Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494706
24 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum 'Għandhom jiġu ssanzjonati awtoritajiet li ma jaqdux dmirhom fil-konfront tal-midja' Il-bidliet fil-liġi li jitrattaw lill-ġurnalisti għandhom jagħtu appoġġ lill-midja, lill-ġurnalisti u lis-sorsi tagħhom billi, fost oħrajn - hekk kif pproponiet l-Inkjesta Pubblika fil-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia - issir investigazzjoni mill- aktar spedita mill-pulizija fuq ix-xogħol kollu investigattiv li sar, kif ukoll li jkunu introdotti sanzjonijiet kontra istituzzjonijiet li ma jaqdux dmirhom kif mistenni. Dan apparti li ma għandu jkun hemm ebda post għal regolazzjoni tal-istat f 'riforma li titratta l-midja. Dawn huma tnejn minn diversi proposti li saru mill- Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia f 'rapport li jitratta l-proposta tal-Gvern f 'Abbozz għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti. Il-Fondazzjoni, li għaddiet il-proposti tagħha wkoll fid- dawl ta' forum ta' diskussjoni organizzat mill-Kumitat tal- Esperti dwar ir-Riforma fil-Midja l-ġimgħa l-oħra, qed issostni li l-awtoritajiet għandhom jagħtu informazzjoni eżatta, veritiera u sħiħa lill- ġurnalisti, li għandu jkun hemm mekkaniżmu li jaċċerta s-sigurtà tal-ġurnalisti kif ukoll li ssir investigazzjoni u tittieħed azzjoni legali kontra dawk li jwettqu offiżi kontra ġurnalisti u persuni fil-midja. "Il-proċess ta' kif issir din ir- riforma u dak li se jirriżulta minnha huma inseparabbli għaliex proċess li ma jsirx tajjeb ma jista' qatt jagħti riżultat tajjeb," sostniet il-Fondazzjoni fid-dokument tagħha. 'Il-Kostituzzjoni għandha tirrikonoxxi l-irwol tal-midja u l-ġurnaliżmu' L-inkjesta tisħaq illi l-ġurnalisti għandhom jingħataw il-protezzjoni tal- Kostituzzjoni, xi ħaġa li fil- fatt anke l-Gvern innifsu qed jaqbel magħha. Huma jisħqu li l-Kostituzzjoni Maltija trid tirrikonoxxi d-dritt ta' kulħadd għal-libertà tal-espressjoni, l-irwol tal-ġurnaliżmu bħala pilastru demokratiku u anke l-irwol tal-midja bħala għassies tal-pubbliku. Il-Fondazzjoni qed tisħaq ukoll li l-obbligazzjoni tal- Istat huma li jippromovi midja indipendenti u pluralistika, kif ukoll tisħaq li l-Kostituzzjoni ma għandhiex tindaħal fix-xogħol tal-ġurnaliżmu. Intant il-Fondazzjoni qed tisħaq ukoll dwar l-importanza li s-sorsi ta' ġurnalist ikunu salvagwardjati f 'kull stadju kif ukoll li l-pulizija jkunu formalment u legalment obbligati li ma jiksrux il- protezzjoni tal-ġurnalist fil-qadi ta' dmirijiethom. Il-Fondazzjoni sostniet li kull leġiżlazzjoni trid tnaqqas mill- fastidju, theddid u anke ħsara li tista' ssir lill-ġurnalist minħabba xogħlu. "Il-liġi jeħtieġ tara li jkun hemm sentenzi aktar ħorox għal kull akkuża fil-konfront ta' ġurnalisti u persuni fil-midja. Jeħtieġ isiru bidliet kulturali u soċjali Intant il-Fondazzjoni tfakkar li l-inkjesta pubblika titkellem dwar il-korruzzjoni u l-ħasil tal- flus, fejn hemm l-aktar theddida kerha u serja għall-ġurnaliżmu. Tkompli tisħaq illi t-tentattivi biex il-ġurnaliżmu jkun protett, "ifallu jekk ma jsirx l-istess attentat biex tkun miġġielda l-korruzzjoni." Huma fakkru fil- fatt li hija b'midja b'saħħitha biss li