Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494130
Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali 17 opinjoni illum • IL-ĦADD 5 TA' MARZU 2023 D arba staqsew lill-Prim Ministru tal-Gran Brit- tanja Harold Macmillan, li kien laħaq bla mistenni x'inhuma l-ikbar sfidi għal kalunk- we Gvern, dan kien weġibhom "events, dear boy, events." U din tal-events dejjem baqgħet f 'moħħi, sa minn mindu kont tifel. Qatt ma rajt video ta' Supermac, kif kien magħruf Harold Macmillan, jgħid dawn il-kliem, imma dejjem immaġinajtu f 'moħħi, twil twil, irqiq, bil-mustaċċi, bit-three piece suit u xagħru folta u bajdanija jgħid din is-silta waqt intervista. S'intendi, għandu raġun biex ibiegħ. Hu kellu kemm trid avvenimenti x'jiffaċja. L-każijiet ta' Peter orneycro, Nigel Birch, Enoch Powell u bla dubju ta' xejn l-kwistjoni profumata ferm Profumo kollha kienu avvenimenti kbar. L-avvenimenti – u forsi iktar importanti minn hekk kif titrattahom u tilqa' għalihom - huma dawk li jistgħu jimmarkaw jew itellfu l-progress ta' Gvern u s-suċċess ta' Kabinett sħiħ. Kulħadd jaqbel li l-Prim Ministru Robert Abela sab ħafna affarijiet ma' wiċċu li huma straordinarji. L-ikbar eżempju hi l-pandemija li kienet ħaġa li qatt f 'elf sena ma konna nobsru li se ngħaddu minnha (għad li nies bħal Bill Gates kienu qed jarawha ġejja). Eżempju ieħor hi l-gwerra tar-Russja fuq l-Ukraina u l-effetti inflazzjonarji kbar li din ikkawżat. Dawn huma żewġ eżempji biss minn għadd ta' avvenimenti li jokkorru minn żmien għal żmien imma s'intendi jkun hemm iktar. Uħud pożittivi, oħrajn li jipprestaw sfida. In-nies s'intendi hi l-imħallef u l-ġurija li fl-aħħar tal-ġurnata tiġġudika fil-kwiet ta' darha l-operat tal-Gvern u l-mod ta' kif l-isfidi ġew indirizzati. Fil-fehma tiegħi l-Prim Ministru Robert Abela ħaqqu ġudizzju pożittiv għax dejjem mexa b'mod li jkompli jibni fuq il-ħafna tajjeb li seħħ mill-2013 'l quddiem waqt li jara li jindirizza dak li hemm bżonn jiġi indirizzat, bħal perezempju l-kwistjoni tal- graylisting mill-FATF. Fuq dik il- kwistjoni l-Prim Ministru Abela ħareġ lil Malta mill-graylist fi żmien record. Il-verita' hi li r-rizultati b'saħħithom immens tal-Gvern Abela jitkellmu weħidhom. Mhux ta' b'xejn li l-poplu konsistentament baqa' juri fiduċja fil-Partit Laburista u l-Gvern. Malta fl-aħħar snin, pandemija u mhux, graylisting u mhux, gwerra fl- Ukraina u mhux, sfidi u mhux sfidi, esperjenzat tkabbir ekonomiku konsistenti. Il-pajjiż għandu ekonomija diversifikata b'fokus fuq is-servizzi, partikolarment is- servizzi finanzjarji, it-turiżmu, u fil-kultura li kienu kontributuri ewlenin għat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Qatt ma nħoloq ġid f 'Malta daqs kemm qed jinħoloq bħalissa. Qatt ma kien hawn nies jaħdmu daqs kemm qed jaħdmu wbħalissa. Qatt ma rajna tkabbir fil-kejk nazzjonali daqs kemm qed naraw bħalissa, anke meta wieħed iqabbel mas- snin ta' qabel il-COVID-19. Waqt li forsi għall- ġenerazzjonijiet ta' qabilna s-suċċess ekonomiku kien assoċjat mal-Partit Nazzjonalista, anke bis- saħħa tal-politika post-1987 ta' Eddie Fenech Adami, mill-2013 is- suċċess ekonomiku sar territorju ċar u skjett tal-partit Laburista. Kemm għaliex il-mudell ekonomiku ħadem, u iktar għax komparat ma' dak li kien joffri GonziPN hu ferm u ferm aħjar u ta' suċċess. Ejjew nieħdu l-irkupru mill- COVID-19. Tabilħaqq l-irkurpru li sar kien jiżboq bi kbir kwalunkwè aspettattiva. U f 'kull settur. Rajna kultura b'saħħitha, rajna turiżmu u finanżi b'saħħithom. Nieħdu l-kultura, li hu l-qasam li l-iktar li nista' nitkellem dwaru on a first hand basis. Mill-ewwel bdejna b'Mużika Mużika 2022 li kienet suċċess kbir, kellna numri rekord li attendew l-ewwel Notte Bianca ta' wara l-pandemija, numri rekond fl-ewwel festeġġjamenti tal- aħħar tas-sena wara l-pandemija u fl-attivitajiet oħrajn tal-massa li ttellgħu matul l-2022 – festi, kunċerti u festivals, anke