Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496176
11 intervista illum • IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 Għawdex presepju... Il-Mafkar ta' Mark Farrugia f 'Ħal Tarxien nkomplu naraw investimenti simili ġewwa Għawdex," qal Borg. 'Id-demografija f 'Għawdex imbidlet: Aktar barranin, serq u kriminalità' L-ILLUM tfakkar lil Borg f 'eżerċizzju li kienet wettqet l-ILLUM meta f 'ġurnata sajfijja marret Marsalforn u tkellmet mar-residenti u sidien ta' negozji. Li kieku din il-gazzetta ma telgħetx għall-għarrieda konna naħsbu li ftehmu bejniethom għaliex tkellimna ma' min tkellimna, kulħadd qal l-istess li Marsalforn m'għadux sigur. "In-nies ma għadhomx jinżlu." "Id-droga timxi fuq l-idejn, ġlied u nies fis-sakra." "Lanqas fit-tfal ma tista' tafda," qalulna uħud mir-residenti ta' Marsalforn. Dakinhar ukoll is-sidien u r-residenti, minħabba s-sitwazzjoni li kienu qed iħabbtu wiċċhom magħha ta' kuljum, saħqu li l-infurzar kien minimu għall-aħħar. Għaddew tmien xhur, kien hemm progress? Borg sostna li fl-aħħar xhur ġiet innotata żieda kbira f 'serq u kriminalità f 'Għawdex. Dan Borg jattribwih għall-bidla "fid-demografija. Influss ta' barranin u Maltin li qed jgħixu Għawdex. Kien hemm bidla fil-mentalità u bdejna naraw kriminalità. Għaldaqstant nemmen li hemm bżonn ta' aktar serjetà fejn għandha x'taqsam is-sigurtà u nemmen li l-Korp għandu jikber biex jibbilanċja ż-żieda fil- kriminalità." Huwa irrimarka li kien hemm progress ukoll. Fil-fatt ġewwa Marsalforn ġew installati 10 kameras ġodda li jistgħu jiġu immonitorjati mill-għassa tar- Rabat. Qal ukoll li kien hemm żieda ta' sorveljanza mill- pulizija. Irrimarka b'pożittività wkoll li meta għamel pressjoni għaliex f 'Għajnsielem u fix- Xewkija kien hemm żieda fis- serq "niżlet patrol car oħra ġewwa Għawdex u saħansitra kien hemm patrol car apposta f 'dawk l-akkwati." Madankollu jgħid illi filwaqt li kien hemm żieda fil-preżenza tal-pulizija b'mod ġenerali, ma jħossx li dan huwa biżżejjed. "Għamilt mistoqsija Parlamentari minħabba għajdut li l-iskawdra tas-CID, li tiġġieled id-droga, kienet se tingħalaq f 'Għawdex. Fil-fatt il-Ministru Byron Camilleri la ikkonferma u lanqas ċaħad. Iva s-CID se tingħalaq biex tinfetaħ skwadra oħra li tagħmel servizzi simili però mhux iddedikata speċifikament fuq id-droga," qal Borg. Kompla jgħid li biż-żieda ta' drogi fil-gżira Għawdxija, mhux jingħalaq is-CID kien hemm bżonn, iżda isir aktar investiment fiha biex ikun hemm aktar sigurtà u monitoraġġ biex jiġġieldu kontra d-droga. Apparti minn hekk huwa żied jgħid li l-Għawdxin ilhom is-snin jitlobu għat-tielet spettur però din qatt ma tiġi attwata. "Meta niġu għas-sigurtà ġejna meqjusa tat-tieni klassi. Għawdex għandu jiġi meqjus bħala distrett differenti minn Malta," sostna d-Deputat. L-ILLUM tmur lura għal dak li qal dwar id-demografija u twaqqfu. Tgħidlu illi wieħed ma jistax jattribwixxi reati fuq gruppi partikolari u tistaqsih jekk hux qed jimplika li għandhom jitkeċċew lill- barranin jew il-Maltin minn Għawdex. Huwa jwieġeb fin-negattiv u jisħaq li huwa importanti li Għawdex ikun ipperparat għal kull eventwalità. Qal li jekk wieħed iħares lejn l-istatistika, ir-residenti dejjem jiżdiedu u l-pulizija dejjem jonqsu. "Il- Pulizija trid tipprepara biex tkun tista' tlaħħaq mal-bidliet fid-demografija Għawdxija." 