Illum previous editions

ILLUM 12 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494706

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 analiżi IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum Margaret Mifsud 1 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar tliet skemi ta' finanzjament immirati speċifikament għall- festi Maltin, b'investiment ta' €500,000 għas-sena 2023. It-tliet skemi ta' finanzjament – Il-Fond għal Aktar Saħħa u Sikurezza fil-Kmamar tan- Nar, l-Iskema ta' Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal- Armar tal-Festi, u l-Iskema Ngħinu Finanzjarjament lis- Soċjetajiet tal-Banda, huma mmaniġġjati mill-Kunsill Malti għall-Arti, bl-aħħar skema mmexxija b'kollaborazzjoni mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. "Inizjattivi bħal dawn jiffurmaw parti essenzjali mit- tisħiħ tat-tradizzjonijiet lokali tagħna għax b'hekk inkomplu ntejbu l-aċċessibbiltà fis-settur," qal il-Ministru Bonnici. Huwa żied jgħid li b'dawn l-iskemi, "qed nibnu fuq il- passat u ninvestu lejn il-futur ta' dawn it-tradizzjonijiet. Qed niżguraw ukoll li nissostanzjaw l-importanza li l-każini tal- banda, il-kmamar tan-nar u l-assoċjazzjonijiet tal-festa għandhom fil-komunitajiet tagħna," tenna l-Ministru Bonnici. Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall- Arti Albert Marshall stqarr li, "Il- viżjoni tal-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti hija li jkollna l-arti fil-qalba tal-futur tal-pajjiż, filwaqt li nkomplu ninvestu u nkattru diversità ta' espressjoni artistika u kulturali biex inkomplu nsaħħu l-ekoloġija kreattiva u kulturali tal-pajjiż tagħna. Inizjattivi bħal dawk li qed insemmu llum għandhom rwol importanti fit-twettiq ta' dawn il- miri, filwaqt li nkomplu nistinkaw għal aktar professjonalizzazzjoni fis-settur." Il-'Fond għal Aktar Saħħa u Sikurezza fil-Kmamar tan-Nar' jiffaċilità l-investiment biex tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura tal-kmamar tan-nar biex il-voluntiera jkunu jistgħu jaħdmu f 'ambjent aktar sigur. L-allokazzjoni għal din is-sena hija ta' €170,000 u kull proġett eliġibbli jista' jingħata sa massimu ta' €5,000. Is-sejħa hija miuħa u tagħlaq f 'nofsinhar tal-21 ta' Marzu 2023. L-iskema 'Ngħinu Finanzjarjament lis-Soċjetajiet tal-Banda' hija immaniġġjata f 'kollaborazzjoni mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. L-allokazzjoni għal din is-sena hija ta' €160,000 u kull proġett eliġibbli taħt Kategorija A jista' jingħata sa massimu ta' €6,750, filwaqt li kull proġett eliġibbli taħt Kategorija B jista' jingħata sa massimu ta' €10,800. Dan il-fond jappoġġja numru ta' proposti mill-każini tal-banda, speċjalment peress li dawn għandhom rwol importanti fil-komunitajiet u jservu bħala wieħed mill-punti ta' dħul primarji għad-dinja tal-arti. Min-naħa l-oħra l-Iskema ta' 'Finanzjament Artistiku għall- Għaqdiet tal-Armar tal-Festi' tirrikonoxxi l-importanza tal-assoċjazzjonijiet tat-tiżjin tal- festi, assoċjazzjonijiet kulturali, u assoċjazzjonijiet soċjali li jaħdmu b'mod volontarju biex iħaddnu, jipproteġu, u jsaħħu t-tradizzjonijiet kulturali ta' pajjiżna. L-allokazzjoni għal din is-sena hija ta' €140,000 u kull proġett eliġibbli jista' jingħata sa massimu ta' €10,000. Imħabbra tliet skemi ta' finanzjament għall-festi Maltin b'investiment ta' €500,000 Imħabbra skemi għall-kunsilli lokali għal proġetti u inizjattivi fil-qalba tal-komunitajiet Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli ħabbret l-iskemi għall-kunsilli lokali għal din is- sena. L-għan ewlieni ta' dawn l-iskemi huwa li l-kunsilli lokali jkollhom l-għodda neċessarja sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-lokalitajiet li jinbidlu maż- żminijiet u b'hekk ikomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħhom. "Permezz ta' dawn l-iskemi li qed inniedu llum, qed niddelegaw il-fiduċja tagħna fil-kunsilli lokali. Il-ħidma tal-kunsilli fil-qalba tal-lokalitajiet u mal-komunitajiet f 'pajjiżna tikkumplimenta dik tal-Gvern. Għaldaqstant dawn l-iskemi finanzjarji se jkunu qed jgħinu sabiex dan ikompli jsir," saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli. L-iskemi ta' finanzjament għall- kunsilli lokali għal din is-sena jinkludu: • Skema għall-Attivitajiet Kulturali Annwali u Attivitajiet tal-Milied • Skema għall- Komunitajiet Aktar Siguri u Organizzati • Fond ta' Manutenzjoni u Sostenn ta' Proġetti Infrastrutturali Maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern Ċentrali • Skema għal Spazji Aktar Miuħa, Rikreattivi u Aċċessibbli • Espressjoni ta' Interess għal Servizz ta' Manutenzjoni fil-Libreriji Lokali u Reġjonali fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex • Espressjoni ta' Interess għall-Inizjattivi għal World Cleanup Campaign 2023 • Espressjoni ta' Interess għall-Implimentazzjoni tal- Kunċett School Grannies Is-Segretarju Parlamentari spjegat li t-triq 'il quddiem hija li tinvolvi mekkaniżmu ġdid għall- finanzjament tal-iskemi għall- kunsilli lokali. "Mekkaniżmu li għandu jinvolvi l-evalwazzjoni ta' ħtiġijiet proposti mil-pjan ta' ħidma mfassal mill-kunsilli lokali u reġjonali nfushom" stqarret is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli. Ġie mħabbar ukoll li għal din is-sena l-kunsilli reġjonali ġew iffinanzjati it aktar minn €2 miljun, hekk kif kien imwiegħed fil-miżuri elettorali. Dan sabiex fil- lokalitajiet tagħna jiġu introdotti latrini pubbliċi b'sistemi ta' tindif awtomatiċi bl-użu tal-aħħar teknoloġija disponibbli. Ser tiġi mġedda wkoll l-iskema finanzjarja tar-Reġjun Kulturali għas-sena 2024, b'finanzjament ta' €250,000. L-impjiegi tal-ħaddiema taħt l-iskema Community Inclusive Employment Scheme ser jiġu mġedda b'finanzjament ta' madwar €350,000. Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal- Gvern Lokali Natalino Attard qal li "permezz ta' dawn l-iskemi l-kunsilli lokali qed jagħtu mhux biss servizz addizzjonali, iżda qed jirnexxielhom isostnu drawwiet u tradizzjonijiet, u kif ukoll jieħdu inizjattivi favur il-benesseri tar- residenti tagħhom." Għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti wkoll id- Direttur għall-Implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Politika fi ħdan id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u diversi presidenti tal-kunsilli reġjonali, sindki u segretarji eżekuttivi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 March 2023