Illum previous editions

ILLUM 26 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495664

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 analiżi illum • IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 vjolenza domestika, għax sorsi eżistenti kollha. Qalet ukoll illi l-fatt li saret inkjesta turi ċertu responsabilità min-naħa tal- Gvern, "biex ngħarblu aktar mill- viċin u nippruvaw insiru nafu verament x'hemm u x'ma hemmx fis-sistema li mhux qiegħda taħdem kif suppost." 'Il-protection order qiegħda hemm għal skop u dawk li għamlu reat ma jistgħux ma jobduhiex' Friggieri, bi qbil ma' Valenzia tisħaq illi hemm bżonn li jsir titjib fis-sistema ta' protection orders. Din l-ordni tingħata lill-allegat agressur biex iżommu d-distanza mill-vittma sakemm jintemmu l-proċeduri legali. Fost ir-raġunijiet għala tingħata din l-ordni, din tipprevjeni lill-agressur milli jintimida jew ibeżża' lill-vittma. Valenzia sostna illi filwaqt li l-protection orders huma neċessarji, qal li mingħajr monitoraġġ u kontroll fuq l-akkużat, is-sistema ma tistax tkun effettiva. Widdeb ukoll illi din m'għandhiex toħroġ biss fuq talba tal-vittma, kif issir b'mod ġenerali preżentament. Intant Friggieri sostniet illi, "biex is-sistema taħdem u taħdem sew, irid ikun hemm ir-riżorsi umani, finanzjarji u l-istrutturi meħtieġa. Din hija xi ħaġa li rridu naħdmu fuqha aktar." Dan filwaqt illi qalet li din qiegħda hemm għal skop u dawk li għamlu reat ma jistgħux ma jobduhiex, inkella jiksru l-Liġi. 'Ir-rakkomandazzjonijiet se jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun' Biex nibqgħu mat-tema ta' Valenzia, ikun għaqli li nużaw il- frażi Maltija; Bejn kliem u fatti hemm baħar jikkumbatti. Min- naħa l-oħra, huwa notevoli li l-fatt li żdiedu r-rapporti – għalkemm mhux xi ħaġa sabiħa li jkun hemm rapporti fl-ewwel istanza – huwa messaġġ ċar illi l-għajta biex il- vittmi jfittxu l-għajnuna, qed tasal u għaldaqstant il-progress jista' jiġi innotat. Għalhekk il-pass li jmiss huwa l-azzjoni u ċarament li din l-inkjesta tħoss illi din hija nieqsa. Għaldaqstant l-ILLUM tistaqsi dwar meta se jkunu qed jidħlu fis-seħħ dawn ir- rakomandazzjonijiet. Għal dan Friggieri sostniet illi bħalissa qegħdin fi stadju ta' konsultazzjoni u studju. Hija saħqet illi qed ikun hemm laqgħat interni biex jiġi diskuss il-pass li jmiss. L-ILLUM twaqqaa u tistaqsi jekk hemmx tragward ta' meta se tintemm il-konsultazzjoni u jibdew l-inizjattivi. "M'hemmx tragward ta' meta se jitwettqu r-rakomandazzjonijiet iżda l-intenzjoni hija li dawn jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun," temmet tgħid mal-ILLUM il-Kummissarju Audrey Friggieri. Ir-rakkomandazzjonijiet ta' Valenzia miġbura f'10 punti: Qabel xejn Valenzia għamel referenza għal numru ta' inizjattivi illi diġà saru sa issa, inkluż l-Istrateġija Nazzjonali għall-Vjolenza ibbażata fuq il- Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, il-Konvenzjoni ta' Istanbul u studju magħmul mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fi ħdan l-Università ta' Malta, fost oħrajn. "Hemm bżonn li r-riżorsi jkunu hemm biex l-implimentazzjoni tkun effettiva," qal Valenzia. Iżda x'irrakomanda? 1. A p r o ċ ċ multidixxiplinarju fejn jiġu involuti l-aġenziji kollha taħt saqaf wieħed biex il-vittma tingħata l-għajnuna, b'mod immedjat. Irrakomanda wkoll Standards Operating Procedures (SOPs) biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn il-Qrati, il-Pulizija u l-professjonisti flimkien. 2. Is-sistema ta' assessjar għall-vittmi għandha ssir minn persuni ikkwalifikati u mħarrġa u jsiru fi ħdan il-unit tal-vjolenza domestika. 3. Filwaqt li nomina ta' Maġistrat ieħor huwa tajjeb jemmen illi dan mhux biżżejjed u għaldaqstant maż-żieda fil- Maġistrati se jkun hemm bżonn ta' aktar Pulizija biex ilaħħqu mas-seduti. 