20
kummerċjali
IL-ĦADD 5 TA' FRAR 2023 • illum
Art agrikola li tmiss ma'
pompa tal-fjuwil eżistenti
mhux ser tiġi żviluppata
wara li l- Kummissjoni tal-
Ippjanar irrifjutat outline
application għall-bini ta'
ristorant, uffiċini u parkeġġ
taħt l-art. L-art agrikola
tkopri site area ta' aktar
minn 1,000m², u tinsab 'l
barra miż-żona tal- iżvilupp
f 'Ħal Għaxaq, tul Triq Għar
Dalam.
Il-Kummissjoni fi ħdan
l-Awtorità tal-Ippjanar
(PA) qablet mar-rakko-
mandazzjoni tad- Direttorat
għall-Immaniġġjar tal-Iżvi-
lupp li l-proġett propost ser
jirriżulta f 'tifrix ta' żvilupp
urban biswit art li bħalissa
mhix żviluppata.
Il-Kummissjoni nnutat
ukoll li l-proġett imur kon-
tra l-Policy Rurali u l-Gwida
tad-Disinn tal- 2014, u l-Pjan
Strateġiku għall-Ambjent u
l-Iżvilupp (SPED) li t-tnejn if-
ittxu li jipproteġu art agrikola
ta' kwalità tajba u jiżguraw li
t-teħid tal-art fiż-żona rurali
titqies bħala l-aħħar għażla
fejn ikun essenzjali għal żvi-
lupp sostenibbli.
Il-Kummissjoni rrimarkat
ukoll li l-iżvilupp propost
għandu aċċess dirett minn
Triq Għar Dalam, li hija
triq distributorja minn Ħal
Għaxaq għal Marsaxlokk u
Birżebuġia.
Dan l-iżvilupp propost
ser jiġġenera movimen-
ti addizzjonali ta' vetturi li
jwasslu għal perikli potenz-
jali tat-traffiku u jaffettwaw
ħażin il-fluss ħieles u siġur
tat-traffiku.
L-Awtorità tal-
Ippjanar tirrifjuta
żvilupp fuq art
agrikola f'Ħal Għaxaq