidenza tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi kif ukoll lir-rwol ta' Deputat Speaker.) Li l-persuna nominata tkun persuna ta' integrità bħalma hu Joe Azzopardi l-Prim Imħallef Emeritu, mhux biżżejjed. Il- fatt li mhux aċċettabbli għall- Oppożizzjoni hu minnu innifsu raġuni suffiċjenti u valida biex ma jkunx addattat għall-ħatra, sakemm hemm raġuni valida għal din l-oppożizzjoni. Ma hemmx ħtieġa li jkun nominat mill-Oppożizzjoni, imma għandu jkun persuna aċċettabbli għaliha. Il-Gvern qal li Bernard Grech, l-ewwel qabel man-nomina u mbagħad bidel fehemtu. Anke kieku dan kien minnu, dan hu irrelevanti għax il-persuna nominata għandha tkun aċċettabbli għall-Oppożizzjoni kollha u mhux biss għall-Kap tal-Oppożizzjoni. Il-Grupp Parlamentari għandu kull dritt li ma jaqbilx mal-Kap tiegħu kull meta jħoss il-ħtieġa għal dan. F'partiti politiċi demokratiċi, din mhiex xi ħaġa rari li issir. L-iskop kollu li l-ħatra tikseb l-approvazzjoni taż-żewġ terzi hu li jinħoloq l-iktar kunsens wiesa' possibli meta jinħatar Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika. Li titneħħa din il-ħtieġa għall-kunsens iwassal biex ikun imminat il- proċess kollu. Riżultat tal-ħtieġa ta' żewġ terzi biex tkun approvata l-ħatra, l-Oppożizzjoni m'għandiex biss is-saħħa li tkun determinanti fid-deċiżjoni, għandha wkoll l-obbligu li taġixxi b'mod responsabbli. Jiġifieri għandha l-obbligu li ġġib 'il quddiem raġunijiet validi biex issostni l-pożizzjoni tagħha. Anke l-Oppożizzjoni hi soġġetta għall- kontabilità. Id-dibattitu Parlamentari sadanittant qed idur mal-lewża. Il-Gvern irid jikkontrolla l-proċess kollu waħdu. Dan minkejja li diġà fil-prattika jikkontrolla d-deċiżjoni finali dwar kull investigazzjoni, kemm riżultat tal-maġġoranza Parlamentari kif ukoll in vista tal-kompożizzjoni tal-Kumitat Parlamentari dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika. Il-Partit Laburista fil-Gvern donnu iddeċieda li m'għadux essenzjali li min jinħatar tkun persuna aċċettabbli għall-Oppożizzjoni Parlamentari. Il-ħtieġa li jkun hemm kunsens qiegħed jitwarrab. Dan jimmina l-integrità tal-proċess kollu li bih huma regolati l-iStandards fil-Ħajja Pubblika. L-Oppożizzjoni, s'issa, għadha ma spjegatx għaliex qed topponi n-nomina tal-ħatra tal-Prim Imħallef Emeritu Joe Azzopardi. Għandha obbligu politiku li dan tagħmlu. Kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-PN ħadu pożizzjoni intransiġenti: Jew kif ngħid jien, inkella insa kollox, qed jgħidu. Flimkien qed iżarmaw dak li ħa ħafna żmien biex inbena. Dan hu li kapaċi tagħtina sistema Parlamentari ta' żewġ partiti! George Hyzler