Illum previous editions

ILLUM 12 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494706

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • ILLUM Carmel Bonnici Ir-rock Opera - Tommy (2) Wara l-ewwel artiklu ippubblikat nhar il-Ħadd li għadda, din il- ġimgħa se nkun qed niddedika dan l-artiklu għall-film mużikali Tommy tal-1975. L-istorja hi din: L-Ingliterra fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Wara żwieġ ferħan ta' it żmien ma' Nora (Ann- Margret), Group Captain Walker (Robert Powell) pilota ta' bomber tar-Royal Air Force jintlaqat fit- territorju tal-għadu u it xhur wara Nora twelled tifel, Tommy. Waqt viżta f 'Bernie's Holiday Camp, hi tiltaqa' u tiżżewweġ ma' wieħed mill-ħaddiema tal-post, Frank Dobbs (Oliver Reed). It- tlieta li huma jmorru jgħixu fid- dar tagħha. Lejla waħda, l-Kaptan Walker, maħsub mejjet, jiġi fid-dar mingħajr mistenni, nofs wiċċu maħruq u jsib lil Nora u Frank fis- sodda flimkien. Frank b'rabja kbira fuqu joqtlu u Tommy li jara dan ir-reat mill-mera jsir trux, mutu u għami mingħajr ċans li jfiq. Niġu l-quddiem għas-snin sebgħin: Tommy (Roger Daltrey) jittieħed għand wieħed reliġjuż li kapaċi jfejjaq, imma mingħajr suċċess. Wara jeħduh għand l-Acid Queen (Tina Turner) li tinjettah bid-drogi. Din l-esperjenza tal-aħħar tippermettilu jara lilu nniffsu bħala figura ħamra fil-mera. Meta jħalluh mal- kuġin sadistiku tiegħu Kevin (Paul Nicholas) li jittorturah brutalment, jkun kapaċi wara jara mmaġina safra fil-mera ħdejn dik il-ħamra. Meta jkun abbużat sesswalment miz-ziju Ernie (Keith Moon), jara figura blu. L-immaġini tiegħu ħamra, safra u blu toħroġ mill-mera tmur f 'bitħa mimlija karozzi mkissrin u mormijin, Tommy jimxi wara u jasal ħdejn magna tal-logħob bil-blalen, jilgħabha tant tajjeb li malajr isir ċelebrita' u jirbaħ lil dak li kien Kampjun tad-Dinja (Elton John) f 'turnament. Wara, l-ispeċjalista (Jack Nicholson) ma jirnexxilux ifejqu. Nora tinħakem minn dipressjoni qawwija, tinbuttah ġol-mera u malajr jerġa' jakkwista s-sensi kollha mitlufa. Meta jiddikjara ruħu l-Messija l-Ġdid, isir evanġelista mal- Holiday Camps (postijiet ta' divertiment ħdejn il-baħar aktarx) f 'kull belt maġġura tad-dinja u joffri lis-segwaċi tiegħu nuċċalijiet bi ħġieġ ikkuluriti, tappijiet tas- sufra, tajjar biex issodd il-widnejn u magni tal-logħob, waqt li Frank jieħu ħsieb il-profitti. Imma wara li dawk ikkonvertiti jirribellaw, jeqirdu l-kamp ċentrali tad- divertiment u joqtlu lil Frank u Nora. Waħdu, liberu, Tommy jitla' mal-muntanja biex jitlob ħdejn is- saqajn tal-immaġini tiegħu stess. Xi tagħrif ieħor jew kurżitajiet dwar din il-produzzjoni huma:- L-għażla oriġinali għall- parti tal-Acid Queen kienet ta' David Bowie. Peter Sellers kien ikkunsidrat għall-parti tat- tabib li wara marret għand Jack Nicholson. Il-bini li jidher li qed jaqbad, parti mill-kamp tal- vaganzi ta' Tommy, fil-fatt kien veru qed jaqbad. Kien is-South Parade Pier (il-moll) ta' Southsea. B'aċċident, xi ħadd qabbad dan in-nar waqt l-iffilmjar u t-tekniċi ddeċidew li jinkludu dak li nqabad bil-kamera fil-film. Mela, n-nies li jidhru jitfu n-nar u anki n-nar huma ġenwini. Dan il-moll reġa' nbena mill-ġdid u għadu jintuża' sal-preżent. Rod Stewart kien oriġinaljament inkluż biex jaħdem il-parti tal- Pinball Wizard, imma Elton John biddillu fehmtu. Elton għamel hu stess din il-parti, iżda Stewart ħadimha fuq il-palk ta' Londra. Lil George Lucas (il-moħħ wara s-sensiela Star Wars) offrewlu ċ-ċans biex jidderieġi fil-bidu tas- snin sebgħin, imma m'aċċettax l-għaliex kien qed jiżviluppa American Graffiti (1973). Il-versjoni ta' Elton John tal- kanzunetta Pinball Wizard kienet ta' suċċess bħala diska "single" u għadha l-unika "cover version" tad-diska li rnexxielha tidħol fl- aqwa għaxra. Roger Daltrey hu biss 3 xhur iżgħar minn Ann- Margret li taħdem t'ommu u biss 4 snin iżgħar minn Oliver Reed li hu l-missier tar-rispett tiegħu. Biex tagħqad, Daltrey hu eżattament 3 xhur ikbar minn Robert Powell (l-attur ta' Jesus Of Nazareth) li f 'Tommy jaħdem ta' missieru. Daltrey hu wkoll sentejn ikbar minn Keith Moon li ħadem taz-ziju Ernie. Ken Russell, id-direttur ta' diversi films provokanti bħal e Music Lovers, Women In Love, e Devils, eċċ., jidher bħala wieħed zopp matul il-kanzunetta Eyesight To e Blind waqt il- purċissjoni bl-istatwa ta' Marilyn Monroe li fl-aħħar titfarrak. Jidher ukoll fil-kamp tal-vaganzi ta' Tommy fil-bitħa tal-affarijiet imkissra lejn l-aħħar tal-film ġo siġġu tar-roti. Ir-"rock opera" tal-grupp e Who, Tommy hija xogħol konsistenti u sodisfaċenti bid- direttur Ken Russell juża s-soltu stil vulgari tiegħu f 'xi sekwenzi, imma fuq kollox magħmul b'ċerta ħila. Il-kumpanija li pproduċiet dan il-film kienet e Robert Stigwood Organization Ltd., li ndaħħlu ġo produzzjonmijiet bħal Hair, O Calcutta, Jesus Christ Superstar, Evita, Grease, Saturday Night Fever u oħrajn. Tommy kellu ħin ta' 108 minuti, maħruġ minn Hemdale Film Corporation fil- Gran Brittanja u mill-Columbia Pictures fl-Amerika. Il-film qam 3 miljuni biex inħadem u daħħal 34 miljun dollari.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 March 2023