Illum previous editions

ILLUM 12 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494706

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 analiżi IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum Pandemija u Gwerra: L-akbar żewġ sfidi fl-aħħar 10 snin ... Tkompli minn paġana 11,12 u 13 Pero' l-akbar kriżi li ffaċċja pajjiżna f 'dawn l-10 snin kienet kriżi internazzjonali li ġabet lid- dinja prattikament għalkopptejha. Il-pandemija għalqet lin-negozji, sakkret lin-nies ġewwa u għalqet l-ajruport illi nfakkru illi huwa prattikament pulmun għall-pajjiż flimkien mal-baħar. Din kienet daqqa li verament ħadha kulħadd iżda li nħasset l-aktar minn pajjiżi fejn id-dipendenza fuq it- turiżmu hija waħda għolja ħafna, fosthom Malta. Apparti mill- apsett ekonomiku kellek ukoll dak kruċjali tas-saħħa, b'nies li kienu qed jitilfu ħajjithom u poplu fi kważi stat ta' paniku. Kulħadd maqful ġewwa, il-ħajja soċjali kompletament wieqfa u familjari ma jistgħux imqar jaraw lil qrabathom fl-aħħar mumenti, jew lanqas biss jistgħu jagħtu l-aħħar tislima lill-maħbubin. Għall-Gvern, bħal kull Gvern ieħor fid-dinja, din kienet uġigħ ta' ras kbira ħafna. eddida serja li l-ekonomija tikkrolla jew tieħu daqqa li ma tqumx minnha. Il-Gvern kellu mumenti xi it imbarazzanti fejn ġie kkritikat bl-aħrax, fosthom il-kumment tal-PM Abela li l-mewġ qiegħed fil-baħar u d-dħul ta' turisti mhux vaċċinati fil-pajjiż li wassal għal mewġa oħra ta' każi, meta l-affarijiet kienu donnhom ġew lura għan-normal. Kollox ma' kollox iżda l-ġudizzju, speċjalment dak ekonomiku, kien wieħed tajjeb ħafna. Il-Gvern nieda il-Wage Supplement li kienet injezzjoni kruċjali li wasslet biex ma jintilfux impjiegi, prospett reali ħafna fid-diversi oqsma milquta. Il-Gvern ħareġ il-vouchers, li kienu imbuttatura importanti u kruċjali għall-konsum u l-infieq biex tiddawwar it ir-rota, għen fil-kirjiet tal-ħwienet minħabba li diversi sidien kellhom jibqgħu jħallsu l-kirja anke jekk kellhom jgħalqu. Il-Gvern għen ukoll f 'moratorji, ta għajnuna lill- midja - speċjalment dik stampata - naqqas il-konijiet tad-dawl u l-ilma għan-negozji, filwaqt li ta għotjiet lil stabbiliment, bħal każini tal-banda u anke clubs. Ħareġ ukoll diversi skemi marbutin mat-turiżmu: Mill- iskejjel tal-Ingliż sal-iskejjel tal- għadds sa għajnuna lil-lukandi u ħidma ta' rkupru li ħalliet riżultati tajbin hekk kif fl-2022 it-turiżmu reġa' ġie qrib ħafna n-numru ta' wasliet li kien intlaħaq fl-2019, sena rekord. Mil-lat ta' saħħa l-Gvern ħalla wkoll impatt tajjeb, fis-sens illi Malta kienet fuq quddiemnett fl- għoti tal-vaċċin fid-dinja kollha u kienet saħansitra mfaħħra mill-Organizzazzjoni Dinjija tas- Saħħa għal mod kif mexxiet il- proċess f 'dak li jitratta s-servizz tas-saħħa. Minkejja l-kritika - xi kultant ma taqta' xejn, it minnha ġustifikata u oħra ħafna inqas - il-kawtela tal-Gvern biex jerġa' jiaħ in-negozji u