'Ma nistgħux inżommu lil Għawdex qisha presepju' Din l-intervista issa ddur fuq il-kostruzzjoni, li f 'Għawdex qed tfeġġ aktar minn qatt qabel. Borg jemmen li filwaqt li l-gżira tat-tliet għoljiet għandha karatteristiċi uniċi, imfittxija mill-barranin u anke Maltin, din ukoll trid tiżviluppa maż-żmien, tant li jemmen li lil Għawdex ma nistgħux inżommuha qisha presepju. Insista li l-iżvilupp ma jistax jieqaf għax is-soċjetà trid timxi maż-żminijiet, iżda min- naħa l-oħra jemmen li għandu jintlaħaq bilanċ biex l-iżvilupp li jsir ikun sostenibbli, kif suppost u "bis-sens." Imma xi jfisser biha 'bis- sens'? L-ILLUM tirrimarka li dan il-kliem li qed jgħid hu mhux talli mhu xejn ġdid talli kull politiku Għawdxi qablu, Nazzjonalist jew Laburist qalu. Mela Alex Borg bħala politiku ġdid, qed joffri xi ħaġa ġdida? Spjega li l-policies li hemm preżentament mhumiex tajbin u ma jirriflettux il-ħtiġijiet ta' llum. Jgħid li f 'Għawdex jistgħu jinfetħu parks għall-familji u ta' rikreazzjoni fejn ma jkunx hemm biss bini u konkrit "u mhux bħal Malta nibnu bl- addoċċ mingħajr ma nagħmlu ebda pjan fit-tul. Malta hemm ħafna rħula li ntilfu qalb il- bini imma Għawdex għad baqalna ċ-ċans insalvawh billi nagħmlu din il-policy li tħalli l-investituri jibnu però jibnu b'ċertu mod li ma jagħmilx ħsara lil karatteristiċi tradizzjonali." 'It-tort mhux tal-investitur imma tal-Awtorità tal- Ippjanar' L-ILLUM terġa' twaqqfu u tpinġilu xenarju. Mara tkun werrieta ta' biċċa art, li biha tista' tibni blokka flats u jkollha sors tajjeb ta' investiment, jew inkella jistgħu jgħixu fihom uliedha biex ittaffilhom il-piż ikkawżat mis-suq tal-proprjetà. Borg se jwaqqfilha d-dritt li tagħmel dan? Huwa irribatta li ma jagħtix tort lill-investituri li jridu jibnu, iżda tort lill-awtorità li ma tinforzax kontroll permezz ta' policies. "L-iżviluppatur jekk għandu għalqa u l-awtorità jagħtih permess biex jibni disa' sulari ngħidlu, go ahead ibnihom. Għalhekk għandna bżonn ta' policy biex sitwazzjonijiet bħal dawn nevitawhom," qal Borg. L-ILLUM tgħidlu li dan huwa kontradittorju għax jekk se tgħid lill-awtorità biex twaqqaf dan it-tip tal-iżvilupp mela allura l-iżviluppaturi se jkun qed iwaqqafhom ukoll. Għal dan iċċara u qal li għallinqas, il-bini li jinbena ma jtappanx l-identità Għawdxija. Jiena nwaħħal fil-PA mhux l-iżviluppatur. L-iżviluppatur l-għan tiegħu huwa li jagħmel il-flus u jibni u jkompli għaddej bl-investiment tiegħu." 'Ma neskludix interess għall-kariga ta' Kap, jekk fil- futur jinfetħu bibien' Fl-aħħar ta' din l-intervista l-ILLUM tistaqsi dwar l-ambizzjonijiet ta' Borg fil- ħajja politika. Id-Deptutat jinsisti li l-għan tiegħu preżentament huwa li jkomplu jiġġieled f 'isem il- poplu. "Din tal-Vitals tat tama lil partitarji nazzjonalisti u lil-laburisti ġenwini li sforz l-iskandli fl-aħħar xhur ħassewhom imxebba' u orfni," kompla Borg. Huwa temm jgħid li l-poplu lilu tah mandat b'saħħtu biex ikompli jaħdem għalih u ma eskludiex li 'l quddiem jidħol għar-responsabilità ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista jekk fil-futur jinfetħu bibiem, "però bħalissa għandna lill-Kap Bernard Grech u lil Adrian Delia, li qed jaħdmu id f 'id."