Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807
04 aħbarijiet Caruana jibqa' jittama li jsalva l-Air Malta... jiddejjaq bid- dikjarazzjoni tal-Kap Eżekuttiv Clyde Caruana qarras wiċċu għad-dikjarazzjoni tal-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta David Curmi f 'nofs il-ġimgħa li l-kumpanija se tagħlaq il- bibien sal-aħħar tas-sena, l-ILLUM hi infurmata. Il-Ministru tal-Finanzi ma' kienx jaf bid-dikjarazzjoni pubblika li kien se jagħmel Curmi, għalkemm din l-aħbar kienet diġa ngħatat mill- gazzetta oħt MaltaToday ix- xahar li għadda. Sorsi viċin il-gvern qalu li Caruana tfantas għax għadu qed jittama li l-Air Malta tista' tkun salvata permezz tal-aħħar sforzi li qed jagħmel il-gvern mal- Kummissjoni Ewropea. "Iċ-ċans hu remot, imma Caruana għadu ma qatax qalbu minkejja li l-Kummissjoni Ewropea qed tkun diffiċli ma' Malta u lanqas qed tikkunsidra l-implikazzjonijiet għall-pajjiż," is-sorsi qalu. Mitlub jikkummenta fuq dak li qal Curmi, Caruana insista li għalissa mhux se jitkellem għax għad fadal numru ta' laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea. Madankollu, sostna li se jkun qed jinforma lin-nies u l-parlament b'kull dettal ladarba t-taħdidiet jingħalqu. Is-sorsi qalu li Caruana qed jenfasiżża ma' Brussell li mingħajr linja nazzjonali, Malta tkun f 'sitwazzjoni diffiċli u dipendenti fuq kumpaniji ta' l-ajru privati. Skont is-sorsi Caruana qed jargumenta li Malta hija gżira u l-Kummissjoni trid tikkunsidra dan il-fatt. Hu qed jindika kif il-gvern ħa l-passi kollha biex il-kumpanija tkun ristrutturata, tnaqqas in-nies u taqta' l-ħela. "Għad fadal numru ta' laqgħat skedati mal-Kummissjoni fejn il-Ministru Caruana qed jittama' li jiżblokka s-sitwazzjoni," is- sorsi sostnew. Madankollu, l-istess sorsi qalu li diġà saru laqgħat interni biex jiġi mfassal isem u imaġini għal kumpanija ġdida, inkluż diskussjoni fuq isem ġdid. Il- gvern irid li l-kumpanija ġdida timpjega l-istess ħaddiema, inkluż il-piloti, li hemm bħalissa mal-Air Malta. "Dak li qal Curmi mhux il- bogħod mill-verità imma Clyde Caruana ħass li qabeż il-linja meta t-taħdidiet għadhom mhux magħluqa," is-sorsi qalu. Caruana kien diġà qal is-sena li għaddiet meta vara r-riforma fl-Air Malta li l-linja nazzjonali ma kienx se jirnexxielha ssalva mingħajr injezzjoni ta' fondi statali. Fl-2022 Caruana ħabbar skema ta' trasferiment volontarju biex ħaddiema tal-Air Malta jmorru jaħdmu fis-settur pubbliku bil- għan li jnaqqas mill-infiq tal- kumpanija. IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 • illum Intant din il-gazzetta, b'reazzjoni għall-aħbar tal- għeluq tal-Air Malta għamlet kuntatt mas-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union (GWU) Josef Bugeja. Bugeja sostna illi fil-laqgħat li kellha l-unjin mal-gvern irriżulta illi n-negozjati bejn il-gvern u l-Kummissjoni kienu għadhom mhux iffinalizzati u għaldaqstant ma ġiex diskuss x'se jiġri fil-każ li l-Air Malta tagħlaq il-bibien tagħha. Kien għalhekk illi din il- ġimgħa stess il-GWU sejħet laqgħa urġenti mal-Ministru Caruana biex ikun jista' jiġi diskuss il-pass li jmiss xi jkun. Din il-gazzetta tkellmet ukoll ma' xi membri tal- ekwipaġġ li sostnew li l-impjegati jinsabu fid-dlam bħal bqija tal-poplu Malti u Għawdxi u ma humiex infurmati dwar il-futur tal- kumpanija li tħaddimhom. L-ILLUM ippruvat tagħmel kuntatt mal-Unjin għall- Membri tal-Ekwipaġġ kif ukoll mal-Assoċjazzjoni tal- Piloti (ALPA) iżda baqgħet bla risposta. 'Ninsabu fid-dlam bħal-bqija tal- poplu Malti u Għawdxi' Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali GWU "L-Air Malta: Xempju tal- klijenteliżmu li kkontamina l-politika f'pajjiżna" - ADPD Iċ-Chairperson tal-ADPD, Carmel Cacopardo, qal li "dak li qiegħed jiġri fl-Air Malta, hu xempju tal-klijenteliżmu li kkontamina l-politika f 'pajjiżna." Cacopardo qal dan meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ filgħodu quddiem il-Parlament, fil-Belt Valletta. "Għalhekk kontinwament jirreżistu riforma elettorali sura, għax pluralità ta' ilħna politiċi fil-parlament inevitabbilment twassal għad-daqqa mortali tal-klijenteliżmu," kompla ċ-Chairperson tal-ADPD. Cacopardo qal li huwa ċar daqs il-kristall li l-Partit Laburista jara l-politika bħala logħba li fiha huwa permess li tidħaq bin-nies f 'wiċċhom biex tikseb l-appoġġ tagħhom. Is-Segretarju Ġenerali, Dr Ralph Cassar, qal li l-attitudni tal-Gvern fuq l-Air Malta hi wkoll wirt tad-duopolju tal-PL u l-PN. "L-Air Malta hi fil-qagħda li hi ħtija tal-klijenteliżmu politiku li fuqu tmexxiet il- kumpanija sa minn meta twaqqfet. Il-qagħda attwali tal- Air Malta hi, iswed fuq l-abjad, riżultat tal-klijenteliżmu sfrenat li mxew bih il-PL u l-PN tul is-snin. Dawn ġabu lill-Air Malta għarkupptejha biex jixtru l-voti u jqassmu l-pjaċiri għas-skapitu tal- finanzi pubbliċi. Il-qagħda attwali hi l-konsegwenza ta' dan," qal is-Segretarju Ġenerali tal-ADPD. Cassar qal li filwaqt li ristrutturar bis-serjetà tal-Air Malta ilha inevitabbli għal għexieren ta' snin, ta' min wieħed ifakkar fl-attitudni tal-PL u l-PN dejjem kienet li wżaw lill-Air Malta bħala baqra li ppruvaw jeħilbulha sal-aħħar qatra.