Illum previous editions

ILLUM 12 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494706

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum Min għandu t-tort fuq il-VGH? 14.5% jippuntaw is-swaba' lejn Muscat ANTHEA CACHIA Tliet Sptarijiet. €300 miljun f 'konċessjoni. Proġetti ta' riġenerazzjoni li ma saru qatt... Din hija s-saga tal-VGH jew Steward Healthcare, kif trid issejħilha. Iżda min hu l-perċimes wara dan kollu? Skont is-sondaġġ xjentifiku tal-gazzetta ILLUM wieħed minn kull seba' persuni, jiġifieri 14.5%, jemmnu illi t-tort huwa ta' Joseph Muscat, dak iż-żmien Prim Ministru, filwaqt li 1.1% ippuntaw is-swaba' lejn Robert Abela. F'dan is-sondaġġ ukoll, li staqsa min kien responsabbli għall-iksandlu tal-Vitals, kienu 14% li saħqu li t-tort tal-kuntratt "frawdolenti" tal-VGH ma kien ta' ħadd ħlief tal-Kabinett tal- 2015, li fih jinkludi lil Muscat, lill-eks Ministru Konrad Mizzi u lill-eks Chief of Staff Keith Schembri. Minn dan is-sondaġġ irriżulta wkoll illi it aktar minn 27% qablu illi t-tort huwa ta' kulħadd u dan jinkludi wkoll lill-Prim Ministru Robert Abela. Il-maġġoranza ta' dawn kienu votanti Nazzjonalisti b'43.8% u ż-żgħażagħ b'31.9%, jiġifieri dawk tal-etajiet bejn is- 16 u l-35 sena. Tajjeb li nfakkru illi l-kwistjoni tal-Kabinett– u x'responsabilità seta' kellu biex din il-konċessjoni ingħatat, diġà qajmet l-irwiefen bejn il-membri tal-Kabinett ta' dak iż-żmien. Dakinhar li ħarġet is-sentenza, Muscat sostna illi l-istadji kollha fil- konċessjonijiet tal-Isptarijiet saru b'diskussjonijiet kontinwi u deċiżjonijiet dokumentati tal- Kabinett. Iżda dan ma tantx niżel tajjeb mal-eks Ministru Evarist Bartolo, li irribatta li Muscat kien qiegħed juża lill-Kabinett bħala paraventu għall-proġett tal-VGH. Muscat jingħata aktar tort minn Mizzi filwaqt li Keith Schembri bilkemm jissemma' Dan is-sondaġġ juri biċ-ċar illi bejn Muscat u Mizzi, l-eks Prim jibqa' l-aktar persuna li jingħata tort. Dan hekk kif 2.6% tal-parteċipanti taw tort lil Mizzi, perċentwal ferm iżgħar minn dak ta' Muscat. Intant għandna nsemmu wkoll il-fatt illi f 'dan is-sondaġġ kienu it illi taw it-tort lil Keith Schembri. Iżda dan is-sondaġġ jindika illi filwaqt li l-parteċipanti kollha li għandhom 'l fuq minn 36 sena ma jagħtuh ebda tort, 1.1% taż-żgħażagħ ma jaħsbuhiex l-istess. L-uniku grupp ta' parteċipanti li ħassu dan l-istess sentiment kienu biss dawk li ivvutaw preċedentament lil Partit Nazzjonalista (PN), b'0.9% u dawk illi kieku jkollha tfaqqa' elezzjoni issa jivvutaw lil PN, b'1%. Notevolment ukoll dawk li l-maġġornaza ta' dawk li jagħżlu li jivvutaw lill-PN fil-preżent, jiġifieri, b'43.8%, jgħidu illi t-tort huwa ta' kulħadd inkluż ta' Robert Abela. U Robert Abela? X'jgħid l-elettorat? Il-Prim Ministru Robert Abela baqa' jinsisti, illi huwa ma kellu ebda involviment u ma kienx konsulent legali tal-Kabinett meta ngħatat il-konċessjoni. F'dan is-sondaġġ irriżulta illi 0.6% tan-nies li jivvutaw lill- Partit Laburista (PL) li kieku kellha ssir elezzjoni illum, li jemmnu li Abela għandu tort. Min-naħa l-oħra 2.5% taż- żgħażagħ jgħidu illi t-tort huwa tal-Prim Ministru Abela. Punt interessanti huwa illi filwaqt li b'mod ġenerali 1.1% attribwew it-tort lil Abela, l-ebda mir-residenti Għawdxin, tat-Tramuntana u tat-Tramuntana tal-Port ma jemmnu li t-tort huwa ta' Abela. Filwaqt li dan ma jmurx wisq 'il bogħod mill-fehma ġenerali naraw li reġjonalment, l-aktar li jaraw li għandu tort kienu fin- Nofsinhar tal-Port u fix-Xlokk, żewġ reġjuni li l-maġġoranza tagħhom huma iddominati mir- residenti laburisti, b'2.6% u 2.9% rispettivament. Min-naħa l-oħra kienu 1.9% tar-residenti tal- Punent li ippuntaw s-swaba' lejn Abela. Simili għal dan ukoll, kieku 1.27% ta' dawk illi ivvutaw lil PN fl-aħħar elezzjoni li jemmnu li Abela kellu tort. Perċentwal illi tela' għal 1.5% għal dawk li jivvutaw lil PN f 'każ ta' elezzjoni issa. Mizzi, Muscat, Abela jew kulħadd? "Ma nafx!" Filwaqt li s-saga tal-VGH ilha għaddejja kważi l-maġġoranza tas-snin li l-PL għamel fil- Gvern u li urtat bil-kbir lil ħafna Laburisti ġenwini li jemmnu fih, numru ta' parteċipanti xorta waħda jemmnu li din il- konċessjoni mhi tort ta' ħadd, anke jekk il-Qorti tgħid mod ieħor. Ftit aktar minn 10.6% jemmnu li wara din il-ġrajja tal-għajb, mhemm ħadd b'idejh imċappsa. Fil-fatt dan in-numru jikber aktar, kif mistenni, għal 30% tal- parteċipanti Laburisti. Għandna nirrimarkaw ukoll illi 13.3% ta' dawk illi ma jagħtu tort lil ħadd huma persuni illi għandhom 'il fuq minn 65+ li jista' jiġi attribwit għall-fatt illi ħafna persuni avvanzati fl-età huma aktar leali lejn il-partit tagħhom. Min-naħa l-oħra, l-ebda parteċipant li jivvota lill-PN issa ma jemmen li ma huwa tort ta' ħadd. U finalment, f 'dan is-sondaġġ jiddomina l-fatt illi minkejja l-istejjer li smajna fl-aħħar ġimgħat għad hemm min mhuwiexx ċert minn kien il- perċimes. Fil-fatt kważi 30% tal- parteċipanti għadhom indeċiżi. Hawn nerġgħu naraw l-aktar qbil fost il-Laburisti b'51.6% b'kuntrast man-Nazzjonalisti b'3.2% li jgħidu illi ma jafux. Min għandu tort?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 March 2023