attivitajiet purament reliġjużi tal-massa - fil-perjodu immedjat ta' wara t-tneħħija tar-restrizzjonjiet. L-ammont ta' ġid li din l-attivita' kulturali tant kbira tinjetta fl-ekonomija ta' pajjiżna ma jistax jitkejjel. U s'intendi qed inħarsu biss lejn l-aspett ekonomiku, għax hemm aspetti oħrajn bħall-istandard of living, il-kuntentizza, l-opportunitajiet għall-artisti, l-ixprunar tat-talent li kollha huma daqstant importanti – jekk mhux ferm iktar – mill- konsiderazzjonijiet purament ekonomiċi. Dan kollu żgur li ma sarx b'kumbinazzjoni imma għax għandna Gvern bil-għaqal li jaħdem il-ħin kollu u jagħti l-massimu tiegħu biex pajjiżna jimxi 'l qiddiem fis-setturi kollha. Illum fis-settur kulturali l-Partit Laburista sar id-dar naturali tan- nies li jemmnu fl-arti u l-kreattivita' għaliex jafu li magħna hemm opportunitajiet sbieħ u li aħna verament għandna għal qalbna dawn is-setturi tant importanti. F'dawn l-aħħar snin, Malta għamlet ukoll sforzi biex tattira investiment barrani, inkluż permezz ta' inċentivi fiskali u inizjattivi ta' appoġġ għal startups u innovazzjoni. Dawn l-isforzi għenu biex jixprunaw it-tkabbir ekonomiku u jinħolqu l-impjiegi. Fl-2022, l-ekonomija tagħna kibret bi kważi 7%. Din ir-rata hija d-doppju tal-medja taż-żona ewro, u tiżboq it-tbassir li kienu qed jagħmlu istituzzjonijiet barranin. Minkejja l-isfidi bla preċedent li affaċċjat l-ekonomija tagħna, illum il-ġid nazzjonali huwa kważi biljun ewro akbar milli kien fl-2019. Dawn huma figuri b'saħħithom immens li juru kif il-politika għaqlija tal-Gvern qed tagħti l-frott u qed tkompli twassal għal prosperita' ġdida. Iktar figuri pożittivi: is-sena li għaddiet f 'pajjiżna kellna ammont rekord ta' konsum privat, esportazzjoni u investiment. Grazzi għas-sostenn qawwi li ngħataw in-negozji matul il-pandemija u l-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija u uwil, in-negozji Maltin esportaw rekord ta' kważi €24.5 biljun, jew żewġ biljun u nofs ewro aktar mill- 2019. Dawn ir-riżultati huma importanti għaliex bihom inkunu nistgħu bħala Gvern inkomplu ninvestu biex ngħinu lill-familji u negozji Maltin u Għawdxin u nipprattikaw bil-fatti l-ġustizzja soċjali. Waqt li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern il-pressjonijiet kien jitfagħhom direttament fuq in- nies, aħna għandna prijoritàjiet ċari li nkomplu ngħinu lin-nies u għalhekk inżidu l-investiment fin- nies u mhux inaqqsuh. Matul is-snin, Malta dejjem dehret bħala destinazzjoni popolari għall-kumpaniji li qed ifittxu li jistabbilixxu preżenza kummerċjali fl-Ewropa. Il-post strateġiku tal- pajjiż f 'salib it-toroq tal-Afrika u l-Ewropa, b'rata tat-taxxa tajba, b'forza tax-xogħol, u ambjent favur in-negozju, wasslu lil Malta biex titrasforma ruħha f 'destinazzjoni attraenti għal negozji ta' kull daqs u industriji. F'dawn l-aħħar snin, ħafna kumpaniji għażlu lil Malta bħala l-post fejn ikomplu jikbru, inklużi diveri ditti ewlenin. Il-Gvern ta' Malta kien ukoll proattiv fit- trawwim tal-innovazzjoni u l-intraprenditorija, u sawwar lil pajjiżna f 'hub għal startups u negozji innovattivi. Dawn il-fatturi kollha kkontribwew biex pajjiżna rabba l-fiduċja sabiex il-kumpaniji b'potenżjal għamluha gżiritna d-destinazzjoni preferuta għan- negozji tagħhom biex jespandu jew jistabbilixxu preżenza fl-Ewropa. Dan kollu ma jsirx b'kumbinazzjoni imma hu l-frott tal-ħidma għaqlija tal-Prim Ministru Robert Abela u l-Gvern kollu. Qed naraw b'mod ċar li l-politika tax-xogħol tal-Gvern qed issarraf fi frott. Irridu nibqgħu nsostnu l-livelli rekord li lħaqna fl- aħħar snin. Dan iħeġġiġna sabiex inkomplu naħdmu bħala Gvern li jaġixxi b'mod responsabbli u sostenibbli lejn il-familji Maltin u Għawdxin. Malta Flimkien ma kinitx sempliċi għajta ta' kampanja elettorali, imma Malta Flimkien huwa l-mod li bih irridu nimxu kuljum għall-ġid tal- Maltin u l-Għawdxin. Owen Bonnici 'Events, dear boy, events'