Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1496176
08 analiżi IL-ĦADD 2 TA' APRIL 2023 • illum Kważi disa' miljun passiġġier lejn San Pawl il-Baħar u San ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Jekk ilek ma taqbad tal-linja imma forsi m'ilekx ma taqbad Metro f 'xi belt kbira bħal- Londra jew Pariġi, forsi ma tafx li f 'ċerti ħinijiet, numru kbir ta' rotot ta' tal-linja f 'Malta huma viċin ħafna s-sitwazzjoni tal- metros u l-ferroviji fi bliet kbar. F'kelma waħda "ippakkjati." Dan fil-fatt huwa rifless fi statistika li ħareġ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) u li juri illi fl-2021, meta konna għadna qed inkarkru bil-pandemija miljuni kbar ta' passiġġiera kienu qed jużaw l-aktar rotot popolari, jiġifieri dawk li sejrin jew jgħaddu minn San Pawl il-Baħar/Buġibba/ Qawra u dawk li sejrin jew jgħaddu minn Tas-Sliema, San Ġiljan u s-Swieqi. Fi kliem ieħor l-aktar żoni popolati u popolari mat-turisti f 'pajjiżna. Fil-fatt kienu b'kollox 4.6 miljun passiġġier li wżaw ir-rotot 48, 42, 41 u 31 li lkoll imorru jew jgħaddu minn San Pawl il- Baħar u Buġibba. Minn dawn il-miljuni ta' passiġġieri, l-akbar sehem kienet rotta 48, li mill-Belt Valletta tieqaf il-venda tal-Qawra u li fl-2021 ġarret 3.7% tat-total tal-passiġġiera kollha li nġarru matul dik is-sena, jew inkella it inqas minn 1.3 miljun passiġġier. Rotta 31, li mill-ġdid tmur mil- Belt għal Buġibba ġarret 1.02 miljun fl-2021. Ir-rotot 41 u 42, destinazzjoni Ċirkewwa, ġarrew 1.06 miljun u 1.2 miljun passiġġier rispettivament matul l-istess sena. Dawn iż-żewġ rotot huma popolari mhux biss ma' dawk li sejrin Għawdex u l-Mellieħa/Għadira imma wkoll ma' ħafna passiġġiera li jieqfu f 'Mosta Road, fil-qalba ta' San Pawl il-Baħar. Ta' min ifakkar li skont l-aħħar ċensiment il-popolazzjoni f 'San Pawl il-Baħar hija ta' 32,042 resident, li tagħmilha l-akbar lokalità f 'pajjiżna u żona li fiha jgħixu 17,282 resident barrani, li ħafna minnhom jiddependu fuq it-trasport pubbliku. Apparti dan, San Pawl il-Baħar hija wkoll lokalità li fiha hemm numru kbir ta' sodod f 'akkomodazzjoni turistika. Intant matul l-istess sena 4.3 miljun passiġġier użaw rotot li kienu sejrin lejn in-naħiet tal- Gżira, Tas Sliema u San Ġiljan - żona oħra ppopolata u turistika. Dan apparti li hija żona wkoll illi fiha hemm numru kbir ta' uffiċċji u postijiet tax-xogħol. L-aktar rotta popolari bi 3.5% tat-total globali tal-passiġġiera fl-2021 għal din iż-żona hija 14 (Belt sa Pembroke) li ġarret 1.2 miljun persuna. Ir-rotot 13 u 13 A - l-istess bħal dik 14 - ġarrew 1.15 miljun u 1.07 miljun passiġġier rispettivament. Dan filwaqt li r-rotta 16, li tgħaddi mill-istess żoni u tibqa' dieħla s-Swieqi ġarret 968,075 passiġġier matul l-istess sena. Minn naħa l-oħra, fin- nofsinhar ta' Malta, l-aktar żewġ rotot popolari fl-2021 kienu l-91 li tieħdok lejn Wied il-Għajn (1.16 miljun passiġġier) u r-rotta 82 li tieħdok Birżebbuġa (956,360 passiġġier) - inċidentalment it- tnejn lokalitajiet mal-baħar. Ir-rotta 48, li kif għidna hija l-aktar waħda popolari, kellha aktar minn 100,000 passiġġier għal sebgħa xhur b'Novembru (138,759), Ottubru (137,349) u Lulju (124,004) ikunu l-aktar xhur li matulhom intużat. Ir-rottot 41 u 42 kienu aktar popolari fix-xhur tas-sajf, speċjalment ir-rotta 42 b'119,748 passiġġier f 'Awwissu u 120,367 passiġġier f 'Settembru tal-2021. Ir-rotta 14 ukoll hija popolari ħafna matul seba' xhur minn 12, meta t-total ta' passiġġieri jaqbeż il-100,000 fix-xahar. L-aktar xahar li fih telgħu passiġġieri fuq din ir-rotta kien Awwissu b'128,041. Id-diretti l-inqas użati... Is- servizz ta' matul il-lejl 'fqir' L-inqas rotot popolari huma dawk id-diretti li jidher ċar - jekk wieħed jieħu dawn iċ-ċifri partikolari - illi hemm bżonn titjib fihom biex jintużaw aktar. Per eżempju, rotta 203, minkejja li tmur għal Tas Sliema (minn Buġibba) ġarret biss 363,779 passiġġier fl-2021, filwaqt li rotta 222 - miċ-Ċirkewwa għal Tas- Sliema ġarret 762,412. Pjuttost 'il bogħod minn aktar minn miljun li kienu qed iġorru rotot lejn Tas Sliema iżda li jibdew mill-Belt Valletta, xi ħaġa li tista' tindika żewġ affarijiet: L-ewwel li l-frekwenza tar-rotot mhux diretti hija aħjar jew inkella, li l-kunċett tal-Belt Valletta bħala ċentru minn fejn jitlaq ħafna mit- trasport pubbliku, liema sistema tmur lura ħafna snin, għadha dik favorita. Jidher ċar ukoll li t-triq sabiex it-trasport pubbliku jintuża matul il-lejl għadha twila mmens, għallinqas jekk nieħdu dawn iċ-ċifri bi it iktar minn 38,000 passiġġier f 'sena li użaw l-N13 li tieħu lin-nies lejn Tas-Sliema/ San Ġiljan/Paceville mal-lejl. Ftit aktar minn 5,000 użaw l-N212 li matul il-lejl tieħdok iċ-Ċirkewwa. Għalhekk huwa ċar li ħafna passiġġiera, speċjalment żgħażagħ li jiffrekwentaw Paceville ma għandhom ebda għażla ħlief li mal-lejl jaqbdu taxi jew jużaw il-vetturi tagħhom. 35.2 miljun passiġġier fl-2021 U finalment matul l-2021 kien hemm total globali ta' 35.2 miljun passiġġier fuq it-trasport pubbliku, li fil-fatt hija żieda ta' 4.2% meta mqabbel mal-2020 li matulha t-trasport pubbliku kien qed jiffaċċja r-realtà tal-Covid-19 li fisser tnaqqis qawwi ħafna fil- It-Trasport Pubbliku huwa materja li tiġi diskussa ħafna drabi, speċjalment it-triq 'il quddiem. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aħħar ċifri tal-NSO għall-2021 u żewġ sondaġġi li juru s-saħħa u d-dgħjufija tas-servizz...