Illum previous editions

ILLUM 12 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494706

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 illum • IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 Jum il-Mara 2023 'Il-Knisja mhux qed tonqos lill-mara għax ma tistax issir qassis. Kulħadd għandu rwol' Bħala l-ewwel mara li studjajt u li għandek passjoni kbira lejn ir-reliġjon, kif tirreaġixxi għall-fatt li n-nisa ma jistgħux isiru qassisin, speċjalment fid-dawl tan-nuqqas ta' persuni li għandhom interess li jsiru qassisin? Jien kont l-ewwel mara li għamilt kors iddiżinjat għall-kandidati tas- saċerdozju u meta sirt naf b'dak il- kors għidt "għala le?" Sintendi, jien ma' iddispjaċinix li ma sirtx qassis għax qatt ma kelli dik ix-xewqa u ma studjajtx għax kont qed inħoss xi nuqqas f 'ħajti. It-tagħlim huwa miuħ għal kulħadd. Jiena persuna li qatt ma rajt l-irwoli li ma nistax nagħmel anzi b'dak li naf, b'li studjajt u bit-talenti li ġejt mogħnijja bihom ħarist biss lejn dak li jien nista' nagħmel. Jekk wieħed iħares lejn il-limitazzjonijiet biss, aktar milli l-irwoli li wieħed jista' jilħaq, jipparalizza lilu nnifsu u jispiċċa' ma jwettaq xejn fil-ħajja. Jiena nemmen li kulħadd għandu rwol fis-soċjetà, inkluż fil-Knisja. Jekk wieħed iħares lejn is- saċerdozju bħala rwoli li jista' jilħaq, bħal pereżempju ta' qassis, isqof jew arċisoqof, inkun qed iħares lejn l-irwoli tas-soċjetà minn angolu ħażin. Fl-aħħar minn l-aħħar huwa s-servizz li jingħata li huwa ta' aktar importanza. Jekk mara tħoss li l-Knisja qed tonqosha għax mhux qed tlaħħaqha bħala qassis, dik hija attitudni ħażina. Is-saċerdozju huwa għotja u servizz li qed jingħata lil poplu ta' Alla u li persuna sservi biex taqdi l-missjoni tagħha. Kull mgħammed għandu rwol x'jaqdi fil-Knisja. Li persuna jiddispjaċiha li ma tistax tilħaq fl-irwol ta' qassis, jekk din hija l-ambizzjoni tagħha, tkun qed taħli l-ħin għax kull rwol fil- Knisja, ikun xi jkun, huwa servizz importanti. Tajjeb li nsemmi wkoll illi bħala nisa fil-Knisja, hemm ħafna persuni fit-tmexxija. X'inhu l-irwol tiegħek fil-knisja? Ilni naħdem fil-Knisja għal żmien twil, mill-1990 u kont waqa sena biex ikun verament ċerta li x-xogħol li kont qed nagħmel fil-Knisja huwa għax kont konvinta minnu u mhux għax kont komda li nagħmlu. Fil- fatt għamilt sena naħdem ġewwa skola u kont għal qalbi immens, però dejjem ħassejt il-ġibda biex nerġa' nagħti kontribut fil-Knisja. Il-Knisja għandha l-ordinament ġuridiku u għaldaqstant għandha t-tribunali tagħha li joqgħodu għal-liġi tal-pajjiż. L-irwol tiegħi f 'dan il-każ huwa tal-Kanċillier fit-tribunal tal- appell. F'Malta l-Knisja għandha tliet tribunali. Tara kunflitt fl-irwol tiegħek bħala attivista mal-irwol tiegħek fil-knisja? L-ewwel lealtà tiegħi tibqa' lejn il-Knisja. Jiena ma nara l-ebda kunflitt bejn iż-żewġ rwoli għax huma xhieda tat- twemmin tiegħi. Bħala ċittadini lkoll għandna l-irwol u d-dover li nikkontribwixxu fil-ħajja pubblika ta' pajjiżna. Li wieħed jipparteċipa fil-ħajja pubblika ma jfissirx li jivvota darba kull ħames snin jew meta jaslu