jerġa' jibda attivitajiet bħall-festi, ħalliet il- frott għax kollox donnu reġa' fetaħ mingħajr skossi u mingħajr ma kien hemm problemi kbar marbutin mas-servizz tas-saħħa. Il-Pandemija: Żammejna fil-wiċċ minkejja l-akbar sfida mis-snin 40 L-għeluq ta' dawn l-10 snin offrew sfida oħra, din id-darba sfida li messet żewġ punti importanti: Is-sigurtà u l-għoli tal-ħajja. Il-gwerra ma setgħetx ġiet f 'mument agħar għad-dinja li kienet qed tistejqer mid-daqqa tal-pandemija. Il-gwerra offriet u għadha qed toffri sfida serja għas-sigurtà tal- kontinent ewropew, speċjalment jekk ir-Russja tiddeċiedi li tibda gwerra nukleari. Din il- gwerra wasslet lill-Ewropa u lil Malta biex tieħu deċiżjonijiet li jinkludu sanzjonijiet fuq ir- Russja, inkluż fuq il-gass u ż-żejt, realtà li wasslet biex jogħla bil- kbir il-prezz tal-enerġija madwar il-kontinent. Il-Gvern kellu mument imbarazzanti hekk kif kellu jiddeċiedi li jwaqqaf l-għoti taċ-ċittadinanza lil persuni Russi. Imbarazzanti fis-sens, li l-Programm ta' Ċittadinanza reġa' ġie taħt skrutinju ewropew hekk kif Malta hija l-unika pajjiż fl-UE li fil-fatt ibigħ iċ- ċittadinanza u li ma għandux pjan biex iwaqqaf tali skema. Dan apparti li l-PM Abela donnu indika - għall-ewwel li mhux se jwaqqaf iċ-ċittadinanza lil persuni Russi, biex imbagħad iffaċċjat bi pressjonijiet ewropej kellu jagħmel dan. Ta min infakkru li din l-iskema li fl-aħħar mill-aħħar qed tbigħ iċ-ċittadinanza ewropea mhux biss ġiet taħt skrutinju u kritika fl-istituzzjonijiet ewropej, iżda saħansitra waslet biex il- Kummissjoni Ewropea tiaħ każ quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja propju biex pajjiżna jwaqqaf tali skema. Issa lura għall-gwerra. Il-gwerra fissret ukoll li Malta, bħall-bqija tal- Ewropa bdiet tiffaċċja inflazzjoni rekord, kollox jogħla speċjalment il-laħam, żejt, ġobnijiet u spiċċa imbagħad għola kollox: Minn servizz għand beutician, sa qatgħa xagħar sa membership f 'xi gym, kollox dejjem taħt il-kappa li "kollox qed jogħla." Tant kienet rerkord l-inflazzjoni li fil-fatt din irriżultat f 'COLA rekord ta' €9.90. Naturalment l-għoli tal-ħajja jolqot il-but u l-but huwa l-aktar fattur importanti, li l-votanti (mhux Maltin biss) jikkunsidraw meta jiddeċiedu jekk jagħtu jew ma jagħtux appoġġ lill-Gvern. Il-Gvern ta' Abela iżda ħa passi pożittivi biex jilqa' għal din ir-realtà, primarjament li laqa' għall-għoli fil-prezzijiet tal- enerġija b'sussidju ta' madwar €600 miljun fis-sena, li fl-aħħar mill-aħħar ifisser aktar finanzi tal-pubbliku li qed imorru biex jilqgħu għal din ir-realtà. Il-Gvern ta wkoll miljuni f 'sussidji lill-importaturi tal- qmuħ. Minkejja kollox iżda u minkejja l-għajnuniet l-effetti inflazzjonarji baqgħu hemm u l-ħajja għoliet mhux ħażin, b'impatt mill-ġdid fuq is-saħħa tal-pagi. Biex tgħaxxaq... Tibda Gwerra u jogħla kollox!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 March 2023