Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 19

Carmel Cacopardo B la ebda dubju hu l-każ li l-użu tal-enerġija u l-ilma jkun issus- sidjat f 'dan il-mu- ment ta' kriżi. Dan is-sussidju għandu jkun immirat biex jindirizza l-impatti soċjali ta' żieda fil-prezz tal-enerġija u l-ilma sakemm nibqgħu taħt l-effett tal-impatti tal-invażjo- ni tal-Ukrajna. M'għandniex nieħdu t-triq il-faċli li twassal għal abbuż minn fondi pubbliċi imferrxa fuq kulħadd. Is-sussidji għandhom ikunu indirizzat lejn min għandu l-ħtieġa tagħhom. Xi ħtieġa hemm li tissussidja lil min għandu l-mezzi biex ikampa? Il-konsum bażiku tal-enerġija u l-ilma fid-djar tagħna għandu definittivament jibqa' protett bis-sussidji għaż-żmien li ġej. Din hi neċessità soċjali biex primarjament ikunu mħarsa l-vulnerabbli u dawk bi dħul baxx. Imma lil hinn mis-sussidji applikati għal dan il-konsum basiku ta' enerġija u ilma ma hemm l-ebda raġuni biex dan is-sussidju jkun japplika għal konsum iktar minn dak bażiku. Min għandu l-mezzi li jwasslu għal konsum ikbar għandu jkollu ukoll ir-riżorsi biex jerfa' l-ispiża addizzjonali tal-konsum tiegħu jew tagħha. Ma hemm xejn ikkumplikat f 'dak li qed ngħid. Huwa l-mod kif wara kollox diġa jinħadmu l-kontijiet għall-ilma li nikkunsmaw: Il-konsum bażiku tal-ilma jitħallas b'rati sussidjati, filwaqt li konsum ikbar tal-ilma diġa jitħallas b'rati kummerċjali. M'għandu jkun hemm l-ebda diffikultà li dan jinftiehem, huwa l-mod kif il-kontijiet tal- ilma ilhom jinħadmu għal iktar minn tletin sena! Dan kollu hu ukoll dibattibbli meta nikkunsidraw il-konsum tal-ilma u l-enerġija meta dan il-konsum ma jsirx fir-residenzi. Hu raġjonevoli li napplikaw is- sussidji biex inħarsu l-impiegi. Jeħtieġ imma li s-sussidji jkunu iffukati. Ikun għaqli għalhekk li perjodikament neżaminaw mill-ġdid il-kif u l-kemm b'mod li dawn is-sussidji jkunu raġjonevoli u mhux iktar milli nifilħu bħala pajjiż. Ma jagħmilx sens imma, li l-użu kollu tal-enerġija u l-ilma jkun issussidjat. Hu meħtieġ li r-riżorsi limitati li għandna nużawhom bir-reqqa. Iżda l-każ tas-sussidji għall- konsum tal-fuels, jiġifieri s-sussidji applikati għall-petrol u d-dijżil hi storja kompletament differenti. Il-Gvern diġà, wara ftit ġimgħat, biddel ftit il- proposta oriġinali tiegħu billi ma baqax jissussidja l-konsum t a l - f j u w i l ( p r i m a r j a m e n t dijżil) fil-każ ta' opri tal-baħar imdaqqsa. Ma hemm l-ebda ħtieġa soċjali biex ikun issussidjat il-petrol u d-dijżil. In-numru żgħir ta' każi fejn l-użu ta' karozzi privati hu meħtieġ biex tkun indirizzata d-diżabilità konnessa mal- mobilità jistgħu faċilment ikollhom għajnuna iffukata għall-ħtiġijiet partikolari tagħhom. It-tneħħija tas-sussidji fuq il-konsum tal-fuel ikun ifisser żieda sostanzjali fil-prezz tal- petrolu u d-dijżil. L-impatt ewlieni tat-tneħħija ta' dan is- sussidju fuq jkun wieħed pożittiv għax iwassal għal tnaqqis immedjat ta' karozzi mit-toroq tagħna. Dan iwassal ukoll għal titjib fil-kwalità tal-arja. Tajjeb li uħud jiftakru li 50% tal-vjaġġi li nagħmlu bil-karozzi privati fit-toroq tagħna huma vjaġġi għal distanzi qosra. Il- parti l-kbira ta' dawn il-vjaġġi, bi prezz rejalistiku tal-petrol u d-dijżil ma jsirux u minflok jintuża t-trasport pubbliku jew forom oħra ta' mobilità sostenibbli. It-trasport pubbliku kif nafu hu bla ħlas! Il-partiti Parlamentari preżentement qed jargumentaw b'veduti dijametrikament opposti. Min-naħa l-waħda l-Labour irid jibqa' b'sussidji fuq il-konsum kollu filwaqt li l-PN qed jargumenta favur li dawn is-sussidji jkunu eliminati. Dan il-kuntrast bejn il-PLPN dwar iż-żamma jew it-tneħħija tas-sussidji iħawwad l-imħuħ. Neħtieġu nimxu bir-raġuni anke meta nitkellmu dwar is-sussidji f 'dawn iċ-ċirkustanzi. Ir-riżorsi tagħna huma limitati. Irridu nużawhom bil- għaqal biex inkunu nistgħu nibqgħu ngħinu lill-vulnerabbli. 12 opinjoni IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 • illum Nirrikunsidraw is-sussidji tal-enerġija, l-ilma u l-fuel Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023