Illum previous editions

ILLUM 12 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1492489

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 analiżi IL-ĦADD 12 TA' FRAR 2023 • illum Omiċidji li xxukkjaw lil Malta: Diane Gerada Diane Gerada kellha biss 33 sena meta ħajjitha ntemmet ħesrem bi 23 daqqa ta' sikkina. Il-qtil ta' Gerada ma kienx sempliċement femiċidju iżda riżultat ta' żwieġ turbuleti għall-aħħar ma' Grazio Gerada, il-qattiel tagħha u missier l-erbat'itfal tagħha. L-istorja ta' Diane Gerada tintemm wara li waslet mix- xogħol fis-sigħat bikrin ta' filgħodu nhar it-9 ta' Settembru, 1993. L-istorja hija waħda xokkanti, mhux biss għall-mod ta' kif inqatlet iżda għaliex binthom rat dan kollu jseħħ quddiemha, wara snin tara ġlied, insulti, manipulazzjoni u attentati ta' suwiċidju. X'ġara dakinhar tad-delitt? Diane Gerada irritornat id- dar wara x-xogħol fil-lejl ta' bejn it-8 u 9 ta' Settembru 1993 għall-ħabta ta' nofsillejl. Kienu biss tliet kwarti wara, meta bintha ta' 11-il sena, marret tiġri ċċempel lil nannuha tgħidlu li ommha mejta. Mar għandhom u sab lil bintu mal-art imkebba f 'purtiera, bil-ħwejjeġ ta' taħt. Minkejja li ċempel lil pulizija u għall-għajnuna medika, bintu kienet mejta. Ftit mumenti wara li waslet fuq il-post il-Pulizija tilmaħ lil Grazio, fl-inħawi ta' darhom, kokka fl-art liebes biss qalziet ta' taħt. Immedjatament, Grazio ammetta magħhom li kien rema' l-arma tad-delitt, sikkina u mar mal-uffiċjali jifttixuha. Wara dan Grazio ittieħed il- Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u minn hemm beda r-rakkont taż- żwieġ imfarrak, li aktar tard fil- ġuri ġie kkonfermat ukoll minn binthom. Fi stqarrija twila huwa stqarr li l-inkwiet tagħhom kienu ilu għaddej 12-il sena u dakinhar tal-qtil, ma kien xejn differenti. Huwa qalilhom li meta martu irritornat id-dar u daħlet ġos- sodda prova darbtejn ikollu x'jaqsam magħha, iżda din irrifjutat. Fil-fatt mat-tieni talba qal li ħarġet sikkina għalih. F'dak il-mument huwa qabad is- sikkina u beda jxejjirha. Dan wassal biex Diane ħarġet mis-sodda matrimonjali tagħhom u marret fil-gallarija. Grazio ħareġ warajha u kien hemm li kompla jagħtiha daqqiet ta' sikkina. B'kollox hija kienet qalgħet 23 daqqa ta' sikkina, tant li l-pulmun ċeda. Fl-awtopsja sabu wkoll ħruq artifiċjali anke fil-qalziet ta' taħt tal-vittma, li f 'partijiet partikolari kien imddewweb. Fil-fatt Grazio kien ammetta li wara li qatilha sab bott aċtu u waddabulha. Grazio kompla jirrakkonta li wara li għamel dan kollu ħarab mid-dar għax kien taħt l-impressjoni li martu kienet għadha ħajja u kienet sejra tiġri warajh. Kien meta wasal sax-xatt ta' Marsaxlokk li ntebaħ li kellu idejh miksijja demm. X'ħareġ fil-Qorti? Il-Pulizija xliet lil Grazio Gerada bil-qtil ta' Diane u għaldaqstant resqitu l-Qorti. Hawn il-Qorti ssir taf għal- ewwel darba dwar il-problemi psikjatriċi li kien isofri minnhom l-akkużat. Dan hekk kif l-avukat tad-difiża talab biex jinħatru esperti psikjatriċi biex jirrappurtaw fuq il-qagħda mentali tiegħu. Proprju wieħed mill-argumenti tad-difiża kien ukoll li l-kumpilazzjoni tax- xhieda ma kelliex issir qabel ma jitlesta rapport dwar dan. Minkejja dan, taħt it- tmexxija tal-Maġistrat Joseph Apap Bologna, fi tmiem il- kumpilazzjoni nstabu biżżejjed provi biex Gerada jitpoġġa taħt att ta' akkuża. Sandanittant it- talba tad-difiża ntlaqgħet iżda b'dispjaċir għalihom, it-tobba ma sabu ebda sinjali ta' mard mentali. Kien għalhekk li fit-8 ta' Settembru 1997 beda l-ġuri quddiem l-Imħallef Victor Caruana Colombo. Il-perjodu ta' meta seħħ il-każ sakemm beda dan il-ġuri kien pertinenti għas- sentenza tiegħu, li se nsemmu aktar tard. L-aktar żewġ xhieda importanti f 'dan il-ġuri kienu tat-tifla tagħhom u tal-akkużat innifsu. Ir-rakkont tat-tifla jgħid li kienet rieqda f 'kamritha meta semgħet lil missierha jġorr fann mill-kċina għall-kamra tas- sodda tagħhom. Qalet li dak il-ħin semgħet twerżiq fgat u għajjat li jidnika uġigħ kbir. Minn hemm hija iddeċidiet li tieħu r-riedni f 'idejha u tara x'kien qed jiġri u sabet lil missierha għalkopptejh fuq is-sodda jsawwat lil ommha. Maħsuda marret fuq missierha u talbitu jieqaf. Minkejja dan, ma waqafx u meta ratu ħiereġ fil- gallarija – kif kien qal lil pulizija li ġara fl-ewwel stqarrija tiegħu – pruvat taqbadlu jdejh. Hija sostniet li rat lil ommha fil-gallarija u ċemplet lil nannuha biex imur għandhom mal-ewwel. Mistoqsija fuq ir-relazzjoni tagħhom it-tifla qalet li dawk kienu qishom kelb u qattus u li ħafna drabi kien missierha li jinstiga l-argumenti. Apparti minn hekk kienet qalet li rat lil missierha jaqsam squeezer fuq ommha. Min-naħa l-oħra mhix l-ewwel darba ukoll li rat lil ommha taqbad sikkina biex tiddefendi ruħha. Fil-fatt darba kienet girfitu b'sikkina u qaltlu "b'din inxoqqok." It-tifla qalet ukoll li f 'mument ta' rabja kienet qaltlu li t-tfal it-tewmin tagħhom ma kinux tiegħu. ANTHEA CACHIA Diane Gerada

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 February 2023