Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495664
02 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart Pharmacy, Valletta St Gaetan Pharmacy, Ħamrun Drugshop Dispensary, Ħal Qormi Collis William St Mark's Pharmacy, Swatar Regal Pharmacy, L-Imsida Krypton Chemist, Tal-Ibraġġ Brown's Pharmacy, Tas-Sliema Medica Pharmacy, Ħal Balzan Reeeds Pharmacy, In-Naxxar Brown's Pharmacy, Il-Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Brown's Pharmacy, Il-Kalkara Hompesch Pharmacy, Fgura St. Catherine Pharmacy, Iż-Żejtun St. Andrew's Pharmacy, Ħal Luqa Plaza Pharmacy, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, Ir-Rabat Malta Palm Pharmacy, Ir-Rabat Għawdex Sokkors Pharmacy, Kerċem Airport Pharmacy, Luqa L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Lvant għall-Grigal forza 3 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 6 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, Miexi b'ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq il-faċilità għall-ġinnastika Il-proġett b'investiment ta' €5 miljuni tal-faċilitajiet għall-ġinnastika fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa miexi b'ritmu mgħaġġel u kif jitlesta se jkun ieħor mix-xogħol intensiv li qed isir f 'dan il-Kumpless, biex ikun trasformat f 'hub sportiv mill- aqwa. "Hija parti mill-viżjoni tagħna li nagħmlu minn dan il- Kumpless hub sportiv, li jiġbor fih faċilitajiet għal diversi dixxiplini sportivi u tal-aqwa livell," qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clion Grima waqt żjara tax-xogħol li qed isir. Huwa kompla jgħid li, "din hija viżjoni li qed inwettquha u li permezz tagħha qed nimmiraw li pajjiżna jkollu faċilitajiet sportivi ta' standards internazzjonali li jservu ta' sisien għall-industrija tal-isport li tattira wkoll investiment lejn pajjiżna." Dan huwa proġett ieħor minn lista ta' proġetti ta' infrastruttura sportiva li qed isiru madwar il- gżejjer, f 'faċilitajiet ta' ġinnastika li mhux biss jinkludu sala għal din id-dixxiplina sportiva, imma kumpless li se jkollu wkoll postijiet addattati biex assoċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi jkollhom uffiċini fejn jiltaqgħu u jammistraw il- ħidma tagħhom. Il-Kumpless se jkollu sala li tesa' madwar 300 spettatur, faċilità għall-ġinnastika artistika; u faċilitajiet anċillari fosthom board room, changing rooms u showers. Ftit tal-ġimgħat ilu kien inawgurat proġett ieħor fil- Kumpless tal-Marsa, l-iżvilupp u r-rinovar tal-Matthew Micallef St John Athletics Stadium b'investiment ta' €2.5 miljun, proġett li beda sena ilu u tlesta fi żmien rekord u huwa parti minn investiment ta' €9 miljun li permezz tiegħu qed jinbidel il- Kumpless Sportiv tal-Marsa għal wieħed tal-ogħla livell. POSTS FOR TRAINEE LAWYER WITH THE OFFICE OF THE ATTORNEY GENERAL (Jobsplus Vacancy No. 387556, Permit Nos. 429/2022) The Office of the Attorney General Agency is inviting applications for Trainee Lawyers to carry out prosecution and related duties. The selected candidates will be employed on a full-time indefinite term basis, subject to a probation period, and will be required to work for a minimum of forty hours per week. Applicants must be in possession of a Master of Advocacy degree, M.Adv.(Melit.). Applications must quote relevant Jobsplus Vacancy Reference, include a detailed CV, and should be addressed to: The Administration Office of the Attorney General, No. 53, Admiralty House, South Street, Valletta VLT 1101 or emailed to ag@attorneygeneral.mt and should be submitted by not later than Thursday 20 th April 2023. POSTIJIET TA' TRAINEE LAWYER FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Jobsplus Vacancy No. 387556, Permit Nos. 429/2022) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom degree fil-ligi f'livell ta'Masters, M.Adv.(Melit.). L-Applikazzjonijiet, irrid jkollom in-numru ta' referenza tal-Jobsplus relevanti u għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat u għandhom jintbagħtu lil; Amministrazzjoni Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Dar l-Ammiraljat, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill ag@attorneygeneral.mt Sa mhux aktar tard minn nhar il-Hamis 20 t' April 2023.