Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495664
Wara s-suċċess li kellu Simon Bartolo b'Il-Kreatura tal-Bir (Merlin Publishers, 2020), l-ewwel volum mit-triloġija Ruxxmata Kreaturi, ħafna kienu dawk li qed jistennew bil-ħerqa t-tieni ktieb. Is- sena l-oħra nqatgħetilhom xewqithom u ħareġ Il-Kreatura Taħt is-Sodda. Ma naħsibx li l-ammiraturi ddiżappuntaw ruħhom għax Bartolo żamm mal-istess formola tal-ewwel wieħed: ġrajja li tiżfen bejn l-orrur u l-kummiedja; karattri eċċentriċi imma simpatiċi; ritmu vivaċi li ma jiddejjaqx jieħu ħinu meta hekk tirrikjedi l-istorja. Mhux ta' b'xejn li l-istejjer ta' Bartolo huma daqstant imfittxija mit-tfal, l-adolexxenti u l-adulti: hemm it għal kulħadd. Meta kont qed naqra l-kapitli introduttivi ta' Il-Kreatura tal- Bir, niakarni nħossni skomdu ħafna. L-istorja tibda b'żewġt itfal li qed jgħixu m'ommhom biss għax missierhom għeb. Ir- raġuni għalfejn Alfie (il-missier) telaq ma kinitx waħda mistennija – ma qalibhiex lil martu, jew kien għaddej minn kriżi tal-mezzetà, jew spiċċa l-ħabs. Il-missier telaq għax waqaf jinħasel u l-intiena tiegħu saret insopportabbli. Fit-tmeninijiet, il-ħassieba u kittieba Bulgara Julia Kristeva għamlet ħoss fiċ-ċrieki tal- kritika letterarja u l-psikanaliżi meta ħarġet bil-kunċett tal- 'abbjett'. Bażikament qalet li l-abbjett huwa mod kif xi wħud iwarrbu nies, oġġetti u ideat li ma jikkonformawx man- normi stabbiliti ta' soċjetà jew moralità partikolari. Din it- theddida lejn il-konvenzjoni mhi xejn għajr l-intrużjoni ta' realtà oħra f 'waħda dominanti. Pereżempju, il-barranin jaf jitqiesu slavaġ, inferjuri, ġellieda, xellerati u miljun ħaġa oħra; mhux għax fil-verità jkunu hekk imma għax l-identità u l-użanzi tagħhom, minħabba li huma differenti, jiddisturbaw is- soċjetà li jinsabu fiha. Jista' jkun ukoll li tali sitwazzjoni ttella' fil-wiċċ affarijiet li s-soċjetà kienet stinkat biex tirreprimi u għalhekk il-preżenza tal- barranin iddarras. Minħabba f 'hekk, jisfaw emarġinati u mmalafamati. Meta qed nitkellmu dwar l-orrur, ħafna drabi l-abbjett jieħu xejra moqżieża u/jew marradija. Hemm numru ta' mostri, bħalma huma l-vampiri, il-likantropi u ż-żombi, li huma assoċjati mal-infezzjoni. Jekk jigdmuk se ssir bħalhom. Jekk il-bżieq tagħhom jitħallat mad-demm tiegħek jinfettawk, eżattament bħal marda li tittieħed. Nafu kemm it-tniġġis iqanqal biża' qalil: għadna kif għaddejna mill-pandemija tal-Covid. Waħda mill-prekawzjonijiet l-iktar effettivi biex ma jinxteridx il-virus kienet propju l-ħasil tal-idejn bis-sapun jew bid-diżinfettant. L-idea li qed inġorru mostru ġo fina u li dan qiegħed it it jagħmilna tiegħu jew bħalu, u li qed jużana sabiex inxerrdu l-istess marda ma' ħaddieħor, hija xi ħaġa terrifikanti. F'daqqa waħda sirna l-għedewwa tagħna nfusna. Għalhekk ħassejtni anzjuż jiena u naqra Il-Kreatura Taħt is-Sodda. Is-sens tal-abbjett kien qawwi minħabba li Alfie sar moqżież. Mhux krudili jew qalbu ħadra – imma maħmuġ. Ir-raġuni wara għemilu kienet li ried jipproteġġi lill-għeżież tiegħu m i l l - I m ħ a l l a , dik il-kreatura li tgħix fil-bjar u fl- ispieri, li tħobb