Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493023

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 sondaġġ illum • IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 kontra imma ż-żgħażagħ pjuttost favur Jopponu aktar b'qawwa huma l-parteċipanti anzjani u anke dawk b'livell primarju ta' edukazzjoni. Fil-fatt xejn inqas minn 71.2% ta' dawk 'l fuq minn 65 sena jħossu li bini simili ma għandu jinbena mkien fil-pajjiż, filwaqt li kważi 19% jemmnu li għandu jkun restritt għal xi lokalitajiet madwar il-pajjiż. Dawk b'edukazzjoni primarja imbagħad, b'74.2%, huma l-aktar grupp ta' nies li ma jridu jaraw bini għoli mkien, b'18.7% biss jaqblu ma' bini għoli f 'xi lokalitajiet (15.7%) jew f 'lokalità waħda (3%). Iż-żgħażagħ u dawk b'edukazzjoni terzjarja bl- inqas reżistenza Jew għax ġenerazzjoni differenti jew inkella għax siefru u daru (u qed iduru!) id-dinja ħafna aktar u forsi wkoll għax ftit li xejn huma nostaliġiċi għal passat li ma laħqux fejn ma kienx hawn torrijiet fil-pajjiż, imma ż-żgħażagħ huma l-inqas li jirreżistu l-iżvilupp ta' bini għoli u l-aktar li jaqblu li għandu jinbena bini għoli, basta ristrett għal xi żoni tal-pajjiż biss. B'37.9% dawk bejn 16 u 35 sena huma l-inqas settur tal- popolazzjoni li jħossu li ma għandu jkun hawn bini għoli mkien, b'43.8% imbagħad - u allura maġġoranza relattiva - jemmnu li bini hekk għandu jinbena jew f 'xi lokalitajiet (36.8%) jew inkella f 'lokalità waħda biss (7%). Imbagħad 18.3% tal-parteċipanti f 'dawn l-etajiet saħansitra jaqblu li kull lokalità għandu jkollha żona fejn ikun permess bini għoli. Kuntrarjament għal dawk li jopponu, il-parteċipanti b'livell terzjarju ta' edukazzjoni huma ħafna inqas reżistenti għal proġetti ta' dan it-tip, anke jekk maġġoranza relattiva ta' 44.2% xorta jħossu li bini għoli bħal dan mhu postu imkien. Huma b'kollox 38.6% li huma tal-opinjoni illi bini bħal dan għandu jitħalla jinbena biss f 'xi lokalitajiet (32%) jew inkella f 'lokalità waħda (6.7%). Dawk il-parteċipanti li kienu ġejjin mix-Xlokk tal-pajjiż b'42.2% ukoll huma l-inqas li jopponu bini bħal dan, mill- pajjiż kollu. F'din il-parti tal- pajjiż - li tinkludi rħula bħaż- Żejtun, Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, iż-Żurrieq u Marsaxlokk 28.8% saħansitra jaqblu li kull lokalità għandu jkollha żona riservata għal bini għoli, l-aktar mill- pajjiż kollu. Nazzjonalisti u Laburisti... Hemm differenza? Il-bini għoli huwa fenomenu riċenti u għalkemm ma bediex fl- aħħar 10 snin ta' Gvern Laburista, mill-2013 sforz imbutattura ekonomika qawwija, influss ta' ħaddiema barranin, domanda li qed tikber għal spazji għal uffiċini u settur ta' kostruzzjoni li ra tkabbir, il-fenomenu tal- bini għoli sar ħafna iktar reali. Biżżejjed ngħidu li fl-aħħar 10 snin inbnew bosta torrijiet u diversi oħrajn ingħataw jew qed jistennew permess mill-Awtorità tal-Ippjanar. U dan il-fatt jittrażmetti lilu nnifsu xi ftit jew wisq fin-numri f 'dan is-sondaġġ ukoll. Ħafna iktar nies li jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista llum kieku issir elezzjoni, milli jivvutaw lill-PL jopponu dan it- tip ta' bini għoli. Fil-fatt filwaqt li 63.3% tal- votanti Nazzjonalisti bħalissa jemmnu li ma għandu jkun hemm bini għoli mkien fil- pajjiż, dan il-persentaġġ jinżel għal 47.5% fost votanti Laburisti. Jekk inħarsu lejn x'jaħsbu n-nies, skont lil mijn ivvotaw fl- 2022 l-affari ma tinbidilx wisq b'57.7% ta' dawk li vvotaw PN ikunu kontra bini għoli f 'kull żona tal-pajjiż, liema persentaġġ jinżel għal 46.6% fost dawk li vvotaw Labour. Minkejja dawn id-differenzi iżda, il-votanti huma ħafna iktar qrib xulxin dwar bini għoli f 'xi postijiet f 'Malta. Fil- fatt 32.4% ta' dawk li vvotaw lill-PL li jaqblu illi jinbena bini simili f 'xi lokalitajiet (27%) u 5.4% f 'lokalità waħda biss. Intant huma 30.8% tal-votanti nazzjonalisti fl-2022 li jaħsbu l-istess, b'25.8% jemmnu li għandhom jitħallew jinbnew f 'xi lokalitajiet u 5% jemmnu li għandhom jitħallew f 'lokalità waħda biss. L-irġiel u n-nisa: Min iħobb l-għoli u min le! U finalment, hemm differenza qawwija ħafna wkoll fejn jirrigwarda l-ġeneri bl-irġiel ikunu bil-wisq inqas kontra bini għoli minn nisa. Fil-fatt filwaqt li maġġoranza qawwija ħafna ta' 63.2% tan- nisa huma kontra bini għoli, fi kwalunkwe żona fil-pajjiż dan il-persentaġġ jinżel għal 44% fost l-irġiel. 37% tal-irġiel jaqblu li bini simili jinbena f 'xi postijet, filwaqt li fost in-nisa dan il- persentaġġ jinżel għal 25.5%. Bini għoli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023