Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 19

sport illum • IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 19 "Irridu naħdmu aktar u nparlaw inqas" - Max Allegri Charles Leclerc bl-aqwa ħin fl-isprint shootout tal-Grand Prix tal-Ażerbajġan Carlos Alcaraz jieħu battikata biex beda jiddefendi t-titlu tal-Open ta' Madrid Grupp ta' partitarji ta' Everton jipprotestaw biex jitneħħa ċ-Chairman Il-kowċ ta' Juventus qal li issa huwa l-mument fejn kulħadd irid jingħaqad, jaħdem aktar u jżomm ħalqu magħluq. Allegri qal dan fil-konferenza tal- aħbarijiet li saret ilbieraħ qabel il-partita tal-lejla kontra l-Bologna fi Stadio Dall'Ara u li tibda fid-20.45. Allegri deher xi ftit nervuż u b'ton ta' rabja. Hu qal li dan hu mument partikolari u iebes fil-klabb ta' Juventus. "Dan il-mument huwa agħar minn meta kienu naqsulna 15-il punt għal raġunijiet li ħadd ma jaf," qal il-koċ ta' Juventus. Max Allegri qal li issa ġejjin l-aktar jiem diffiċli tal-istaġun u jgħix hux kuntent hekk kif jintemm l-istaġun. Aċċerta lil kulħadd li ma kellu l-ebda argument jew ġlieda ma' xi plejer u minkejja l-eliminazzjoni fis-semifinali mill-Coppa Italia, Juventus għandhom ċans idawru r-rotta jekk jegħlbu lil Bologna. Charles Leclerc ta' Ferrari rebaħ it-tieni pole position tiegħu fi it sigħat biex illum se jkun qed jitlaq mill-ewwel post fil-Grand Prix tal-Ażerbajġan. Leclerc rebaħ il-Pole Position minkejja li kraxxja fl-aħħar dawra tas-sessjoni ta' kwalifikazzjoni. Hu għadda lil Sergio Perez u lil Max Verstappen, it-tnejn fuq karozza Red Bull. Is-sewwieq ta' Mercedes, George Russell temm fir-raba' post filwaqt li Carlos Saiz fuq Ferrari fil-ħames post. Lewis Hamilton temm fis-sitt post. Dwar Leclerc u l-inċident tiegħu għaddejja kontroversja sħiħa, b'uħud isostnu li s-sewwieq għandu jkun penalizzat jekk l-inċident tiegħu affettwa karozzi oħra li seta' kellhom ħin aħjar. Minkejja dan, kull karozza temmet id- dawra u ħadd ma kellu jirtira minħabba dan l-istess inċident. Carlos Alcaraz salva lilu nnifsu minn xokk kbir hekk kif kien f 'xifer l-eliminazzjoni tal-Open ta' Madrid, avveniment li kien qed jiddefendi t-titlu għalih. Finalment, hu għeleb lil Emil Ruusuvuori tal-Finlandja b'setts ta' 2-6, 6-4 u 6-2 kontra plejer li jinsab fil-41 post tar-rankings mondjali. Alcaraz hu wieħed mill-aqwa plejers tal- mument fid-dinja tat-tennis. Hu jagħlaq 20 sena fil-ġimgħa d-dieħla. Fil-kategorija tan-nisa, Iga Swiatek għelbet lill-Awstrijakka Julia Grabher b'setts ta' 6-3 u -2. L-avveniment tan-nisa kellu sorspriża kbira meta ċ-Champion ta' Wimbledon, Elena Rybakina, sfat eliminata mir-Russa, Anna Kalinskaya. L-Open ta' Madrid hu avveniment li jsir qabel l-Open ta' Franza li jibda fit-28 ta' Mejju. Grupp ta' partitarji ta' Everton bdew bil-protesti mat-toroq biex jitneħħa ċ-Chairman, Bill Kenwright. Il-partitarji qed jitlobu lis-sid tal-klabb, Farhad Moshiri, biex jieħu azzjoni għax ma kellhomx aktar fiduċja fih. Kenwright, ta' 77 sena, iddefenda lilu nnifsu f 'ittra pubblika li kiteb lill- partitarji. Iċ-Chairman tat-Toffees spjega u ta raġunijiet kif tmexxa l-klabb fl-aħħar snin. It-telfa ta' Everton f 'darhom kontra Newcastle f 'nofs il-ġimgħa ħalliet lill- klabb fiż-żona l-ħamra. Everton jinsabu fid-19-il post tal- klassifika bi 28 punt. Crystal Palace…4 West Ham…3 Crystal Palace għelbu lil West Ham bi skor ta' 4-3 f 'partita spettakolari li kien fiha 7 gowls bejn żewġ timijiet ta' Londra. Il-Hammers marru fil- vantaġġ kmieni fil-konfront minn gowl ta' Soucek wara 9 minuti logħob. Il-gowl tad-draw wara sitt minuti wara minn Ayew. Zaha tefa' lil Crystal Palace fil-vantaġġ fl-20 minuta u Schlupp għamilhom 3-1 fit- 30 minuta. Antonio skurja għal West Ham fil-35 minuta bl-ewwel taqsima li għalqet 3-2. Fit-tieni taqsima, Eze kompla żied il-vantaġġ għal Crystal Palace minn penalty u Aguerd reġa' skurja għall-Hammers fit-72 minuta. Brentford…2 Nottingham Forest…1 Brentford għelbu lil Nottingham Forest bi skor ta' 2-1. Il-Forest fil- vantaġġ b'gowl ta' Danilo żatt qabel il- mistrieħ. Toney ġab il-gowl tad-draw fit-82 minuta. Brentford skurjaw il-gowl tar-rebħa fl-94 minuta minn Dasilva. Brighton…6 Wolves…0 Brighton kellhom rebħa f 'darhom bi skor ta' 6-0 kontra Wolves. Brighton iddominaw u skurjaw minn Undav wara 6 minuti, Gross darbtejn fit-13 u s-26 minuta u Welbeck fid-39 minuta biex l-ewwel taqsima ntemmet bi skor ta' 4-0. Fit-tieni taqsima skurjaw darbtejn oħra minn Welbeck fit-48 minuta u u Undav fis-66 minuta. PREMIER LEAGUE INGLIŻ - ILLUM Illum jintlagħbu ħames partiti oħra mill-Premier League Ingliż. Fit- 15.00, Bournemouth kontra Leeds; Fulham kontra Manchester City; Manchester Utd kontra Aston Villa u Newcastle kontra Southampton. Fil-17.30 tintlagħab Liverpool kontra Tottenham Hotspur. Crystal Palace jegħlbu lil West Ham f'partita ta' seba' gowls

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023