Illum previous editions

ILLUM 22 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490636

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

Fis-sena 2022: Għal kull ħames jistennew tarbija f'pajjiżna, 06 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 • illum ANTHEA CACHIA Fl-2022 f 'pajjiżna, għal kull ħames nisa li kien se jkollhom tarbija, mara minnhom kellha korriment. Hekk irriżulta minn teżi u sondaġġ tal-fondatriċi tal-Għaqda mhux Governattiva (NGO) u l-Fondazzjoni Women for Women, Francesca Fenech Conti. Dan is-sondaġġ jinstiga lill-awtoritajiet ta' pajjiżna biex jagħmlu r-riċerka meħtieġa fuq ir-riperkussjonijiet ta' nuqqas ta' 'family planning', l-użu ta' kontraċettivi u kura tas-saħħa riproduttiva aktar adegwata, għal dawk li kellhom tarbija jew tilfuha. Il-maġġoranza ta' dan l-istudju huwa ikkonċentrat fuq l-użu ta' kontraċettivi u l-influwenzi soċjo-ekonomiċi li jwasslu biex wieħed jagħmel użu minn tip ta' kontraċettiv jew ieħor u r-raġuni għal dan. Madankollu jitratta wkoll it-tqala nnifisha, l-ippjanar tagħha jew in-nuqqas tiegħu. Minn 2,552 mara Maltija li ħadet sehem f 'dan l-istudju, 1,483 huma ommijiet. Bejniethom dawn kellhom 2,436 tifel u tifla, medja ta' madwar żewġt itfal għal kull mara. Minkejja dan, b'dispjaċir għal kull min hu affetwat, mhux kull tqala irriżultat fi twelid ta' wild, anzi! Meta dan l-istudju iqabbel iċ-ċifri ta' korrimenti ma' dawk irreġistrati fir-Renju Unit fl-2018, jirriżulta li r-rata Maltija hija ferm ikbar. Fil- fatt skont ċifri tas-Servizz tas-Saħħa Pubblika Ingliża (NHS), fl-2018 mara minn kull tmienja kellha korriment. Fenech Conti irrimarkat li Malta m'għandhiex reġistru ta' kull mara li korriet u għaldaqstant l-istatistika ta' dan l-istudju huwa minn sondaġġ li wettqet hi stess, fil-perjodu ta' Frar u Marzu, 2022. Mitejn ħamsa u erbgħin minn kull 1,000 parteċipant wieġbu illi kellhom korriment, li meta applikat għall-popolazzjoni ġenerali, jirriżulta f 'korriment wieħed għal kull ħames nisa tqal. Hija għamlet aċċenn ukoll għall- abort, hekk kif pajjiżna għadu l-uniku fl-Ewropa fejn dan huwa illegali f 'kull ċirkostanza. Minkejja dan, is-sondaġġ jindika li għal kull 1,000 tarbija mwellda xorta qed ikun hemm 41 tqala li tintemm b'abort. 'Ommijiet li kellhom trawma waqt it-tqala għandhom aktar ċans li jsofru minn post natal depression' Dan l-istudju jagħmel referenza għal dak li qalu numru ta' psikjatri u psikologi fuq trawma li tgħaddi minnha l-omm, inkluż korriment. Fil-fatt dawn l-esperti tas-saħħa jgħidu li llum għandhom biżżejjed evidenza li turi li l-ommijiet li jgħaddu minn korriment huma aktar vulnerabbli għal post-natal depression fi tqala sussegwenti, anke jekk it-tqala ma tkunx problematika. Fenech Conti, irrimarkat li l-effetti immedjati u fit-tul ta' korriment "ħafna drabi ma jittiħdux biżżejjed bis-serjetà. Għandu jkun hemm aktar informazzjoni biex jiġi determinat in-numru realistiku ta' korrimenti fost in-nisa li huma fl-età l-aktar riproduttiva." Hija saħqet li f 'diversi każi jkun hemm nisa li lanqas imorru l-Isptar meta jkollhom korriment. Fl-istess waqt tirrakkonta kif nisa li korrew u kienu rikoverati l-Isptar ma kellhomx esperjenzi pjaċevoli. Fil-fatt qalet li "diversi nisa ħarġu mill-Isptar b'sempliċiment leaflets u għalihom dan mhux sostenn biżżejjed waqt perjodu daqstant trawmatiku." "In-nisa li jsofru minn korriment għandhom jingħataw ir-rispett, id-dinjità, il-kura u t-trattamenti tas-saħħa meħtieġa wara episodju trawmatiku bħal dak," qalet Fenech Conti. It-teżi tal-attivista u l-fundatriċi ta' Women for Women Francesca Fenech Conti jitfa' d-dawl fuq l-użu tal-kontraċettivi, it-tipi l-aktar popolari u għaliex nisa li jqisu ruħhom aktar reliġjużi jagħżlu tipi ta' kontraċettivi inqas affidabbli. L-ILLUM tanalizza...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 January 2023