Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490636
10 analiżi IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 • illum Omiċidji li xxukkjaw lil Malta: Vanessa Il-ġrajja tal-omm u l-bint Vanessa u Ailey Grech hija waħda traġika. Vanessa, li kellha 22 sena u Ailey li kellha biss sena u ħames xhur inqatlu b'daqqiet ta' sikkina u bl-aktar mod krudili l-qattiel tefahom ġo bir mimli ilma, f '33 Triq Santa Katarina f 'Birżebbuġa. Liema dar Alfred Azzopardi – il-qattiel tagħom - kien jikri għas-sess. Vanessa kellha problema tad-droga u fil-fatt waħda mir- raġunijiet għal qtil tagħha jingħad li huwa proprju għalhekk, minħabba l-fatt li kienet qed titlob il-flus. Grech ġiet irraportata nieqsa fit-12 ta' Novembru 2001 mill-għarus tagħha Kevin Camezuli, hekk kif hi u bintha ma rritornawx fir-residenza ta' ommha, fil-Qrendi. Ir-rapport, li sar fis-7:30 p.m., jgħid li t-tfajla telqet mid-dar fis-2:30 p.m. u ħarġet bil-karozza tagħha Fiat Punto blu. Fil-fatt kienet din l-istess karozza li wasslet biex instabu l-katavri tal-omm u l-bint. X'ġara dakinhar tad-delitt? Xhud fil-ġuri - li seħħ erba' snin wara l-qtil doppju - Kenneth Ellul, li iddeskriva lilu nnifsu bħala "aktar minn ħabib ta' Vanessa" qal illi hija kienet tieħu d-droga u li darba kien mar magħha fiċ-Ċentru tad-Detox, fl-Isptar San Luqa. Vanessa kienet tieħu lil bintha kullimkien magħha u dakinhar li nqatlet ħaditha id-detox magħha wkoll. Ellul kien sostna li Grech kienet miżżewġa biċ- ċivil ma' raġel Għarbi, għalkemm eventwalment kienet marret tgħix ma' Camenzuli, l-għarus tagħha. Huwa mium li Ellul kienet tagħti l-flus lil xi ħadd iżda mhux ċar jekk kinitx tagħti l-flus lir-raġel tagħha jew lil Camenzuli. Iżda min hu eżattament il- qattiel? Alfred Azzopardi, Żejtuni li dak iż-żmien kellu 42 sena, huwa missier ta' żewġt 'itfal u kien issepara tliet snin qabel ma' ltaqa' ma' Vanessa. Azzopardi kien jaħdem bħala auxiliary worker mal-Forzi Armati ta' Malta u bħala cleaner fl-Air Squadron f 'Ħal Luqa. Huwa kien sostna li kien iltaqa' mal-vittma ġewwa bar f 'Tas-Sliema madwar sena u nofs qabel il-qtil u minn dakinhar baqgħu jiltaqgħu għas- sess. Eventwalment waqt il-ġuri kien qal li ddispjaċih li qatilhom għax kien iħobbha lil Vanessa u kemm il-darba taha xi flus, tant li ħallsilha xi djun. Skont l-Att tal-Akkuża ta' Azzopardi, huwa kien kera d-dar f 'Birżebbuġa, f 'Lulju tal-2001 – erba' xhur qabel id-delitt - mhux għax kien jgħix fiha iżda għax kien iħalliha għal meta kien ikollu x'jaqsam ma' xi mara. Qabel ma kellhom dan il-post Azzopardi u Vanessa kien ikollhom x'jaqsmu xorta f 'xi għalqa jew fil-karozza u li dejjem kien ikollha lil Ailey magħha. Fl-Att tal-Akkuża ingħad li minkejja dak li qal Ellul, Grech ma kinitx miżżewġa. Apparti minn hekk jingħad li Ailey ma kinitx bint Azzopardi iżda ta' raġel ieħor. Jumejn wara li ġiet irraportata nieqsa, instabet il-karozza ta' Grech quddiem il-bieb tad-dar u kien hemm li l-Pulizija iddeċidiet li tidħol fid-dar. Hemm instabu tbajja u traċċi tad-demm li baqgħu sejrin sal-ħerża tal-bir, ġol bitħa. Eventwalment fil-ġuri, l-Ispettur Walter Spiteri kien xehed li d-dar kellha riħa qawwija ħafna ta' demm, tant li kienet saħansitra tinxtamm minn barra. Peress li l-bir kien mimli bl- ilma, saret operazzjoni mill- ħaddiema tal-Protezzjoni ċivili li ħadet ħin twil. Fis-2:15 a.m., il-pulizija sabet il-katavri, tliet ijiem mir-rapport tal-għejbien tagħhom. Ix-xena li raw meta ttellgħu l-katavri ma kienet xejn pjaċevoli. Kien evidenti li t-tnejn kienu mietu b'daqqiet ta' sikkina. Vanessa kienet qalgħet 11-il daqqa ta' sikkina, filwaqt li ċ-ċkejkna Ailey kienet qalgħet erba' daqqiet. Malli nstabu fil-bir, Pulizija niżel fil-bir u kebbeb lit-tarbija f 'kutra. Eventwalment il-Pulizija interrogat lil Azzopardi hekk kif il-kirja kienet fuq ismu. Azzopardi ma kienx konsistenti fit-tweġibiet tiegħu fil-fatt l-Assistent Kummissarju ta' dak iż-żmien Michael Cassar waqt il-ġuri xehed li meta ġie interrogat, f 'temp ta' 15-il minuta biddel l-istorja tliet darbiet. Fil-fatt darba minnhom saħaq li meta