Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493023

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal illum • IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt K ull xahar il-gazzetta oħt tal-IL- LUM tippubblika sondaġġi li jitrattaw is-sitwazzjoni tal-partiti politiċi u anke l-livell ta' fiduċja tan-nies fil-mexxejja politiċi. Naturalment u kif ħafna drabi mistenni, din il-parti tas-sondaġġ tingħata l-aktar importanza minn bosta u sikwit jintesa jekk mhux jkun injorat dak li joħroġ mis-sondaġġ u li għandu jqajjem ħafna iktar diskussjoni fil-pajjiż. Diskussjoni li tmur lilhinn minn numri, imma li titratta dak li qed jinkwieta lin-nies. U x'qed jinwkieta lin-nies? Huwa ċar mill-aħħar sondaġġ ippubblikat fil-gazzetta Maltatoday li l-kriminalità u allura l-ġustizzja magħha huma l-akbar inwkiet. Huwa veru li dan ikun ħafna drabi riżultat ta' avvenimenti li jkunu ġraw qabel jew waqt li jsir is-sondaġġ u għalhekk il-fatt li r-rata ta' kriminalità u l-ġustizzja telgħu tant fil-lista ta' tħassib hija bla dubju riżultat ta' avvenimenti li ġraw fl-aħħar ġimgħat. L-aktar każ li xxokkja lill-poplu, bla dubju, kien dak ta' Pelin Kaya li qajjem ħafna diskussjoni u mistoqsijiet dwar sewqan taħt l-effetti ta' xorb jew droga, kwistjonijiet ta' rabja u anke vjolenza. Kellna każ ieħor it wara ta' ġlieda fil- Belt Valletta li kellha konsegwenzi serji, bil-Prim Ministru nnifsu jħoss il-bżonn li jesprimi inkwiet serju għas-sigurtà ta' bintu stess. U qabel dan kollu kellna l-każ ta-inġustizzja kbira li saret fil-konfront ta' Sion Grech li inqatlet 18-il sena ilu, biha u l-familja tagħha jibqgħu mingħajr ġustizzja 18-il sena wara. Dan kollu qed iqajjem tħassib serju fost il-poplu, tħassib espress mill-Prim Ministru stess, li hemm xi ħaġa li mhux qed topera sew, li hemm xi nuqqas ximkien - kemm istituzzjonali imma anke soċjali, li qed iwassal għal element ta' vjolenza. U naturalment dan iwassal biex kulħadd jibda b'dik li tissejjaħ il-blame game. Min iwaħħal fil-Gvern, min iwaħħal fil-barranin, min iwaħħal fil-Qrati u min iwaħħal fis-soċjetà in ġenerali. Dan l-editorjal jemmen li t-tort huwa - xi it jew wisq ta' kulħadd. Żgur li hawn perċezzjoni - hix realistika jew le hija ħaġa oħra - illi hawn nuqqas ta' infurzar u sens ta' dixxiplina, ibda mis-sewqan u ibqa' sejjer sal-ġbir tal-iskart. Sens ta' "u iva mhux xorta! Mur ara!" Din il-perċezzjoni trid tkun miġġielda u tista' tiġi miġġielda b'aktar pulizija fit-toroq -speċjalment f 'postijiet bħal Paceville u Buġibba - multi akbar u fl-aħħar mill-aħħar sentenzi li huma ħafna iktar iebsa. Sentenzi li jservu ta' deterrent aħrax għal kull min jaħseb li jista' jieħu l-liġi b'idejh, Malti jew barrani. Sentenzi li jinkludu priġuneriji jew ripatrijazzjonijiet f 'każ fejn persuna tkun għal darba, tnejn, tlieta qed toħloq problemi u twettaq reati li jpoġġu s-sigurtà tan-nies fil-periklu. Ma jistax ikun li l-Pulizija - li kif inhuma l-affarijiet diġà qegħdin mġebbdin sa ruħ ommhom - jagħmlu xogħolhom u jmexxu kontra min ikun qed jikser il-liġi, biex imbagħad dawn jingħataw xi sentenza sospiża jew multa. Speċjalment f 'każi fejn xi ħadd qed jikser il-liġi u jpoġġi lil ħaddieħor f 'periklu għal darba, tnejn, tlieta! Inkella minflok l-ordni, jkollna l-liġi tal-marmalja, fejn is-saħħa fiżika u s-salvaġiżmu jgħodd. Hemm bżonn li l-messaġġ ikun ċar: Min jikser il-liġi, fil-it jew fil-ħafna, irid iħallas ta' għemilu. Ikun hemm min jalludi li dan allura jfisser stat polizjesk. Din hija eseġerazzjoni li jagħmilha min irid il-liġi tal-ġungla, li qed naraw iex issarraf. Inkwiet fost in-nies u inċidenti koroh, li għalkemm inevitabbli jistgħu jonqsu bid-deterrent. Mhux stat polizjesk imma messaġġ ċar permezz ta' preżenza akbar tal-pulizija u sentenzi aktar ħorox - speċjalment kontra min jibqa' ma jitgħallimx - sabiex il-poplu jkollu s-serħan tal-moħħ. Is-serħan il-moħħ jaf tinstema' klixè. Imma s-serħan il-moħħ u s-sens li persuna qed tħossha li qed tgħix f 'pajjiż sigur, fejn tista timxi barra mal-lejl mingħajr biżà, fejn tirrenja l-ordni u r-rispett lejn l-awtorità u mhux il-marmalja u l-kriminal hija parti importanti mill-kwalità ta' ħajja. Jekk inti għandek l-ulied taf li lil uliedek tridhom jitrabbew f 'pajjiż sigur, f 'pajjiż fejn bintek tista' toħroġ timxi mingħajr biżà. Karatteristika li wara kollox kienet xi ħaġa li tant kienet tiddistingwina minn bliet u pajjiżi kbar. Naturalment, apparti l-infurzar hemm bżonn tal-edukazzjoni. Hija ħasra li tara tfajliet u ġuvintur li minn età fejn suppost qed jifformaw il-futur tagħhom u f 'età fejn suppost qed jitgħallmu r-rispett u minflok diġà qed jidolizzaw il-vjolenza, d-diżrispett, l-għira u l-ħajja superfiċjali mingħajr direzzjoni u mingħajr futur. Futur li probabbilment ikun jinkludi l-abbuż, il-kriminalità u xi ikla ħabs. Fejn hi s-sistema biex tassigura li ħadd ma jibqa' jaqa' mix-xibka soċjali biex ma jibqax ikollna fallimenti li jittrażmettu lilhom infushom f 'rabja u kriminalità? Hemm susa li qed tiekol. U din is-susa jeħtieġ tkun indirizzata minn kulħadd: Mill-Gvern u l-istituzzjonijiet sa Ċikku l-Poplu! Is-serħan il-moħħ li qed jinwkieta lin-nies!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023