Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493023

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 • illum Carmel Bonnici Ix-xenarju tal-Qorti u ġurijiet rinomati (1) Ix-xeni fis-swali tal-qorti pprovdew ecitament qawwi u għollew il-livell artistiku ta' ħafna films li diffiċli tgħoddhom. Kienu jinsabu wkoll f 'xi wħud mill-aħjar films li qatt inħadmu. Il-qrati Brittaniċi l-aktar li ppreservaw l-atmosfera antika tal-liġi f 'pajjiż demokratiku. Xi it mix-xogħlijiet ta' din ix-xeħta huma: London Belongs To Me, e Paradine Case (dirett minn Alfred Hitchcock), Eight O'Clock Walk, Life For Ruth, Tewnty-One Days, Brothers In Law, e Winslow Boy, Witness For e Prosecution, e Blind Goddess u e Dock Brief. Dawn l-aħħar erbgħa li semmejt huma bbażati fuq reċti tal-palk, kif kienu wkoll il-films Amerikani Madame X, Counsellor At Law u e Trial Of Mary Dugan. Films oħrajn minn Hollywood li kienu jiddependu minn fuq xi żvolġiment fl-awli tal-qrati kienu jinkludu: ey Won't Believe Me, e Unholy ree, e Mouthpiece, e Boomerang, ey Won't Forget, e Missing Juror, Trial, e Young Savages, e Criminal Code, To Kill A Mockingbird, Criminal Lawyer, Fury, e Lawyer, A Free Soul, e Seven Minutes, e People Against O'Hara, e Lady From Shanghai (dirett minn Orson Welles), Twilight Of Honor (U.K. – e Charge Is Murder), An American Tragedy u ħafna aħjar meta reġa' nħadem bl-isem ta' A Place In e Sun, diversi films fis- serje ta' Perry Mason, Young Mr. Lincoln, Philadelphia, e Accused, Class Action, e Crucible, A Few Good Men. Presumed Innocent, e People Vs Larry Flynt, u diversi oħrajn. Dawn, anki l-aħħar wieħed li semmejt, kienu kollha fittizji. Każi ġenwini li ġraw tabilħaqq kienu murija tajjeb f 'I Want To Live, Cell 2455 Death Row, Compulsion, Inherit e Wind, Dr. Ehrlich's Magic Bullet, e Witches Of Salem, Sacco And Vanzetti, e Trials Of Oscar Wilde, Judgement At Nuremberg, e Life Of Emile Zola, Dr. Crippen, Captain Kidd, Landru (Bluebeard) u e Case Of Charles Pearce. Ironikament, fl-awli tal-qrati ġie esibit wkoll xenarju umoristiku bħal f 'I'm No Angel, Mr. Deeds Goes To Town, You Can't Take It With You, Roxie Hart, My Learned Friend, Adam's Rib, e Pickwick Papers, Brothers In Law, What's Up Doc?, A Pair Of Briefs, My Cousin Vinnie u anki fil-film mużikali Chicago. Kien hemm produzzjonijiet oħrajn li l-attenzjoni primarja tmur fuq il-ġurija, bħal Twelve Angry Men, Murder (Enter Sir John), Perfect Strangers (Too Dangerous To Love), il-Franċiż Justice Est Faite u e Monster And e Girl (dwar gorilla b'moħħ ta' kriminal li toqtol il-ġurija wieħed, wieħed) u Town Without Pity. Ġurijiet fantażma dehru f 'All at Money Can Buy u e Remarkable Andrew. L-imħallef inniffsu kien il-figura prominenti f 'e Judge Steps out, Talk Of e Town, e Bachelor And e Bobbysoxer u Destry Rides Again. Anatomy Of A Murder (1959) jibqa' l-uniku film li fih l-imħallef Joseph E. Welch kien veru imħallef fil-ħajja reali, pero' hawn ħadem parti fittizja. Anna Neagle kellha l-parti prinċipali bħala mħallef mara f 'e Man Who Wouldn't Talk. F'ċertu xogħlijiet rajna wkoll qrati speċjalizzati, bħal fil-film klassiku Germaniż M (mlaqqa' mill- kriminali stess), Saint Joan u e Hunchback Of Notre Dame (qorti tal-knisja), Black Legion (mill- għaqda b'rashom mgħottija, il-Klu Klux Klan), e Devil's Disciple (qorti militari tas-seklu 18), Kind Hearts And Coronets (qorti tal- House Of Lords), e Wreck Of e Mary Deare (hawn merkantili), Cone Of Silence (tal-avjazzjoni ċivili), A Tale Of Two Cities u e Scarlet Pimpernel (qrati tar- Rivoluzzjoni Franċiża). Qrati f 'pajjiżi oħra jinsabu f 'dawn il-produzzjonijiet: e Lady In Question, e Count Of Monte Cristo, Crack In e Mirror, A Flea In Her Ear, La Verite' u Can Can (qrati Franċiżi), e Purple Heart (Ġappuniż), e Fall Of e Roman Empire (f 'Ruma l-antika), e Spy Who Came In From e Cold (fi żmien l-eqqel tal-Gwerra Bierda, fil-Germanja tal-Lvant) u Sciuscia (Shoeshine) fl-Italja). Fil- films Inquest, My Learned Friend u Rebecca, l-qorti hu wieħed tat- tobba li joperaw fil-qalb. Ikompli nhar il-Ħadd li ġej...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023