Illum previous editions

ILLUM 26 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1495664

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 23

Alex Agius Saliba 17 opinjoni illum • IL-ĦADD 26 TA' MARZU 2023 Tiegħi tajjeb. Tiegħek ħażin I l-ġimgħa l-oħra fil-Parlament rajna xeni li wieħed ma jistenniex li jara fl-ogħla istituzzjoni ta' pajjiż demokratiku. Rajna dibattitu fuq is-sentenza tal-Qorti dwar il-konċess- joni tat-tliet sptarijiet mimli isteriżmu, arroganza, tgħajjir, tgħawwiġ tal-fatti min-naħa tal-Oppożizzjoni. Partit li jieħu pjaċir iħabbat fuq sidru u jgħid kemm taħarqu qalbu għas-sewwa iżda mhux kapaċi jiddibatti, mhux kapaċi jpoġġi u jisma' diskors tal-Prim Ministru. Nat- uralment, wara 20 jum ifajjru diskors irresponsabbli u jgħawġu kliem il-Qorti, lil Adrian Delia u lil sħabu m'għoġbith- om xejn li l-Prim Ministru kellu ċ-ċans jesponi l-gideb u l-qerq tagħhom. Il-Prim Ministru stenna u b'kawtela ħalla ż-żmien tal-appell jgħaddi biex żgur ma jkunx hemm min jieħu vantaġġ minn kliemu u dil-ġimgħa kellu ċ-ċans li jitkellem u b'mod ċar jikxef il-gideb tal-Partit Nazzjonalista. Id-dilirju li kienu fih waqt id-dibattitu l-membri tal- Oppożizzjoni, id-diżrispett lejn is-sedje u lejn il-Prim Ministru, l-interruzzjonijiet kostanti biex ixekklu l-messaġġ tal- Gvern, u l-protesti aggressivi mimlija insulti u tgħajjir barra l-Parlament, huma kollha xhieda ta' min il-messaġġ tiegħu huwa qarrieqi u jrid ikun aggressiv biex mingħalih jirbaħ l-argument. L-Oppożizzjoni pruvat biss tgħawweġ kliem il-Qorti, li fis-sentenza tagħha qatt ma qalet li l-Gvern għamel xi att frawdolenti. Il-poplu jaf jaqra u jiġġudika. Fuq kollox xtaqt nikkummenta fuq l-għaġir arroganti tal-Oppożizzjoni. Żgur li wieħed ma jistenniex li ebda gvern, ikun min ikun, jista' jieħu xi lezzjonijiet ta' kontabbiltà u governanza tajba mingħand il-Partit Nazzjonalista li hu mifni b'nies li kienu kuntenti bl-isfreġju kbir li għamlu meta kienu fdati fil-passat. Ma nistax ma naċċennax għall-kuntratt li l-gvern Nazzjonalista kien għamel ma' Skanska għall-bini tal-Isptar Mater Dei, fejn minn qabel ma beda x-xogħol, fil-fażi tal-ehim, il-gvern dak iż-żmien kien daħħal klawżola fil-kuntratt li eżonorat lil Skanska minn kull tip ta' responsabbilta' jekk ix-xogħol li jkun sar ikun ta' kwalita' inferjuri. Fi kliem ieħor, il-gvern dak iż- żmien qal lil Skanska israqni, idħaq bija f 'wiċċi u aħrab bi flus il-poplu, u la jien u lanqas ebda gvern ieħor futur ma jkun jista' jfittxek għad-danni. U allura wieħed ma jistax ma jistaqsix fl-isfond ta' dan l-isteriżmu kollu u l-kliem patrijottiku sabiħ tal-Oppożizzjoni. Liem hu l-għaġir irresponsabbli, dak ta' Gvern Laburista li hu kommess li jibqa' jsus biex jara li kull ċenteżmu ta' flus il-poplu jkunu ntużaw u nkunu ħadna lura investiment jew servizz kif miiehem bl-obbligi kuntrattwali li hemm jorbtuna ma' Steward u Vitals, jew inkella dak ta' gvern Nazzjonalista li bl-aktar mod sfaċċat kien innegozja kuntratt bi klawżola li ħalliet lil Skanska tatina sptar mibni b'konkos ta' kwalità inferjuri u ma nistgħu nagħmlu xejn biex inġibu flusna lura għax il-gvern ta' Gonzi dakinhar tahom kull protezzjoni possibbli biex