Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495664
aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 Il-Moviment Graffitti jisħaq li l-Korp tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali ttradew lill-poplu 'Għal miljuni l-kunċett tal-Ewropa ifisser kollox... Huwa stil ta' ħajja u mod ta' għixien' Il-Moviment Graffitti fi stqarrija qal li jinsab ferm imħasseb dwar l-avvenimenti tal-aħħar ġranet, li sostna illi komplew juru s-sitwazzjoni prekarja li l-Gvern jinsab fiha. Il-Moviment sostna li l-Pulizija Maltija tradiet l-obbligu li għandha li taħdem għall-pubbliku. "In-nuqqas ta' prosekuzzjonijiet tul l-aħħar snin minkejja l-ordnijiet li ngħataw mill-maġistrati u saħansitra minkejja l-evidenza li kellha f 'idejha, turi li ma tistax tiġi fdata li ser isservi l-interess pubbliku," kompliet tisħaq l-istqarrija. "L-istess, għadna kif sirna nafu li l-Pulizija għadhom lanqas biss għamlu tfittxija tal-uffiċini tal-Enemalta dwar il-każ tal- windfarm fil-Montenegro, każ ieħor fejn il-pubbliku tilef il- miljuni." L-istqarrija tfakkar fid- dewmien f 'numru ta' każi bħal dawk riċenti ta' Sion Grech u ta' Bernice Cilia, li jisħqu illi huma biss qatra mill-ħafna inġustizzji li jseħħu minħabba teknikalitajiet u telf ta' żmien li jistgħu jiġu evitati. "Huwa ċar daqs il- kristall li dawn l-istituzzjonijiet ġew maħtufa mill-Gvern u m'għandhomx l-interess tal- pubbliku. Jaqdu biss lill-Gvern, u jieħdu azzjoni biss meta jrid hu. M'għandna l-ebda fiduċja fit-tmexxija tal-Pulizija Maltija u tal-Uffiċċu tal-Avukat Ġenerali, li ilhom żmien li ttradew lill- poplu Malti," kompla jsostni l-Moviment Graffitti. L-istqarrija qalet li l-interazzjonijiet li ġew żvelati fil-logs ta' bejn Yorgen Fenech u Rosianne Cutajar jikkonfermaw dak li ilna nafu, "li hemm relazzjoni inċestuża bejn l-interessi politiċi u kummerċjali. Ir-relazzjoni bejn dawn it-tnejn, waqt li hija inaċċettabbli għall-aħħar u ma ħaqqhiex għajr kundanna, hija biss qatra f 'oċean," sostna l-Moviment Graffitti. L-istqarrija tgħid li dawn l-aħħar żviluppi jikkofermaw li hemm sezzjoni kbira tal-klassi politika li qiegħda fil-politika biss għall-interess personali tagħha, "biex titħanżer minn fuq dahar il-poplu." Il-Moviment qal li jekk il- politika ma titnaddafx mill-flus ma hemmx tama ta' futur aħjar għal Malta. "Għalhekk l-azzjoni trid tmur lil hinn mit-tneħħijha ta' it nies problematiċi." Dwar l-Avukat Ġenerali l-Moviment Graffitti sostna li l-inkompetenza ta' dan l-uffiċċju hija xhieda "mhux biss ta' nuqqas ta' kapaċità imma, iktar minn hekk, ta' koperazzjoni illeċita u korrotta." Graffitti sostniet li dan huwa minħabba l-fatt li l-kriminali qed jitħallew jiġru barra u l-prosekuzzjoni titfixkel f 'saqsajha." "L-aspriazzjonijiet, ix-xewqat u l-iskopijiet komuni tal- Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, għandhom jixprunaw rabtiet ekonomiċi, soċjali u ta' sigurtà iktar b'saħħithom. Dan ikun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini Ewropej u għal dawk tal-Istati Uniti. Jibbenefikaw lit-tnejn." Dan qalitu l-President tal- Parlament Ewropew Roberta Metsola waqt diskors li għamlet f 'Harvard University. Hi ġiet mistiedna tindirizza lill-istudenti f 'Cambridge, l-Istati Uniti. Il- President Metsola qalet li t-tiġdid tal-alleanza transatlantika huwa kruċjali biex nindirizzaw ir- realtajiet ġodda u perikolużi ħafna li qed jiffurmaw fis-soċjetajiet u