Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

20 sport IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 • illum Illum tintlagħab il-finali tal-IZIBET FA Trophy bejn Birkirkara u Marsaxlokk. Din se tkun l-aħħar partita li tagħlaq l-istaġun lokali tal- futbol 2022/23. Birkirkara waslu sal-finali meta fis-semifinali għelbu lil Mosta bi skor ta' 4-3. Il-partita kienet waħda mill-isbaħ b'xalata ta' gowls li waslu fl-aħħar minuti tal-konfront. Marsaxlokk kienu nvoluti f 'partita magħluqa ferm kontra Gżira Utd li ntemmet bi skor ta' 1-1 wara 120 minuta. Marsaxlokk ikkwalifikaw wara l-għoti tal- penalties. Birkirkara rebħu din il- kompetizzjoni ħames darbiet fl-Istorja tagħhom. Marsaxlokk ma rebħuha qatt iżda tilfu finali waħda, 19-il sena ilu, kontra Sliema Wanderers bi skor ta' 2-0. Il-finali tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, f 'Ta' Qali, fl- 4.00pm u tixxandar dirett fuq TVMSport+. Illum il-finali tal-IZIBET FA Trophy: Birkirkara - Marsaxlokk L-ex plejer ta' Inter u tal-Ġermanja, Andrea Brehme, jinsab f 'Malta biex ikompli jniedi l-ktieb tiegħu. Proprju dalgħodu, mill-10.00am 'il quddiem, Brehme se jkun fil-klabb f 'Santa Venera biex jiltaqa' u jitkellem mal-membri. Brehme lagħab ma' Inter 116-il partita bejn l-1988 u l-1992. Fihom skurja 11-il gowl. Brehme għandu 62 sena u jibqa' mfakkar l-aktar għall-penalty kontroversjali li skurja fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal- 1990 li saret fl-Italja meta l-Ġermanja għelbu lill-Arġentina ta' Diego Armando Maradona bi skor ta' 1-0. It-Taljan Luciano Zauri huwa l-kowċ il- ġdid ta' Hamrun Spartans. Iċ-Champions tal-futbol Malti għamlu din l-aħbar uffiċjali fis-sigħat li għaddew wara li it tal-jiem ilu neħħew lil Branko Nisevic. Zauri, ta' 45 sena, ingħata kuntratt ta' sena b'opzjoni li jkompli jiġġedded. Zauri huwa ex plejer tal-Kampjonat Taljan Serie A. Fil-karriera tiegħu, lagħab ma' Atalanta, Chievo, Lazio, Sampdoria, Fiorentina u Pescara għal total ta' 417-il partita fis-Serie A. Zauri għandu 45 sena u lagħab ukoll ħames partiti mat-tim nazzjonali Taljan. Meta rtira mill-karriera ta' plejer, Zauri kien inħatar assistant kowċ ma' Massimo Oddo mat-tim ta' Pescara. Hu kien inħatar kowċ uffiċjali tal-istaess tim f 'Ġunju 2019. L-ex kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Devis Mangia, instab ħati ta' mġieba mhux xierqa. Mangia nstab ħati mis-Safeguarding Board wara allegazzjonijiet li kienu saru kontrieh minn xi plejer jew plejers. Mangia kien akkużat bi tliet akkużi li fit-tnejn l-oħra ma nstabx ħati. L-ex kowċ ta' Malta ma nstabx ħati dar l-allegazzjonijiet dwar grooimg u avvanzi sesswali fil-konfront ta' xi plejer jew plejers. Il-Bord tal-MFA iddeċieda li temporanjament jissospendi lil Mangia minn kull attivita' tal-futbol fil-pajjiż sakemm issir aktar diskussjoni mill-Bord drar il-każ u tittieħed deċiżjoni finali mill-istess Bord fi żmien sitt xhur. Mangia kien tneħħa mill-kariga mill-MFA fil-25 ta' Settembru li għadda. Hu kien irriżenja it tal-jiem wara, fis-7 ta' Novembru. Il-Malta Football Association kienet ħatret minfloku lil Michele Marcholini. Andres Brehme f'Malta, mistieden tal- Inter Club Luciano Zauri jinħatar kowċ ta' Hamrun Spartans Devis Mangia jinstab ħati mill-MFA ta' mġieba mhux xierqa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023