il- maltemp u x-xita, u li tobgħod il- ħmieġ. Għaldaqstant, Bartolo poġġa lilna l-qarrejja f 'pożizzjoni antipatika immens: min-naħa qed nistmerru lil Alfie għax hu moqżież; min-naħa l-oħra, inħossu għalih u għal familtu. It-taqbida bejn l-indafa u l-ħmieġ titkompla f 'Il-Kreatura Taħt is-Sodda. Din id-darba l - mo st r u h u w a l - I m n i e f a ħ , ħlejqa li hi letteralment magħmula miż-żibel u mit- tentuf. L-Imniefaħ jikbru u jitqawwew iktar ma jġorru ħmieġ magħhom. (Ma jonqsux il-botti, f 'lokhom, dwar kemm għandna ħmieġ u trab fit-toroq Maltin.) Nammetti li għall-ewwel kont kemxejn xettiku dwar kif tentufa setgħet tixxenxel b'biżżejjed mostrożità li tinħass theddida kredibbli. Imma Bartolo jaf il- ġeneru li qed jikteb fih tajjeb ħafna u għandu pedamenti sodi fuq xiex jibni l-istorja tiegħu. Minkejja li t-tentufa hi essenzjalment miġemgħa trab u għabra, Bartolo għanieha b'intelliġenza u makakkerija krudili. Mingħajr ma nikxef iżżejjed, għax ma rridx inħassar il-festi ta' min se jaqra l-ktieb, it-tentufa fakkritni ħafna fil-film Amerikan e Blob (1958). Minħabba li l-ambjent naturali tat-tentufa huwa l-ħmieġ, l-indafa għandha rwol estremament importanti fil- ktieb. L-ilma li jġorr u li jnaddaf huwa element li niltaqgħu miegħu kemm-il darba, sew jekk inhu nieżel minn bwieb is-sema u sew jekk qed jixxappap mal-art bil-mopp. Iżda li żżomm kollox pupilla hija stennija diffiċli daqskemm hi impossibbli, speċjalment meta tqis li ammont mhux ħażin tat-trab li jkollna f 'darna huwa magħmul mill- ġilda niexfa u x-xagħar li nwaqqgħu aħna stess. Għal darb'oħra, aħna simultanjament parti mis-soluzzjoni u mill- problema. Bħalma l-baħar għandu żaqqu ratba u rasu iebsa, l-ilma fl- istorja ta' Bartolo huwa xafra li taqta' miż-żewġ naħat. Dawk li 'jinbelgħu' mill-Imniefaħ jispiċċaw fil-Baħar tan-Niket bla Tarf. Hawnhekk l-ilma jieħu dimensjoni oħra. Minflok ma hu oġġett li jiġġenera l-ħajja u t-tama, il-Baħar tan-Niket bla Tarf huwa spazju li jtaqqal ir- ruħ. Dawk li jispiċċaw hemm jaqgħu f 'apatija eżistenzjali estrema, f 'qiegħ ta' sodda fi speċi ta' koma. (Min ra l-film Under the Skin (2013) ta' Jonathan Glazer, żgur se jara similaritajiet bejn l-ispazju vojt iswed fejn jinħasdu n-nies u l-post li jiddeskrivi Bartolo.) It-taqbida mal-Imniefaħ tintemm f 'dan il-volum imma l-istorja se tkompli fil-ktieb li jmiss. Fl-aħħar ta' Il-Kreatura Taħt is-Sodda, Bartolo firex tapit eċitanti ferm għall-aħħar puntata fis-sensiela. Sa ċertu punt, minkejja li kkommetta ruħu għal tliet kotba, hemm xi ħaġa fija li kieku tixtiequ jbill it sebgħu fl-assurd u jagħmel kif għamlu oħrajn qablu: pereżempju jikteb triloġija b'ħames kotba. Permezz ta' dawn il-mostri, Bartolo qabad vina rikka li, imżewġa mal-ħiliet narrattivi tiegħu, kapaċi trendi ħafna. 14 kotba IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 • illum Hemm xi ħaġa taħt is-sodda! Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Noel Tanti jikteb fuq il-mostri ta' Il-Kreatura Taħt is- Sodda, u Alfie li biex jipproteġi lil familtu ma baqax jinħasel. Imma tista' taċċetta xi ħadd li ma sar moqżież? Simon Bartolo