Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1497807
08 analiżi IL-ĦADD 23 TA' APRIL 2023 • illum Vi jew Va? Il-kaċċa fir- rebbiegħa Jitkellem Mark Sultana: L-għasafar huma ħlejjaq uniċi speċjalment għall-fatt li jtiru. Ħafna minn dawn l-għasafar itiru għal sigħat u għal kilometri twal. Dan isir darbtejn fis-sena b'dak li hu magħruf bħala l-passa tal-ħarifa u tar-rebbiegħa. Tajjeb li wieħed iżomm f 'moħħu li wara li l-għasafar ibejtu fl-Ewropa, kemm l-adulti kif ukoll iż-żgħar tagħhom, jimxu lejn l-Afrika fil-ħarifa biex jevitaw il-kesħa li ġġib ix-xitwa fl-Ewropa. Wara li mbagħad iqattgħu x-xitwa fl-Afrika, jerġgħu jibdew jitilgħu l-Ewropa fir-rebbiegħa. Dan ifisser li kull sena l-għasafar jaqsmu meded kbar ta' art fosthom id-deżert tas-Saħara kif ukoll il-baħar Mediterran. Il-Gżejjer Maltin, li jinsabu f 'nofs il-Mediterran, huma ta' appoġġ kbir għall-għasafar waqt il-passa tagħhom. Dan għaliex joffrilhom kenn u post fejn jistrieħu u jieklu qabel ma jkomplu l-vjaġġ tagħhom. Minn dawk l-għasafar kollha li jitilqu lejn l-Afrika fil-ħarifa u mbagħad jerġgħu lura lejn l-Ewropa, ammont konsiderevoli jmutu b'mod naturali. Fil-fatt, fil-ħarifa jgħaddu ħafna aktar għasafar milli fir-rebbiegħa u dawk li jgħaddu fir-rebbiegħa huma l-aktar għasafar b'saħħithom li rnexxielhom isalvaw mill- ħruxija li jiffaċċjaw waqt il- passaġġi. Din hija l-ewwel raġuni għaliex il-kacca fir-rebbiegħa hija insostenibbli, immorali u mingħajr rispett għan-natura u ċ-ċirku tan-natura. Wara li għasfur ikun għamel żewġ vjaġġi twal fejn ikun qasam muntanji, ibħra u meded ta' deżert u jkun ġurnata jew tnejn bogħod biex jasal fejn jista' jbid il-bajd u jrabbi l-frieħ tiegħu, ma jagħmilx sens jew ġid li jinqatlu f 'Malta. Dan għaliex dak l-għasfur kien se jrabbi u jkattar aktar minn dik l-ispeċi stess u saħansitra huwa għasfur b'saħħtu ħafna. Din hija r-raġuni għaliex anke fil-liġijiet u direttivi ta l-Unjoni Ewropea nsibu li matul l-istaġun tar-rebbiegħa xejn ma jista' jittieħed min-natura speċjalment mill-għasafar. Din hija r-raġuni għaliex l-ebda pajjiż fl-Unjoni Ewropea ma jiaħ staġun tal- kaċċa fir-rebbiegħa u hija wkoll il-bażi għaliex il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea fetħet proċedura legali kontra Malta. Malta tipprova tiġġustifika l-kaċċa fir-rebbiegħa billi targumenta li ma jinqatlux biżżejjed għasafar fil-ħarifa biex jintlaħaq livell sodisfaċenti. Tgħid ukoll li l-ammonti maqtula fir-rebbiegħa huma insinifikanti. Tajjeb li wieħed iżomm f 'moħħu li fil-ħarifa dak li jinqatel suppost jiġi ddikjarat mill-kaċċaturi nfushom, iżda l-istatistika turi li 4% biss tal- kaċċaturi jiddikjaraw li qatlu mill-inqas għasfur wieħed f 'ħames xhur sħaħ. Dan juri kif m'hemm l-ebda prova soda li m'hemmx kaċċa sodisfaċenti fil- ħarifa. Apparti minn hekk, u forsi aktar importanti, l-argumenti kollha ta' Malta jonqsu u huma invalidi jekk l-għasfur li qed jiġi kkaċċjat ikun fi stat vulnerabbli, bħall-Gamiema. Din l-ispeċi naqset drastikament fl-aħħar 30 sena u se tkompli tonqos. Il- kaċċa, għal dan l-għasfur, hija waħda minn ħafna raġunijiet u fil-fatt fl-Ewropa qed isir kollox biex dan l-għasfur ma jinqatilx is-sena kollha, aħseb u ara fir- rebbiegħa. Pajjiżi bħal Franza, Spanja u l-Portugall diġà waqqfu kull kaċċa fuq din l-ispeċi. Mil-lat ta' rispett, il-kaċċa f 'pajjiżna fir-rebbiegħa tnaqqas ukoll il-pjaċir u l-mistriegh għas- soċjetà kollha. Matul l-istaġun tal-kaċċa, wieħed it li xejn jista' jgawdi l-kampanja bin-natura fl-aqwa tagħha. Dan ghaliex il-kaċċa ssir fil-postijiet kollha inklużi dawk pubbliċi u anke fis-siti tan-Natura 2000. F'pajjiż żgħir b'ambjent naturali limitat u mhedded kontinwament bejn żvilupp jew ieħor, dan l-impatt tal-kaċċa fir-rebbiegħa jiġi amplifikat. Ma jaqbilx mal-Kaċċa fir-rebbiegħa Il-Kap Eżekuttiv ta' BirdLife Malta Mark Sultana