tista' verament issir il-ġlieda kontra l-korruzzjoni. "Ir-riforma għandha tkun waħda komprensiva li ġġib bidla fl-ambjent illi fih joperaw il- ġurnalisti u l-pubbliku f 'materji ta' interess pubbliku. Dan jeħtieġ bidliet kulturali, soċjali u politiċi b'attenzjoni partikolari fuq ġurnalisti nisa," temmet tgħid il-Fondazzjoni li fakkret f 'dik li sejħet "kampanja ta' di- umanizzazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia. Malta tipparteċipa fil-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa tan-Nazzjonijiet Magħquda Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg attendiet għas-67 sessjoni tal- Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Kummissjoni dwar is-Sigurtà tan-Nisa fi ħdan il-Ġnus Magħquda, fi New York. It-tema magħżula għal din is-sena – 'Innovation and technological change, and education in the digital age for achieving gender equality and the empowerment of all women and girls' – ġabret flimkien bosta kelliema minn 180 pajjiż u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili minn madwar id-dinja. Malta tenniet l-impenn tagħha biex tibqa' dejjem tippromwovi politika favur l-ugwaljanza u l-emanċipazzjoni tan-nisa. F'isem il-Gvern Malti, is- Segretarju Parlamentari indirizzat laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u tal-Kunsill tas- Sigurtà dwar in-Nisa, Paċi u s-Sigurtà fejn fakkret li kull pajjiż huwa fid-dmir li jipproteġi lin- nisa, u kkundannat bis-sħiħ il- kultura patrijarkali li twassal għal vjolenza fuq in-nisa. Hija rreferiet ukoll għall-ewwel pjan t'azzjoni nazzjonali dwar in-nisa, paċi u sigurtà li għandha Malta bl-għan li jwassal għall-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Bħala parti mill-avvenimenti ta' Jum il-Mara, Malta organizzat diskussjoni dwar il-femiċidju, b'kollaborazzjoni mal-entità UN Women, Ċipru u l-Arġentina. Id-diskussjoni serviet bħala pjattaforma biex titqajjem aktar kuxjenza dwar ir-reat tal-femiċidju li qed jolqot eluf ta' nisa kull sena madwar id- dinja kollha. Is-Segretarju Parlamentari spjegat kif pajjiżna daħħal fis-seħħ abbozz ta' liġi li jħarrex il-pieni meta l-qtil ikun meqjus bħala femiċidju. Hija sostniet li l-għan tal-bidliet leġislattivi ma kinux biss biex isiru l-emendi neċessarji fil-liġi, iżda biex jintbagħat messaġġ b'saħħtu kontra l-vjolenza fuq in- nisa. Matul diversi laqgħat, is- Segretarju Parlamentari Buttigieg elenkat numru ta' miżuri li daħħal il-Gvern Malti f 'dawn l-aħħar snin sabiex jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Hija wasslet il-messaġġ li dawn il-miżuri ddaħlu grazzi għall- viżjoni femminista tal-gvern. Dawn il-miżuri wasslu sabiex f 'dawn l-aħħar snin żdiedet b'mod konsiderevoli r-rata ta' nisa fid-dinja tax-xogħol. Filwaqt li s-Segretarju Parlamentari rrikonoxxiet li f 'dan il-qasam fadal ħafna aktar xogħol xi jsir, l-ambizzjoni tal-gvern għal Malta ugwali wasslet ukoll sabiex issir ħidma biex jiżdiedu n-numru ta' nisa fil-Parlament Malti. Is-Segretarju Parlamentari Buttigeg kellha wkoll laqgħa mal-LGBTI Core Group tan- Nazzjonijiet Magħquda, fejn magħhom iddiskutiet il- kisbiet ta' Malta f 'dan il-qasam u l-prijoritajiet għall-futur, fosthom il-preparamenti għal Europride f 'Settembru li ġej.