Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494706
12 illum • IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 analiżi L-ewwel fil-lista tad-drittijiet LGBTIQ imma fil-Lista l-Griża tal-FATF ukoll ... Tkompli minn paġana 11 F'dawn l-10 snin Gvern Laburista għamel bidla qawwija u importanti ħafna, li anke ħafna mill-kritiċi tiegħu jammettu illi kien pass fid- direzzjoni t-tajba, anke jekk fil-fatt dawn il-bidliet sarrfu f 'ħafna telf ta' voti għall-PN u gwadann ta' voti għall-PL. Qed nirreferu għall-introduzzjoni tal-Unjoni Ċivili għal koppji LGBTIQ, xi ħaġa li eluf laqgħu b'entużjażmu u ċelebrazzjonijiet kbar. Dan kien pass ma' bosta oħrajn li wasslu għal tibdiliet kbar u li l-poplu lanqas kien jimmaġina li jistgħu jseħħu, sa qabel l-2013, fosthom il-Liġi tal- Identità tal-Ġeneru, il-possibilità li koppja LGBTIQ tadotta, il- kriminalizzazzjoni tat-Terapija mill-aktar dannuża tal-Konverżjoni u finalment żwieġ ugwali għal kulħadd. Dawn il-bidliet ma kinux biss kruċjali biex l-ugwaljanza tkun aċċertata fil-liġi iżda wkoll wasslu għal bidla u aċċettazzjoni soċjali ħafna ikbar, biex Malta - minn pajjiż perċeput bħala wieħed konfessjonali u koservattiv - sar wieħed mill-aktar pajjiżi siguri għal persuni LGBTIQ u l-aktar progressiv f 'termini ta' ugwaljanza fil-liġijiet, fejn jirrigwarda persuni LGBTIQ. Drittijiet LGBTIQ: Bidla kuturali u politika qawwija Il-kwiet u l-progress tal- ewwel sentejn ta' Gvern Laburista ġdid tkissru bl-aħbar li kienet ħarġet Daphne Caruana Galizia li żvelat kif l-eks Ministru Konrad Mizzi kellu kumpanija li ma kienx iddikjara quddiem il-Parlament, miftuħa fil-Panama - ġurisdizzjoni ta' segretezza, popolari ma' dawk li jridu jevadu t-taxxa fuq dħul li ma jridux illi jidher. Ftit wara, irriżulta li anke Keith Schembri kellu kumpanija fil-Panama li kien fetaħ fl-istess żmien li matulha fetaħ il-kumpanija Mizzi. Imbagħad irriżulta li fl- istess żmien infetħet kumpanija oħra, Egrant Inc. li s-sid tagħha ma kienx magħruf min hu. Minn hemmhekk infetħet il-Kaxxa ta' Pandora li wasslet biex Muscat, Mizzi u Schembri jispiċċaw jirriżenjaw fl-inglorja. Apparti l-mistoqsijiet dwar ta' min hija Egrant u l-argument li bilfors trid tkun ta' Muscat u apparti l-argumenti tal-PN dwar il-fatt illi Ministru ewlieni u Chief of Staff - li kien de facto Prim Ministru - jiftħu kont f 'ġurisdizzjoni maħmuġa, imbagħad bdew ħerġin bil- mod, il-mod id-dettalji li kull darba kienu qed iħarbtu l-aġenda tal-Gvern u jitfgħuh f 'dawl xejn sabiħ. Kienet żvelata email illi turi li f 'dawn il-kumpaniji kellhom jidħlu $2 miljuni - €5,000 kuljum minn attivitajiet marbutin ma' turiżmu, skart u aktar minn pajjiżi bħall-Indja u l-Bangladesh. Imbagħad - permezz tad- Daphne Project, konsorzju ta' ġurnalisti u midja Maltija u internazzjonali - sirna nafu li Hearnville Inc. u Tillgate Inc. (il-kumpaniji fil-Panama ta' Mizzi u Schembri) kienu Target Clients ta' 17 Black - kumpanija oħra sigrieta f 'Dubaj li kienet ta' Yorgen Fenech - li kien Direttur fil-proġett tal-Power Station ta' Delimara. Target Clients ifisser li dawn kienu se jagħtu jew jirċievu flus mingħand 17 Black. Agħar minn hekk, iżda kien żvelat kif f '17 Black kienu daħlu $1.6 miljun. Trasferiment ta' $1.4 miljun kienu ġejjin mill-Ażerbajġan - minn Rufat Baratzada, permezz ta' kumpanija fis-Seychelles, jisimha Mayor Trans, skont rapport tal-FIAU. Issa l-Ażerbajġan huwa l-pajjiż minn fejn il-Gvern - permezz tal-Electrogas - qabel li jixtri l-gass għal 18-il sena permezz ta' Socar, il-kumpanija nazzjonali tal-istess pajjiż. $200,000 oħra kien irrapportat illi kienu ġejjin mill-Aġent Lokali tat-Tanker tal-gass. Minn hemmhekk qam kjass sħiħ ta' protesti mill- Oppożizzjoni Nazzjonalista u mistoqsijiet dwar il- konnessjoni bejn il-kumpaniji fil-Panama u l-proġett tal- Electrogas. Fuq il-Gvern intefgħet pressjoni enormi, speċjalment fuq Muscat, Mizzi u Schembri bit-temperatura politika tibda tiela' u tisħon mhux ħażin. Iżda mbagħad kien hemm "splużjoni" li wasslet biex saħansitra bdiet dieħla tensjoni qawwija fil-pajjiż u diskors biex kważi, kważi jsir kolp ta' stat u l-Gvern ta' Muscat jitneħħa mill-poter. Dan seħħ wara li Daphne Caruana Galizia ippubblikat storja illi kienet tgħid illi Egrant Inc kienet ta' Michelle Muscat u li sors - li wara sirna nafu li hija Maria Efimova, imfittxija mill-Pulizija b'akkużi ta' frodi u kalunja - kienet qaltilha illi kien hemm dokument f 'safe fil- kċina li kien juri dan. Aktar minn hekk qalet illi kienu għaddew mal-$1 miljun mill-Ażerbajan għal kont ta' Egrant. Muscat fetaħ inkjesta li ma kienet sabet ebda rabta diretta bejn Egrant u Michelle Muscat, ma kinitx sabet safe fil-kċina u kienet sabet ukoll li l-firem fuq id-dokumenti ta' Mossack Fonseca li kienu qed juru li Michelle Muscat hija sidt Egrant, kienu ffalsifikati. Dan ifisser illi l-kwistjoni tal- Panama kellha fortuni differenti għall-Gvern. Żgur ħafna aktar dannuża għall-Partit Laburista, bid-dannu jikber sew mal- assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-Panama: L-għerq ta' inkwiet kbir