Illum previous editions

ILLUM 5 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494130

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 Ivan Castillo huwa l-Kelliem tal-PN għas-Settur Marittimu u x-Xogħol Ivan Castillo opinjoni IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 • illum Il-Gvern anti-Soċjalista li jinganna lill-ħaddiem J għidu li ġurnata hija twila fil-politika, u kellna ġimgħa sħiħa ta' avvenimenti fejn jidher ċar daqs il-kristall li dan il- Gvern ma jistax jiġi fdat. Adrian Delia kellu rebħa kbira għall-poplu, għall-Maltin u Għawdxin kollha u għall-Partit Nazzjonalista. Id-deċiżjoni storika tal-Qorti li annullat il-ftehim tal-isptarijiet bejn il- Gvern u Steward Health Care, fetħet l-għajnejn ta' ħafna, u ffukat fuq ħafna kwistjonijiet importanti. Waħda b'mod partikolari hija l-parti tal- kuntratt li tikkonċerna lill- ħaddiema. Il-UHM Voice of the Workers li huma r-rappreżentanti tal- ħaddiema fi Steward, mill-ewwel jum irrifjutaw li jiffirmaw xi ftehim ma' Vitals jew Steward, indunaw mill-ewwel li dan ma kienx fl-aħjar interess tal-ħaddiema. Kienu fuq in- naħa t-tajba tal-istorja, u ġew ippruvati korretti kif kienu wkoll il-MAM l-Unjin tat-Tobba, Anke l-MUMN stqarret li "wegħduna l-ġenna fl-art… wegħduna nifs ġdid iżda d-dan id-deal mal-ewwel deher artifiċjali… " wieħed jista' jifhem aħjar l-ingann ta' dan il-Gvern. "The real deal" qal id-Deputat Prim Ministru...nafu lkoll issa x'kien dan il-"deal. Biss, biss tliet każi ta' frodi ġew identifikati f 'dan il-"Real Deal". Din il-ġimgħa akkumpanjajt lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f 'laqgħa mal- UHM Voice of the workers f 'diskussjoni ma' Josef Vella CEO tal-UĦM, li spjega kif l-unjin ilha mill-bidu nett, sal-mill-2015, twissi lill-Gvern li l-ftehim dwar l-isptarijiet ma kienx fl-interess tal-poplu u "kien serqa fid-dawl tax- xemx". Fakkar li kienet il-UHM li fl-2016 flimkien mal-union tat-tobba kienet għamlet it- talba biex dan il-kuntratt ikun investigat mill-Awditur Ġenerali. "Din kienet deċiżjoni kruċjali, mhux biss għax sirna nafu kemm dan il-ftehim qatt ma kellu jsir, imma anki għaliex l-investigazzjoni tal-Awditur Ġenerali kienet fundamentali fis-sentenza tal-Qorti li wasslet biex l-istess ftehim kien annullat," qallina Josef Vella. Mill-ewwel jum il-ħaddiema sofrew diskriminazzjoni, filwaqt li kienu jagħmlu l-istess xogħol, l-istess sigħat, u fl-istess post tax-xogħol, iżda ma kinux qed jitħallsu l-istess u kellhom kundizzjonijiet tax-xogħol inferjuri minn dawk ta' kollegi li kienu impjegati mal-Gvern. Din hija l-famuża paga ugwali għal xogħol ta' valur ugwali li jiftaħar biha dan il-Gvern? Jekk xejn dan il-Gvern huwa l-aktar wieħed li qed jikser din il-liġi! Dan il-Gvern sar iċ-champion tax-xogħol prekarju, għax iva din hija forma ta' xogħol prekarju! Nixtieq infakkar lil kulħadd li kien il-Partit Labruista li niżel fit-toroq kontra prattiċi ta' xogħol prekarju u wiegħed li dawn jitneħħew! Wegħdu klassi medja ġdida, u xogħol aħjar! GIDEB GIDEB u aktar GIDEB Kien grazzi għall-UĦM li l-Gvern iddeċieda li jassorbi lill- ħaddiema