Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494706
06 IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum 'Missieri kien jgħidli li jrid jixgħel il-TV biex jarani' ANTHEA CACHIA Lil Simone Cini, mhux l-ewwel darba li rajniha fuq xi programm Televiżiv. Għal min jiakar ukoll Simone Cini kienet ġurnalista, b'interess partikolari fil-politika. Din il-gazzetta tkellmet ma' diversi nisa minn professjonijiet differenti u waħda minn dawn kienet Cini. Cini tfakkar lill-ILLUM fil- karriera ġurnalistika tagħha u li għalkemm kienet imqanqla minn ħafna xogħol ġurnalistiku impenjattiv, titkellem ukoll dwar il-pressjoni li jaffaċċjaw il- ġurnalisti nisa, l-intimidazzjoni u dwar l-importanza li jingħataw is-sostenn. Il-midja Maltija kienet u għadha iddominata mill-irġiel. Tant hu hekk li l-maġġoranza tal-edituri huma irġiel. Kif tirreaġixxi għal dan? Qabel xejn jiena tlaqt minn ġol-Kamra tal-Aħbarjiet fl-2000. Matul is-snin kont nippreżenta numru ta' programmi inkluż Bondiċini. Illum jiena naħdem bħala preżentatriċi u producer tal-programmi tiegħi stess. Naturalment ċertu ħinijiet tal-edituri huma ħinijiet twal ħafna. Meta kont naħdem fil- kamra tal-aħbarjiet, l-editur kien jibqa' jaħdem sas-Sibt filgħaxija, sakemm tingħalaq il-gazzetta. Jekk persuna jkollha l-familja, il-ħinijiet tagħha jridu jkunu flessibbli u jekk persuna ma jkolliex sistema ta' sostenn madwarha b'partner li jaħdem ħinijiet flessibbli u forsi l-ġenituri li jistgħu jieħdu ħsieb l-ulied tkun aktar diffiċli minħabba r-responsabilità illi tirrikjedi. Meta tkun omm, taħdem ħinijiet flessibbli jew le, xogħlok dejjem irid isir. L-irwol ta' omm dejjem hemm jibqa' u għalhekk importanti li f 'kull impjieg, il-mara – jekk tkun omm – ikollha sostenn tajjeb. Id-dehra ta' mara taħseb li tiġi skrutinizzata aktar minn dik ta' raġel, speċjalment dawk tal- ġurnalisti u preżentaturi fix-xandir? Sfortunatament iva. Għal ħafna l-ewwel li tiekol hija l-għajn u din titfa' ħafna pressjoni fuq in-nisa li jaħdmu fil-midja. Filwaqt li llum naraw li anke l-irġiel jieħdu ħsieb tad-dehra tagħhom, għal ħafna, l-personalità ta' raġel tkun biżżejjed u ma jagħtux daqstant każ ta' kif jidhru. Min-naħa l-oħra mara jkollha ċertu elementi li jridu jkunu hemm u sa issa kienu it nisa li rnexxielhom jmorru kontra din il-mentalità. Il-ġurnalist ikollu ħafna ostakli f'xogħlu. Taħseb li dawn l-ostakli jkunu akbar għall-ġurnalisti nisa, fosthom aktar intimidazzjoni jew kummenti ta' mibgħeda mill- pubbliku? Jiena kont l-ewwel impjegata tas-Super One u kienet xi ħaġa verament ġdida. Fil-fatt is-Super One kien l-ewwel stazzjon politiku, imbagħad eventwalment rajna l-introduzzjoni tan-Net TV. Għaldaqstant ma kinitx faċli illi tkun ġurnalista tiġri wara l-politiċi, bħalma kont nagħmel jiena. Dak iż-żmien fil-fatt kont immur fuq l-eks Prim Ministru u President ta' Malta Eddie Fenech Adami biex nistaqsih xi mistoqsijiet, fost persuni oħra. Dak iż-żmien konna inkunu ħafna 'hands on' u kienet kważi l-ewwel darba li rajniha din f 'pajjiżna, mingħajr ma' inneħħi x-xogħol li kienu jagħmlu l-ġurnalisti Anna Bonanno u Ruth Amaira. Mill-1994 – meta twaqqaf is-Super One – sal-1996, meta twaqqaf it-tieni stazzjon politiku kont l-ewwel ġurnalista fuq bażi full time u l-ewwel mara li kont naqra l-aħbarjiet. Li tkun mara ma kinitx faċli iżda anke n-nisa stess kellhom ċertu animosità lejja. Jista' jagħti l-każ ukoll illi peress li jien kont naħdem mas-Super One, filwaqt li n-nisa mill-kamp tal-Partit Laburista kienu jħobbuni, in-nisa tal-partit oppost ma kinux daqstant. Fl- aħħar minn l-aħħar jiena kont ġurnalista għall-politika fi żmien fejn kien hemm firda kbira bejn iż-żewġ partiti. Tikkunsidra terġa' tidħol għall- ġurnaliżmu? Le, speċjalment bħala ġurnalista fuq il-politika. Dak iż-żmien ma kellix tfal ukoll u ma kellix ħinijiet, naħdmu kemm ikun hemm bżonn. Fil-fatt missieri kien jgħidli, "biex narak irid nixgħel it-televiżjoni." Illum nipproduċi l-programmi tiegħi stess, bil-kumidità. Jum il-Mara 2023 'Sfortunatament għal ħafna, l-ewwel li tiekol hija l-għajn u din titfa' ħafna pressjoni fuq in- nisa li jaħdmu fil-midja' Simone Cini