ma jkunux responsabbli? Min jaf min hu l-veru korrott u ħalliel. Min jaf min veru għandu għal qalbu l-aqwa interess tal-poplu. Ħaġa waħda li hi żgur u li ħadd ma jista' jmeri. Dawn l-istess nies li llum qiegħdin fl-Oppożizzjoni u qed jagħmlu protesta wara oħra, jwaddbu ċ-ċekkijiet foloz u jobżqu lill-ġurnalisti li jkunu qed jagħmlu xogħolhom, 15-il sena ilu ma kienu jidhru mkien. Qatt ma kont tarahom jitkellmu fuq il-proġett tal-Isptar Mater Dei li sallab lill-poplu bin-nefqa bla kontroll li kompliet dejjem tiela' bla limitu, sptar mibni bi kwalità baxxa, sptar li ma jistax jiġi żviluppat iktar biex jiżdiedu s-swali, sptar li min seraqna qiegħed jieħu pjaċir igawdi flusna għax jaf li qatt ma nistgħu nfittxuh. Biex tgħaxxaq, illum dawn l-istess nies qed jgħidulna li qed taħraqhom qalbhom għall-isptarijiet li huma stess abbandunaw, għaliex tajjeb wieħed ifakkar l-istat ta' telqa li gvern Nazzjonalista kien ħalla l-isptarijiet in kwistjoni. Wieħed ma jistax ma jistaqsix, x'tip ta' kompetenza jew inkella awtorita' morali għandhom dawn in-nies biex jagħtu lezzjonijiet dwar kif għandhom jitmexxew l-isptarijiet? Il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela mhux supperv u arroganti. Għal dan il-Gvern, il-priorità tiegħu tibqa' l-ħarsien tal-interess nazzjonali. Wieħed jista' jikkuntrasta ħafna dak li għamel gvern Laburista ma' dak li għamlu gvernijiet Nazzjonalisti fil-passat. Il-lista ta' kuntrasti hija infinita. Però l-akbar kuntrast huwa fil-mod li bih dan il-Gvern ta' Robert Abela qed ikompli jkun tarka tal-interess nazzjonali. Minkejja li ma ntilifx f 'ħafna diskorsi politiċi u ħafna kliem żejjed, rajna lill-Prim Ministru li fl-ewwel reazzjoni tiegħu għas-sentenza tal-Qorti ħareġ jagħti garanzija assoluta lill-ħaddiema ta' dawn l-isptarijiet u wiegħdhom is-serħan il-moħħ u li ser jibqgħu jirċievu s-salarju sħiħ tagħhom. Però barra minn hekk, serraħ ras l-eluf ta' pazjenti Maltin u Għawdxin li dawn l-isptarijiet ser jibqgħu joffru s-servizz tajjeb li kienu qegħdin joffru mingħajr interruzzjonijiet. Aktar minn hekk, kif iddikkjara fid-diskors tiegħu wara li għalaq iż-żmien tal-appell, il-Prim Ministru għamel talba lill-Awditur Ġenerali sabiex jinvestiga jekk setax kien hemm fondi pubbliċi li tħallsu lil Steward u li tagħhom il-poplu ma ħax is-servizz jew l-investiment kif miiehem, sabiex jekk jinstab li hu l-każ jibda t-triq biex jirkupra dawn il-flus. Din id-differenza maġġuri li tibqa' tiddistingwi lil dan il-Gvern mill- Oppożizzjoni. Azzjoni u determinazzjoni biex jiġi mħares l-interess nazzjonali min- naħa tal-Gvern, kontra l-kliem politiku fieraħ, arroganza u nuqqas ta' kompetenza u kredenzjali tal-Oppożizzjoni. Dawn l-affarijiet drajnihom, imma ma nittollerawhomx. Il-kultura' u l-mentalità miskina tal-Partit Nazzjonalista li jrid jgħallem u jiżżuetta b'ħaddieħor il-poplu ramihom għaxar snin ilu u persważ li l-konvinzjoni u l-għaqal tal-Gvern ser jibqgħu jkunu fattur importanti, għaliex il-mentalita' ta' "Tiegħi kollu tajjeb, u tiegħek kollu ħażin" m'għandniex x'nambuha fil-politika tagħna. Alex Agius Saliba huwa MEP tal-Partit Laburista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 March 2023