Illum previous editions

ILLUM 19 February 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493023

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 • illum 2,000 operazzjoni se jibdew isiru fl-Isptar St. Thomas biex titnaqqas l-lista ta' stennija GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU ◆ SIGURTA' ◆ LIKWIDITA' ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆ (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125 Investiment Sod Ħruġ ta' €200,000,000 fil-Malta Government Stocks – B'Rata ta' Mgħax Fissa (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €150,000,000) MALTA GOVERNMENT STOCKS STOCK TAL-GVERN _______ Stocks tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €200,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta f'xi wieħed jew f'kull wieħed minn dawn iż-żewg stocks: Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €150,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut. Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewg stocks li qegħdin jiġu offruti jiftħu t-Tnejn, 20 ta' Frar 2023 fit- 8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, 22 ta' Frar 2023. Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu nhar il- Ġimgħa, 24 ta' Frar 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal- applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt mill- Ġimgħa, 17 ta' Frar 2023. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formoli tal-applikazzjoni. (i) 3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta (Is-Sitt Ħruġ) li jimmatura fl-2028, bil-prezz ta' €101.25 b'YTM ta' 3.2434% (li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 3.2697%); u (ii) 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta (L-Ewwel Ħruġ) li jimmatura fl-2043, bil-prezz ta' €100.00 (par) b'YTM ta' 3.9996% (li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 4.0396%). Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar inizjattiva ġdida tal-Isptar Mater Dei sabiex jiżdiedu l-operazzjonijiet magħmula mis-servizz tas- saħħa pubblika. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-Isptar St Thomas, id-Deputat Prim Ministru ħabbar kif wara proċess ta' sejħa kompetittiva, l-isptar intgħażel sabiex joffri sala tal-operazzjonijiet u sala bi ħmistax-il sodda għall-użu tal- pazjenti tas-sistema tas-saħħa pubblika, bla ħlas. Huwa stmat li f 'dan l-isptar se jsiru mat-tmien operazzjonijiet kuljum mil-listi tal-Isptar Mater Dei, u għalhekk matul l-ewwel sena jsiru mal- 2,000 operazzjoni addizzjonali. "Qegħdin nużaw ir-riżorsi kollha tal-pajjiż, b'mod effiċjenti, biex inżidu l-operazzjonijiet u nnaqqsu l-istennija," stqarr il-Ministru Fearne, li spjega kif is-swali tal-operazzjonijiet tal-Isptar Mater Dei qegħdin jintużaw matul il-ġurnata kollha, inkluż fil-Ħdud u fil-festi. Apparti dan, il-Gvern ħareġ numru ta' sejħiet kompetittivi pubbliċi sabiex jinxtraw is- servizzi tal-isptarijiet privati tal- pajjiż. Id-Deputat Prim Ministru fakkar kif matul is-sentejn tal- pandemija, ir-riżorsi umani tas-sistema tas-saħħa pubblika kienu rilokati sabiex jieħdu ħsieb il-pazjenti bil-COVID-19 biex ikunu salvati l-ħajjiet. B'riżultat ta' dan kienu posposti numru sostanzjali t'operazzjonijiet li ma kinux urġenti. Huwa spjega li matul l-2022, meta bdiet tbatti l-imxija tal-COVID-19, saru mas-60,500 operazzjoni, li jfisser li saru iżjed mill-ammont medju t'operazzjonijiet fis-sena, sabiex l-isptar jilħaq mal-appuntamenti tal-operazzjonijiet li kienu posposti matul is-sentejn ta' qabel. Id-Deputat Prim Ministru Fearne stqarr li tul din is-sena l-ammont ta' operazzjonijiet mistenni jibqa' jirranka, anke permezz ta' dawn l-inizjattivi u permezz tal-uħ taċ-Ċentru Reġjonali Vincent Moran iżjed tard din is-sena, fejn se jkunu qed isiru 'day surgeries'. Dan kollu bil-għan li l-pazjenti Maltin u Għawdxin jinqdew bl-aqwa servizz, fl-inqas żmien possibbli. Id-Deputat Prim Ministru Fearne stqarr li tul din is-sena l-ammont ta' operazzjonijiet mistenni jibqa' jirranka, anke permezz ta' dawn l-inizjattivi u permezz tal-ftuħ taċ-Ċentru Reġjonali Vincent Moran

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 February 2023