kienu d-dar daħal xi ħadd li ried jaqra l-meter tad- dawl u kien ħebb għal Grech. Wara t-tielet storja fl-aħħar ammetta dak li kien għamel iżda waqt ix-xhieda tiegħu fil- ġuri kien hemm diskrepanzi kbar inkluż li tilef il-memorja. Kien inkonsisteni wkoll meta rrakkonta jekk kellhomx x'jaqsmu ma' xulxin jew le. Dakinhar tad-delitt qalilha li kien sejjer Birżebbuġa u li kien se jistenniha fil-każin tal-Partit Laburista. Il-qattiel kien xehed li dakinhar kellu "borża ħelu għat- tifla lesta, kif kont nagħmel dejjem meta kienet tiġi." Waqt l-interrogazzjoni huwa rrakkonta li kienu marru fil-kamra tas-sodda u neżgħu l-ħwejjeġ. Hawn tidħol diskrepanza oħra, ta' fejn kienet it-tifla. Oriġinarjament huwa kien qal li Vanessa kienet ħalliet lit-tifla fis-salott – it 'il bogħod mill-kamra tas-sodda – mentri fil-ġuri huwa kien qal li t-tifla tefatha f 'waħda mis-single beds (li kienet magħquda mas- sodda l-oħra biex jagħmlu waħda kbira). Xettiku, l-Imħallef Joseph Galea Debono kien irrimarka li mhux sew li kienu għamlu atti sesswali u neżgħu quddiem tifla ta' sena. Huwa kien irrimarka li kien jiddispjaċih u li din kienet ġrat dakinhar biss. Huwa kien spjega li Grech talbet Lm1,000 iżda kien irriuta. Azzopardi saħaq li rriuta u kien hemm li Grech ħarġet sikkina u ħebbet għalih. Fl-Att tal-Akkuża kien indikat li filwaqt li Grech kellha s-sikkina f 'idejha, ma kinitx hedditu biha. Huwa saħaq li prova jieħu s-sikkina minn idejha biex ma tweġġax lilha nnifisha, lilu jew lit-tifla. Avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Mark Said irrimarkalu hekk: "Tajt 11-il daqqa ta' sikkina lil Grech iżda imbagħad qed tisħaq li pruvajt tieħu s-sikkina minn id Grech biex ma tweġġax lilha nnifisha jew lil bintha. Eventwalment, qtilt lit- tifla wkoll." Azzopardi kien qal li qabadha minn għonqa u taha ħafna daqqiet ta' sikkina f 'sidirha u partijiet oħra ta' ġisimha. Ġisem Grech imtela kollu demm, hija ntilfet minn sensiha u mietet wara it ħin. L-ewwel darba li ammetta l-ħtija Azzopardi kien qal li t-tifla daħlet fil-kamra meta semgħet lil ommha tibki bl-uġigħ u kien hemm li qatilha. Min-naħa l-oħra waqt il-ġuri huwa kien qal li Ailey kienet f 'idejn ommha qabel ma nqatlet u laqat lit-tifla. Għalhekk l-ewwel verżjoni ta' kif kien qatel lit-tifla hija li meta Ailey daħlet fil-kamra huwa kien qabadha minn daharha tefagħha fuq is-sodda ħdejn ommha u ta erba' daqqiet ta' sikkina. "Kont naf li mejta meta waqfet tibki," qal Azzopardi. Meta ġie mistoqsi jekk qatilhiex biex jaħbi r-reat huwa wieġeb li "kienu se jiskopru l-qtil xorta waħda." Waqt il-ġuri huwa kien qal li ma riedx joqtolhom iżda ma baqax jirraġuna sew wara li kien intlaqat mis-sikkina waqt l-argument ma' Vanessa. Huwa prova jikkonvinċi lil ġurati li lanqas seta' jiakar dak li kien għamel u li nesa' li kien tefahom fil-bir għax kien taħt xokk. Madankollu Said fakkru li huwa kien jaf x'kien qiegħed jagħmel meta ġarr lil omm sal- bir, tefaha rasha l-isfel "mingħajr problemi", għamel l-istess b'bintha u tefa' il-lożor imċappsa bid- dmijja, il-handbag u l-arma li qatilhom biha ukoll. Fl-aħħar tal-ġuri Azzopardi nstab ħati bi tmien voti minn disgħa u għaldaqstant ingħata sentenza ta' għomor il-ħabs. ANTHEA CACHIA Lino Cauchi - midfun fiċ-Chadwick Lakes, Simone Grech - maqtulha b'daqqiet ta' sikkina wara li ġiet imsawta, Sylvia King - maħruqa f 'karozza, Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski - sparawlhom f 'dahrom, Alfie Rizzo – inqatel fil-post li tant għamlu popolari u Gaetano Romano – jinstab b'sitt imsiemer f 'rasu. Dawn huma uħud mill-aktar delitti xokkanti, makabri u it minnhom taħt mantell ta' misteru sa llum. L-ILLUM se tkun qed tirrapporta fuqhom fil-ġimgħat li ġejjin. Għal din il-ġimgħa, din il-gazzetta tirrakkonta l-istorja tal-qtil makabru ta' Sylvia King u ta' Vanessa u bintha Ailey Grech li minkejja li l-każ tagħhom mhuwiex magħruf daqs ta' King, huwa ugwalment makabru għall-aħħar... speċjalment għax l-omm u l-bint spiċċaw ġo bir wara l-qtil tagħhom. Vanessa u Ailey Grech Alfred Azzopardi qatel lil Vanessa u Ailey Grech