Illum previous editions

ILLUM 22 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490636

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 • illum Tasal f'Malta l-karozza speċjalizzata biex persuni b'diżabilità jitħarrġu fiha POSTIJIET TA' AVUKAT FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Jobsplus Vacancy No. 387566, Permit No. 428/2022) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat u mill-inqas, sena esperjenza fil-prattika tal-professjoni wara li jkunu ingħataw il-warrant. POSTIJIET TA' TRAINEE LAWYER FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Jobsplus Vacancy No. 387556, Permit Nos. 429/2022) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom degree fil-ligi f'livell ta'Masters, M.Adv.(Melit.). ___________________________________________________________________________ L-Applikazzjonijiet, irrid jkollom in-numru ta' referenza tal-Jobsplus relevanti u għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat u għandhom jintbagħtu lil; Amministrazzjoni Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Dar l-Ammiraljat, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill ag@attorneygeneral.mt Sa mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta 31 ta' Jannar 2023 fis-1300 hrs. Waqt laqgħa bilaterali bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ta' Malta Ian Borg u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tal- Ghana Shirley Ayokor Botchewy, iż-żewġ pajjiżi ffirmaw numru ta' ehimiet ta' kooperazzjoni li permezz tagħhom se tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn iż- żewġ pajjiżi. Il-kooperazzjoni se tkun qed issir fis-setturi tas-sajd, iż-żgħażagħ u anke l-isport, fost oħrajn. Min-naħa tiegħu l-Ministru Borg waqt din il-laqgħa sostna kif iż- żewġ pajjiżi jgawdu minn relazzjoni bilaterali twila u l-inawgurazzjoni tal-Kummissjoni Għolja hija xhieda ta' dan kollu. Matul din il-laqgħa huwa spjega fid-dettall, il-prijoritajiet ta' Malta bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. "Malta għandha l-għan li tikkontribwixxi għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà", sostna Borg. Min-naħa tagħha l-Ministru Shirley Ayokor Botchewy qalet li dik tal-bieraħ kienet ġurnata importanti li tkompli turi l-impenn taż-żewġ pajjiżi. Hija saħqet li tħares 'il quddiem biex dawn il-ehimiet jibdew jiġu fis-seħħ u minnhom jibbenefikaw iż-żewġ popli. Il- Ministru Botchewy irringrazzjat ukoll lill-Gvern Malti għad- donazzjoni ta' aktar minn 130,000 vaċċin tal-COVID fil-pandemija. Matul din iż-żjara, il-Ministru Borg kellu wkoll laqgħa mal- Ministru għall-Kummerċ tal- Ghana Michael Okyere Baafi. Huwa spjega kif il-Ghana hija pajjiż ta' prijorità fejn jidħol il- kummerċ għall-kumpaniji Maltin u Għawdxin tant li diġà hemm madwar 24 kumpanija li qed tesporta lejn dan il-pajjiż, b'medja ta' €28 miljun fi prodotti. Il-Ministru Borg kompla jgħid kif l-implimentazzjoni effettiva taż-Żona Kontinentali Afrikana ta' Kummerċ Ħieles (afCFTA) se tkompli tkabbar l-opportunitajiet ta' negozju, partikolarment fis-setturi tal-manifattura u l-e-commerce. Min-naħa tiegħu l-ministru spjega u daħal fid-dettall dwar in- niċeċ ekonomiċi li l-pajjiż qiegħed jaħdem fuqhom biex ikompli jkabbar, b'mod partikolari man- negozji Maltin u Għawdxin. Huwa kompla jgħid li ż-żjara ta' aktar minn 50 negozjant sarfet ukoll f 'kollaborazzjoni aktar b'saħħitha fil-qasam tal-kummerċ. Il-Ministru Ian Borg kellu wkoll laqgħa mal-Ambaxxatur tal-Unjoni Ewropea għall-Ghana Irchad Ramiandrasoa Razaaly fejn ġew diskussi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u dan il-pajjiż. Iffirmati ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn Malta u l-Ghana fuq sajd, żgħażagħ u sports Fl-aħħar jiem, f 'pajjiżna, waslet il-karozza speċjalizzata biex persuni li jagħmlu użu mis- siġġu tar-roti u persuni b'diżabiltajiet oħra jkunu jistgħu jitħarrġu fiha. Ingħata wkoll taħriġ lil seba' occupational therapists u żewġ għalliema tas-sewqan, li jaħdmu mal-Aġenzija Sapport u mad-Direttorat tal-Allied Health, biex ikunu jistgħu jħarrġu lill-persuni b'diżabilità. It-taħriġ, li kien jikkonsisti f 'sessjoni prattika fuq il-karozza, enfasizza fuq il-karatteristiċi differenti tal-vettura flimkien mal-użu u l-benefiċċji għall-persuni b'diżabilità. L-istess tim irċieva wkoll taħriġ f 'Birmingham bħala parti minn miżura oħra tal-Baġit dwar assessjar u rakkomandazzjonijiet għal vetturi modifikati għall-użu ta' persuni b'diżabilità li jkunu jixtiequ jitgħallmu jsuqu. Matul iż-żjara, li saret biswit iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport f 'Ħal Far, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal- Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li llum huwa jum speċjali hekk kif pajjiżna qed jagħmel pass ieħor biex persuni b'diżabilità jkollhom ħajja aktar indipendenti. Spjegat li permezz ta' dan l-investiment, aktar persuni b'diżabilità se jkunu jistgħu jsuqu karozza. Farrugia Portelli qalet li dan l-investiment huwa parti minn sensiela ta' proġetti li qegħdin isiru fis-settur tad-diżabilità u li qed jibagħtu messaġġ b'saħħtu dwar l-inklużjoni, fis-sens l-aktar wiesa' tiegħu. Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport Oliver Scicluna qal li dan il-proġett huwa pass 'il quddiem sabiex persuni b'diżabilità, b'mod partikolari dawk li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti, jiksbu aktar indipendenza. Dan is-servizz speċjalizzat, flimkien ma' oħrajn mogħtija miċ-Ċentru Sonia Tanti, hu wieħed personalizzat u investiment ta' dan il-livell ikompli juri l-impenn tal-aġenzija sabiex tilħaq aktar sitwazzjonijiet u tippromwovi għajxien indipendenti u l-inklużjoni. B'investiment ta' €80,000, il-karozza hija mgħammra b'teknoloġija li tippermetti li persuna ssuq il-karozza mis-siġġu tar-roti stess. It-taħriġ ingħata minn Fabio Favarin, rappreżentat tal-kumpanija Taljana HandyTech.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 January 2023