ta' Steward magħhom, iżda din hija biss parti mill- istorja. Il-bqija hija waħda kompletament inkonċepibbli f 'pajjiż demokratiku. Fl-2020 il- UĦM iltaqgħet mas-Segretarju Perminanti ta' dak iż-żmien John Rapa, li bil-miktub informa lill-UĦM li kien awtorizzat u wiegħed li dawn il-ħaddiema se jiġu assorbiti mal-Gvernmnet fi ħdan l-FMS u magħhom jieħdu l-anzjanità u pakkett ta' remunerazzjoni tagħhom għas- snin li dawn il-ħaddiema kien ħadmu ma' Vitals u Steward. L-istess Gvern Laburista wiegħed dan bil-kitba, mar lura mill-kelma tiegħu u dawn il-ħaddiema ma rċevew l-ebda pakkett ta' remunerazzjoni jew anzjanità. Bdew l-FMS daqslikieku kienu għadhom kif bdew għall-ewwel jum... bl-inqas paygrade! Wegħdi miksura, ftehim ma' waħda mill-akbar unjins fil-pajjiż u l-Gvern Laburista mar lura minn kelmtu! Wieħed irid jifhem kemm hi serja din is-sitwazzjoni kollha! kemm hi perikoluża fir-rigward tar-relazzjonijiet industrijali b'saħħithom! Kemm hu patetiku u inkredibbli li Gvern ma jsegwix il-wegħdi li jagħti lura lill-ħaddiema essenzjali tas- servizzi tas-saħħa dak li kienu mċaħħda minnu! Lanqas tista' tafda lil dan il-Gvern b'dak li jwieghed bil-miktub, iswed fuq abjad aħseb u ara kieku ma kienx! L-aktar parti patetika hija li wara li ġew akkużati bi frodi, wara li nstabu ħati li serqu €300 miljun tal-flus tal-poplu, il-Gvern mhux talli mhux se jerfa' r-responsabbilta', mhux talli jaħseb li l-poplu Malti u Ghawdxi ma jixraqilhomx apoloġija pubblika izda jibqa' jirrifjuta li jagħti lil dawn il-ħaddiema essenzjali dak li jixirqilhom! Il-UĦM kellha terġa' tmur lura fil-Qrati biex tiġġieled għal dawn id-drittijiet tal-ħaddiema. F'dawn l-estremi wasalna, il-Qrati huma l-aħħar ċans għall-ħaddiema, għall- poplu biex jieħu dak li ħaqqhom. Li għandu jagħmel il-Gvern hu li jinżel għalkopptejh u jitlob skuża lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, u lill-ħaddiema tas- saħħa u jagħtihom dak li tassew ħaqqhom. Id-drittijiet tagħhom! Dan hu l-mod kif il-Gvern ried jipperswadi aktar ħaddiema biex jaħdmu fis-settur tas-saħħa billi jinganna? Billi jisraqilhom, billi jneħħilhom l-opportunitajiet ta' promozzjonijiet u żvilupp kontinwu? Il-Gvern qed jisraq lil dawn il- ħaddiema u lil dawk vulnerabbli u morda li jiddependu minnhom. Seraq lill-poplu Malti €300 miljun investiment f 'dan is-settur, inqabad u m'għandux fejn imur. Agħti lil dawn il-ħaddiema d-drittijiet tagħhom, ieqaf iġġieled mal-ħaddiema u tirrifjutalhom dak li jixirqilhom, ieqaf tkun arroganti u rasek iebsa. Ieqaf iġiegħel lil Unjins jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom fil-qrati u agħmel dak li hu sew għal darba! M'għandekx għażla oħra! Żomm kelmtek! Dan il-Gvern, suppost Soċjalista, li ftaħar waqt il-baġit u kull ċans li jkollu li huwa il- partit tal-ħaddiema, li jgħid li hu il-partit li jiddefendi liż-żgħir, imma minflok jiddefendih qed jgħaffġu taħt saqajh! Dan il-Gvern suppost Laburista hu l-inqas Soċjalista u l-anqas partit tal-ħaddiema li qatt kien hemm fl-istorja Maltija u bil-provi issa!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 March 2023