4. K o - o r d i n a z z j o n i bejn il-Qorti tal-Maġistrati u l-Qorti tal-Familja biex jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dik ta' Bernice Cilia, fejn il-Qorti tal- Maġistrati tagħti protection order u l-Qorti tal-familja tapprova tliet aċċessi tal-ulied fil-ġimgħa u anke jitħallew jorqdu għand l-allegat agressur. 5. Jiġi indirizzat in-nuqqas ta' social workers. 6. Filwaqt li nnota l-ħsieb tal-introduzzjoni tal-electronic tagging, dan jirrikjedi ammont sostanzjali ta' monitoraġġ, u għaldaqstant talab għal aktar riżorsi biex ikunu jistgħu jidħlu fis-seħħ. "Il-pulizija jsostnu li ma jistgħux u m'għandhomx nies biex jagħmlu monitoraġġ għal 24 siegħa," qal Valenzia. Għaldaqstant, huwa issuġġerixxa illi t-tagging ikun f 'idejn aġenzija illi tieħu ħsiebhom hi. 7. Filwaqt li diġà qiegħed jingħata t-taħriġ lill-pulizija, jemmen li dan għandu jkun iffukat fuq ix-xogħol partikolari li qed isir mill-unit speċjalizzat. Ippropona li taħriġ bħal dan għandu jingħata lill-ġudikanti wkoll. 8. Indirizz ħolistiku. Valenzia saħaq li l-persuna li wettqet ir-reat ukoll għandha tingħata l-għajnuna u jsir monitoraġġ fuqha. 9. Tibdil fil-kultura permezz ta' edukazzjoni kontinwa. X'irrakomanda li qiegħed jiġi implimentat? 10. Valenzia sostna illi d-depot mhux ambjent adattat biex vittmi jagħmlu r-rapporti fuq vjolenza domestika u li "wasal iż- żmien biex il-vjolenza domestika toħroġ mill-Kwartieri Ġenerali għal binja aktar aċċessibbli u family-friendly." Huwa iċċara illi diġà qiegħed isir xogħol biex dan jiġi indirizzat. Fil-fatt il-Kummissarju wkoll għamlet referenza għal dawn il-hubs u fakkret li l-għassa ta' Santa Luċija u dik tal-Imsida se jkunu atrezzati għas-servizzi meħtieġa. Hija iddeskriviet din l-inizjattiva bħala "pass għaqli, għax għalkemm kienet xi ħaġa tajba li infetħet il-unit ta' vjolenza domestika, dawn il-hubs se jkunu postijiet newtrali u li se jservu biex jitnaqqas il-ħin tal-istennija." Għal ħafna vittmi ta' vjolenza domestika u għall- familja ta' Bernice Cilia, huwa diffiċli li jinsew dak li ġara nhar it-22 ta' Novembru. Dakinhar, intemmet ħajjet Bernice, allegatament minn dak illi suppost kien iħobbha, żewġha Roderick Cassar. Minn dakinhar, smajna fil-Qorti dwar ir-relazzjoni turbulenti li kellhom il- koppja miżżewġa u minkejja l-attentati tagħha biex iżżomm ir-relazzjoni tagħhom stabbli minħabba uliedhom, kellha titlaq minn darha biex tipprova taħrab mit-theddid u l-vjolenza. Cilia kienet għamlet dak kollu mitlub minnha biex taħrab mir-relazzjoni tossika. Temmet ir-relazzjoni, irraportat darba darbtejn u għamlet rikors għall- protection order. Intant fl- aħħar ħames xhur qabel mewtha, Bernice kienet għamlet tliet rapporti ta' vjolenza domestika. L-aħħar delitt seħħ lejliet id-delitt meta Cassar kiteb fuq Facebook li t-tpattija kienet importanti. F'xhieda fil-Qorti, zitha, li ddeksriviet lilha nnifisha bħala t-tieni omm tagħha, qalet illi Bernice telqet minn dahra, mhux għas-sigurtà tagħha biss iżda għax ma riditx tħallihom f 'ambjent ta' vjolenza. Dakinhar li nqatlet, Cassar kien saħansitra ċempel lil missier Cilia u qallu "qtiltlek lit-tifla." Dan il-każ qajjem furur proprju għaliex Cilia għamlet dak kollu possibbli biex tipprova tikseb protezzjoni minn xi ħadd li heddida li se joqtolha diversi drabi. Ir- rabja kompliet tiżdied meta ġie irraportat li ġimgħa u nofs qabel ma nqatlet, Bernice u l-avukat tagħha marru l-Kwartieri jagħmlu rapport u damu seba' sigħat biex jagħmlu rapport. Oħtha Alessia Cilia, ftit wara li nqatlet, qalet illi, "Bernice kienet irraportat u tkarrbet għall-għajnuna iżda l-awtoritajiet qatt ma taw kas. Kienet imdejjqa għax kienet taf li dalwaqt ġej il-Milied u bdiet tiġġieled għas-sigurtà tagħha u ta' uliedha." Min hi Bernice Cilia? Geoffrey Valenzia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 March 2023