l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Kull ċittadin għandu l-obbligu u d-dover li jkun ċittadin responsabbli. Jien bħala mgħammda għandi d-doveri li nagħti xhieda ta' prinċipji evanġeliċi universali: Il- verità, il-ġustizzja u l-ugwaljanza. L-aktar nies li jaraw kunflitt mhumiex dawk li ma jemmnux fil-Knisja, iżda min jemmen għaliex għadhom ma immaturawx fil-fidi tagħhom. Il-fidi ma tingħalaqx fil-Knisja u l-obbligi tiegħek, bħala persuna li temmen, ma jiqfux fuq it-tarġa taz-zuntier. Jekk hemm persuna li taħseb li tmur il-quddies u tagħti l-karità huma biżżejjed, mhumiex. Hemm min qiegħed jeżerċita l-obbligi tiegħu fi sferi differenti tas-soċjetà. Jien inzertajt li qed nagħmel dan permezz tal-attiviżmu. Tajjeb li nsemmi wkoll illi l-Knisja hi parti mis-soċjetà ċivili u għalhekk ma nistax nemmen u niem kif hemm min jgħid illi l-Knisja m'għandhiex dritt li tindaħal. Anzi, il-Knisja hi obbligatà għax hi wkoll tagħmel parti mis-soċjetà ċivili. Hemm ħafna persuni li jixtiequ gwida mill-Knsija fuq ċertu kwistjonijiet. Jekk ma tkunx qed tagħmel dan, tkun qed tonqos. Attivista voċifera ma' Repubblika u Kanċillier fit-Tribunal tal-Knisja... Min hi Alessandra Dee Crespo? Tara kunflitt bejn iż-żewġ irwoli tagħha? X'inhi l-fehma tagħha fuq il-fatt illi n-nisa ma jistgħux isiru qassisin? 'Sakemm jibqa' l-iżbilanċ bejn is-sessi, iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum il-Mara jibqgħu validi' L-ILLUM tkellem ukoll lil-lettur u l-attivista Dott. Angele Deguara fuq is-sinifikat ta' Jum il-Mara, għaliex il-mestruwazzjoni għadu taboo u s-soċjetà Maltija, deskritta minnha bħala tradizzjonali ... Riċentament tressqet il-proposta ta' menstrual leave u ħafna ħadu xokk. Il-mestruwazzjoni, li hija xi ħaġa daqstant normali, għaliex għadha meqjusa bħala taboo u x'jirrifletti dan fuq is-soċjetà tagħna? Hawn nisa li jbatu sew minħabba ċ-ċiklu mestruwali tagħhom. Kummenti negattivi li jmorru kontra l-introduzzjoni tal- menstrual leave juru biċ-ċar li: Jew saru minn nisa illi ma jgħaddux minn l-istess tbatijja jew inkella isiru minn irġiel li ma jkunux sensittivi u ma jimpurathomx minn affarjiet li jgħaddu minnhom in-nisa. Irridu ngħidu wkoll illi r-reazzjoni kontra din il-proposta ġiet ukoll minħabba l-fatt illi din hija xi ħaġa ġdida u n-nies iridu jaġġustaw aktar għaliha. Kien hemm persuni wkoll li għamlu referenza għall-abbużi li jistgħu isiru. Filwaqt li huwa minnu li jista' jkun hemm min jabbuża, b'din l-istess mentalità l-Gvern jista' ma jintroduċi l-ebda miżura, għaliex l-abbuż f 'kollox jista' jkun. Eżempju ta' dan huwa li persuna tista' tabbuża bis-sick leave. Issa li qed naraw lill-mara tipparteċipa aktar fid-dinja tax- xogħol, x'impatt ħalla fuq il-mara tad-dar? Kien hemm shift ta' kif is-soċjetà tħares lejn il-mara tad- dar, speċjament meta wieħed iqis kemm hawn nisa li qed jagħżlu li jaħdmu? In-nisa jiġu iġġudikati aktar meta jkun hemm it-tfal żgħar involuti, għaliex dawk huma l-isterjotipi li dejjem taffaċċja l-mara. Jiena nemmen bi sħiħ li l-qofol ta' kollox huwa l-għażla. L-għażla għandha tkun kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Eżempju