Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495664
10 IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum 1 analiżi IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 • illum Min hu PC525, 'iben Ħal Tarxien' ? Il-kuntistabbli Mark Farrugia jew PC525, kellu biss 22 sena meta ħalla din id-dinja minħabba l-qadi ta' dmirijietu, liema xogħol kien imwettaq b'lealtà kbira lejn il-Korp tal-Pulizija għall-ġid tas-soċjetà. Il-ħajja ta' Farrugia intemmet fl-età ta' 22 sena fl-20 ta' Marzu 1999 iżda il-legat tiegħu jibqa' mfakkar sal- lum, 24 sena wara mewtu. Farrugia ma kienx biss il- pulizija li nqatel fl-għatba ta' ommu u missieru iżda kien ġuvni maħbub mill-komunità Tarxiniża, speċjalment dik tal-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata. Fil- fatt fi ktejjeb tal-Għaqda Mużikali tal-2006, seba' snin wara mewtu, Anthony Piscopo iddeskrivih bħala bniedem riservat u kwiet u li kellu għal qalbu l-festa. B'rakkont dwar l-aħħar inkontru, it sigħat qabel ma miet traġikament, Piscopo jgħid illi dakinhar qabel ma Mark kellu jibda' x-shi ta' billejl, kien mar ħdejh biex jagħtih statwa żgħira tal-Madonna tal-Lunzjata, hekk kif il-każin kien qiegħed iħejji wirja ta' statwi tal-Madonna, proprju fl- okkażjoni tal-festa liturġika, li dik is-sena kellha tiġi iċċelebrata fil-25 ta' Marzu. "L-għada kien għadu lanqas sebaħ f 'x s-6 a.m. ċempel it-telefon id-dar u fuq il-linja sibt lil ħabib li kien jiffrekwenta l-każin tal-banda, Toni Farrugia u b'nifsu maqtugħ – bl-isteriżmu fuqu – l-unika frażi li ħarġet minn fommu kienet li qatlulna lil Mark," qal Piscopo. Qal li Mark kien persuna bi kwalitajiet mill-isbaħ mgħoni b'virtujiet sbieħ li jżejnu lil tifel imrobbi tajjeb fl-imħabba ta' familja eżemplari. Żied illi Mark kien wieħed minnhom u li qatt ma kien ħaqqu li jmut b'dak il- mod, "sforz l-onestà u l-lealtà lejn dmirijietnu. Sab min jaħsadulna minn fostna." Huwa kompla jgħid f 'kitbietu li l-ammirazzjoni lejn Mark kienet waħda kbira u dan kien evidenti meta indifen f 'raħal twelidu, f 'Ħal Tarxien. Kienet oħtu stess Joanne li qalet li ħasset unur li Mark hu ħuha. "Konna nafu li hu maħbub imma l-funeral tana l-aktar prova ta' dan," qalet Joanne. X'ġara dakinhar tad-delitt? Kien għall-ħabta tal-4:45 a.m. li Mark kien fi triqtu lejn id-dar tal-ġenituri tiegħu wara lejl xogħol. Biċ-ċwievet f 'idejh u b'sieq fuq it- tarġa, raġel b'senter ħadlu ħajtu. Ommu Josephine irrakontat fil-Qorti li meta Mark kien ikun ta' bil-lejl kienet tqum kmieni mis- soltu u dakinhar stenbħet għall- ħabta tal-4:45 a.m. "Kont għadni kemm għidt bejni u bejn ruħi li dalwaqt jasal. Sakemm inħsadt b'ħoss qawwi ta' sparatura mill- viċin. Imbagħad smajt lil Mark jgħajjat minn wara l-bieb. Dak il-kliem għadu ġo qalbi." Kompliet tgħid li dak il-ħin qalet lir-raġel tagħha Alfred, biex imorru jaraw x'ġara u sfortunatament meta fetħet il-bieb sabitu minxur fl-art, b'saqajgħ fuq l-għatba u l-kumplament ta' ġismu fuq il- bankina. B'emozzjonijiet kbar fuq il- pedana tax-xhud, Alfred irrakonta x'ġara u qal li meta Josephine rat lil binha mal-art bdiet tgħajjat: "Qatluli lit-tifel." Irrakkonta li kien dak il-ħin li ħarġu l-ġirien u hu tbaxxa biex jara kif se jgħin lil ibnu. "Kulma għamel kien li teptep għajnejh, imbagħad għalaqhom darba għal dejjem," qal Alfred. It-tnejn qalu li hu qatt ma kien imur id-dar u joqgħod jitkellem fuq ix-xogħol, anzi l-unika drabi li semma' x-xogħol kien biex javazahom ħalli jqajmuh fil-ħin u ma jmurx tard. Ommu dejjem kienet twissih biex jagħmel xogħlu sew u kif suppost. X'ħareġ mill-Qorti? Fil-Qorti jingħad li kollox beda minn inċident tat-traffiku li fih kien involut Kuntistabbli tampar Mark, Etienne Carter. Il-qofol ta' din il-grajja huwa meta Mark għamel rapport fuq il-karozza li kien qiegħed isuq Carter u li kienet mingħajr liċenzja u polza tal-assigurazzjoni, kif titlob il-Liġi. Dan l-inċident tat-traffiku seħħ f 'Novembru tal-1998, f 'Raħal Ġdid. Farrugia kellu pressjoni kbira biex dan ir-rapport ma jagħmlux biex ma jdaħħalx lill-kollega tiegħu fl-inkwiet, iżda Mark m'għamel xejn minn dan. Minn hemm beda l-pjan għall-vendetta. Carter ġie mixli bil-qtil erbat ijiem wara d-delitt. Sentejn wara, fit-18 ta' Novembru 2001, beda l-ġuri quddiem l-Imħallef Patrick Vella. L-avukati tad-difiża kienu John Attard Montaldo u Michael Sciriha. Dan filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill- Avukat Mark Said. Ġara iżda li mal-bidu ta' dan il-ġuri inqatel kuntistabbli ieħor Roger Debattista. Huwa inqatel waqt hold-up fil-fergħa tal- BOV f 'Ħal Qormi bi sparaturi li ikkawżawlu telf ta' ħafna demm. Minħabba dan il-każ id-difiża għamlet it-talba biex jiġi pospost is-smigħ biex il-ġurija ma jkunux preġudikati minħabba l-atmosfera li nħolqot fil-pajjiż. Said qal fil-Qorti li Mark kien bniedem eżemplari u li Carter ippretenda li Mark jagħlaq għajneh għar-reat. Huma kienu ilhom jafu lil xulxin għaliex it-tnejn kienu stazzjonati fl-għassa ta' Raħal Ġdid. Dakinhar li seħħ l-inċident, Carter iltaqa' ma xi nies li ma kellhomx grazzja ma' Mark u dawn jinkludu lil Pawlu Degabriele (sid il-karozza) u persuna Omiċidji li xxukkjaw lil pajjiżna: kuntistabbli Mark Farrugia Charlene Farrugia Mark Farrugia Paġna mill-pubblikazzjoni tal-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata, li fiha sellmu l-memorja tal-vittma