l-komunitajiet tagħna. Il-President Metsola żiedet tgħid li bħalissa, fl-Ewropa u fl- Istati Uniti qed naraw kif dawn ir-realtajiet qed jintużaw biex jerġgħu iqajmu l-kwistjoni ta' identita' politika. Dan f 'tentattiv li jintrebħu l-elezzjonijiet billi jappellaw għal elementi estremi u xejn feliċi. Roberta Metsola kompliet li hawn min qed jipprova jitfa' t-tort fuq ħaddieħor, fosthom fuq deċiżjonijiet li jsiru fl-Unjoni Ewropea jew fl-Istati Uniti. "Din hi tattika antika li m'għandhiex l-għan li ssolvi il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom in- nies." Hija qalet li jeħtieġ nirribattu din in-narrattiva u ma nħallux lis- soċjetajiet tagħna jiddependu fuq nuqqas ta' infurmazzjoni. Il-President Metsola żiedet tgħid li jeħtieġ li jinbena mill-ġdid iċ- ċentru tal-ispettru politiku. Dan biex ikun forza pollitika favur bidla pożittiva madwar id-dinja. Hi sostniet li l-moderazzjoni studjata u l-qbil mhumiex kunċetti antikwati - anzi huma l-unika triq 'il quddiem." L-MEP Maltija rreferiet għall- kampanja ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Qalet li l-bidliet li ġabet l-Unjoni Ewropea fuq is-soċjetà, il-komunitajiet, l-istandards, l-ekonomija u l-ambjent kien sostanzjali. Żiedet li meta tħares lejn l-Ukrajna, lejn il-Moldova, lejn il-Balkani tal- Punent – taf kemm s-sħubija fl- Unjoni Ewropea u dak kollu li ġġib magħha hija kwistjoni eżistenzjali għan-nies f 'dawk il-pajjiżi. L-MEP Maltija saħqet li meta nitkellmu dwar l-'isfida għar- rilevanza u l-valuri', irridu nimu li għal miljuni, il-kunċett tal- Ewropa ifisser kollox. "Mhijiex sempliċiment destinazzjoni. Huwa stil ta' ħajja u mod ta' għixien. Dan hu il-mument tagħna - il- mument biex nisħqu fuq il-bżonn u l-valur tad-demokrazija u l-multilateraliżmu. Jien konvinta li nistgħu naslu." POSTS FOR LEGAL PROCURATOR WITH THE OFFICE OF THE ATTORNEY GENERAL (Jobsplus Vacancy No. 390898, Permit Nos. 620/2022) The Office of the Attorney General Agency is inviting applications for Legal Procurators. The selected candidates will be employed on a full-time indefinite term basis, subject to a probation period, and will be required to work for a minimum of forty hours per week. Applicants must be in possession of a warrant to practice the profession of Legal Procurator. ___________________________________________________________________________ Applications must quote relevant Jobsplus Vacancy Reference, include a detailed CV, and should be addressed to: The Administration Office of the Attorney General, No. 53, Admiralty House, South Street, Valletta VLT 1101 or emailed to ag@attorneygeneral.mt and should be submitted by not later than Thursday 6 th April 2023. POSTIJIET TA' PROKURATURI LEGALI FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Jobsplus Vacancy No. 390898, Permit Nos. 620/2022) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Prokuratur Legali. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' prokuratur legali _______________________________________________ L-Applikazzjonijiet, irrid jkollom in-numru ta' referenza tal-Jobsplus relevanti u għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat u għandhom jintbagħtu lil; Amministrazzjoni Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Dar l-Ammiraljat, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill ag@attorneygeneral.mt Sa mhux aktar tard minn nhar il-Hamis 6 t' April 2023.