Illum previous editions

ILLUM 19 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495213

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 analiżi IL-ĦADD 19 TA' MARZU 2023 • illum Id-daqqa fis-sondaġġi: Sforz l-arroganza? Iċ-ċiklu politiku? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ħadd li għadda kien ippubblikat sondaġġ fuq il-gazzetta MaltaToday li juri kif id-distakk bejn il- partiti prattikament inxtorob għall-inqas wieħed fi snin, b'differenza ta' 8,500 vot biss bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. Bla dubju li dawn iċ-ċifri xxukkjaw mhux ftit lill-PL u għalkemm sondaġġ wieħed mhuwiex biżżejjed biex jindika xejra ġenerali huwa turija ċara li l-appoġġ lejn il-Gvern ħa daqqa konsiderevoli. F'dawn iż-żewġ paġni se nagħtu ħarsa lejn l-aspetti li probabbilment waslu għal dan it-tnaqqis straordinarju fl- appoġġ lejn il-Labour fi żmien daqstant qasir. Il-kwistjoni tal-VGH wara elenku ta' każi... Inqas tolleranza għal każi bħal dawn Il-kwistjoni tal-VGH għandha wċuħ differenti, uċuħ li bla dubju qed iwasslu biex jitnaqqar mill-appoġġ tal-Labour, kemm jekk huwa telf momentarju u anke jekk huwa telf permanenti. L-ewwelnett hemm dawk l-eluf li ilhom illi fehemu li dan il-każ huwa wieħed mill-aktar dubjużi, dannużi u li minnu l-poplu ma ħa assolutament xejn, apparti li ħareġ miljuni, kif wara kollox tikkonferma s-sentenza tal-Qorti. Dawn issa jħossu li l-opinjoni tagħhom u tal-Oppożizzjoni kienu vindikati. Dan wassal biex il-PN jerġa' jgħaqqad il-forzi tiegħu, bl-għeruq b'xi mod jew ieħor jsaħħu l-moral baxx ħafna li kellhom fl-aħħar snin. Dan ittrażmetta ruħu f 'żieda pjuttost qawwija fl-appoġġ lejn il-Partit Nazzjonalista, speċjalment f 'Għawdex fejn inċidentalment hemm wieħed mit-tliet sptarijiet mdaħħlin f 'dan il-kuntratt, hekk imlaqqam mill-Qorti stess bħala frodi u serqa. Iżda l-VGH mhux illum smajna biha l-ewwel. Allura x'ġara issa li ma kienx qed jiġri qabel? Apparti l-fatt li issa kienet deċiżjoni tal-Qorti li kkonfermat li dan il-kuntratt ma kienx fl- interess tal-poplu, hemm sens fost is-settur ta' votanti aktar diżilluż u inqas leali lejn partit jew ieħor, li issa xebgħu jisimgħu dwar skandli, allegazzjonijiet ta' tixħim u korruzzjoni u forsi, anke jekk mhux qed iduru kollha lejn il-PN qed isiru dejjem inqas tolleranti lejn dawk il-każi u inqas tolleranti għall-argumenti li jipprovaw jiġġustifikaw kuntratt bħal dan, viċin ħafna dak li kienu bdew iħossu lejn Gvern Nazzjonalista fl-aħħar snin tiegħu. L-ewwel kien hemm il- kwistjoni tal-Panama, li forsi għalqu għajnejhom għaliha xi ftit għax kienet tant kmieni fl- ewwel leġiżlatura, imbagħad stejjer fuq stejjer dwar ir-rabtiet ta' dawn il-kumpaniji ma' 17 Black, imbagħad l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istejjer kollha li ħarġu dwar dan il-qtil, imbagħad il-kriżi politika li wasslet għar-riżenji tal-aktar persuni kruċjali fil-Gvern u issa din is-sentenza. Għalhekk bdiet dieħla ċerta sens ta' għejja issa, għejja li qed tinbidel f 'rabja u sens ta' rassenjazzjoni li qed tkun ta' dannu għall-Gvern. Settur tal-poplu qed jixba' u jiddiżgusta ruħu jisma' b'dawn l-istejjer u aktar u aktar bl- insistenza ta' dawk msemmija li ma jiffaċċjawx il-ġustizzja, speċjalment Konrad Mizzi. Il-kuntest: Għoli tal-ħajja Pero' hemm ukoll imbagħad il-kuntest u allura ż-żmien l fih It-tnaqqis reġistrat fis-sondaġġ tal-Ħadd li għadda ġie bħala xokk għal bosta fil-Partit Laburista. Iżda x'ġara eżatt? Il-poplu qed jirreaġixxi għall-Kuntratt tal-VGH? Qed jikbru l-irjus? Iċ-ċiklu politiku naturali ta' 10 snin? Jew daqqa momentarja u temporanja?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 March 2023