ċar ta' dan huwa jiena stess. Jiena dejjem għażilt li nibqa' naħdem anke meta kelli t-tfal mentri r-raġel tiegħi, kieku kellu l-għażla, kien jippreferi illi jibqa' d-dar. Jiena nara li hemm bżonn ta' policies aktar adegwati dwar il- bilanċ ta' bejn il-ħajja u x-xogħol illi jiffaċilitaw l-għażla. Għaliex il-mara m'għandiex tagħżel li toqgħod id-dar? Hemm min jgħid illi qed issir ċertu pressjoni biex in-nisa joħorġu jaħdmu u jista' jkun li dan huwa minnu, fuq livell soċjali. Nemmen ukoll illi l-pressjoni xorta tibqa' iktar fuq ir-raġel, speċjlament jekk dan jagħżel li ma jaħdimx. L-għażla li persuna toqgħod id-dar, għandha tkun għat-tnejn. Illum il-ġurnata indrat aktar illi l-mara toħroġ taħdem. Minkejja dan, ir-riċerka tindika illi r-responsabilitajiet ta' childcare u tindif xorta jibqgħu l-aktar tan-nisa, anke jekk l-irġiel qed jikkontribwixxu fix-xogħol tad-dar. Bħala soċjologu kif tara li s-soċjetà biddlet il-mod ta' kif tħares lejn mara, meta mqabbel ma' pajjiżi oħra madwar id-dinja? Pajjiżna għad għandu kultura tradizzjonali u Mediterranja. Għaldaqstant għadna nħarsu lejn ċertu affarjiet u kwistjonijiet minn lenti tradizzjonali. Dan narawh ukoll fil-fatt li pajjiżna għadu l-uniku fl-Unjoni Ewropea illi l-abort huwa projbit f 'kull każ. Narawh ukoll fil-fatt li l-mara ħarġet taħdem fid-dinja tax-xogħol ħafna aktar tard, meta wieħed iqabbel ma' pajjiżi oħra. Meta għamilt il-Masters tiegħi fl-1990, il-parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xogħol kienet ta' 28%. Sintendi, fl-aħħar snin rajna żieda fil-parteċipazzjoni. F'Malta rajna aktar nisa minn irġiel illi gradwaw iżda fid-dinja tax-xogħol, din mhix riflessa. Jista' jkun illi dan qed jiġri minħabba l-fatt illi koppja tiddeċiedi li tespandi l-familja tagħha. Għaldaqstant, b'kunsens taż-żewġ membri tal-koppja, il-mara qed tagħżel li tieqaf minn xogħolha, jew illi taħdem part-time. Din ma fiha xejn ħażin lanqas, iżda b'mod ġenerali qed naraw illi n-nisa jagħżlu li jwaqqfu l-karriera tagħhom aktar mill-irġiel. Apparti minn hekk tajjeb illi nsemmu li m'għandniex biżżejjed strutturi biex jagħtu sostenn lill-ġenituri, la lil mara u lanqas lil raġel. Fil-fatt meta mqabbel ma' ċertu pajjiżi, il-leave tal-ġenituri (parental leave) huwa ħafna inqas minn ta' pajjiżi oħra. Huwa tal- mistħijja! Xi jfisser Jum il-Mara għalik? Illum il-ġurnata ħafna jistaqsu: "Għalfejn għadna niċċelebraw Jum il-Mara jekk sar il-progress?" Għad hemm ħafna li ma japrezzawx kemm kien hawn nisa li ġew qabilna u li ġġieldu biex ħadu ċertu drittijiet li l-irġiel dejjem ħaduhom forgranted. Jum il-mara jibqa' jkollu sinifikat qawwi għaliex in-nisa għadhom żvantaġġjati. Eżempju ta' dan huwa meta naraw każi ta' sessiżmu, il-kummenti dispreġġjattivi u r-rati ta' nisa li jinqatlu mill-partners tagħhom, fost oħrajn. Għalkemm il-mara għamlet progress fl-aħħar snin, in-nisa u l-irġiel għadhom mhumiex fuq l-istess livell u qabel ma jkun hemm bilanċ, Jum il-Mara jibqa' jkollu sinifikat mill-aktar qawwi. Alessandra Dee Crespo Angele Deguara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 March 2023