Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 19

18 sport IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 • illum Il-kanzunetta, 'Shine Your Light', hija d-diska uffiċjali tal-edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f 'pajjiżna bejn id-29 ta' Mejju u t-3 ta' Ġunju li ġej. Il-kantanti popolari Amber u AIDAN se jkunu qed ikantaw il-kanzunetta uffiċjali f 'diversi ċerimonji differenti. Shine Your Light, għandha l-lirika miktuba minn Amber, filwaqt li ll-mużika kienet miktuba minn Amber u Elton Zarb. Il-kanzunetta hija riflessjoni tal-emozzjonijiet li jgħaddu minnhom l-atleti bi tħejjija għall- kompetizzjoni. Meta fadal biss it aktar minn xahar biex issir iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob, it-tnedija tal-kanzunetta uffiċjali inzertat ma' avveniment informali għall- voluntiera tal-Logħob li ġie ospitat mill-Kumitat Olimpiku Malti f 'wieħed mill-faċilitajiet sportivi li ser jospitaw il-Logħob – il- Padiljun tal-Basketball f 'Ta' Qali. Iċ-Chairman tal- Organizzazzjoni Lokali, Mark Cutajar, enfasizza r-responsabbiltà li l-voluntiera għandhom lejn dawn il-Logħob biex jiġi aċċertat ambjent akkoljenti u b'sens ta' komunità għall-mijiet ta' atleti u uffiċjali li se jiġu Malta għal dawn il-Logħob. Xemx, baħar kalm u riħ ta' bejn it-8 u t-13-il mil nawtiku fis-siegħa, taw kundizzjonijiet perfetti fil-bidu tat-tellieqa mal-kosta, fit-tielet jum tal- Kampjonat Ewropew ORC 2023, ospitat mir- Royal Malta Yacht Club u Yachting Malta. Il-ġimgħa, saru żewġt itlielaq għall-klassijiet kollha, bl-10 timijiet fi Klassi A u 9 timijiet fi Klassi Ċ jiġru fuq żona fit-Tramuntana tal-Port tal-Belt Valletta, filwaqt li t-18-il tim fi Klassi B ikkompetew fuq żona tal-korsa lejn in-nofsinhar ta' Malta. Wara posponiment qasir biex ir-riħ jistabbilizza ruħu għall-ewwel tiġrija, il-Klassi A bdiet it wisq malajr: biżżejjed sabiex it-timijiet marru lejn il-linja tal-bidu qabel il-waqt. Minħabba dan, il-kumitat tat-tiġrija sejjaħ lil kulħadd lura. It-tellieqa li kienet tikkonsisti f 'korsa ta' tliet dawriet kellha riżultati tal- Klassi A li kienu viċin fil-ħin ikkoreġut. Il-jott TP 52 BEAU GESTE ta' Karl Kwok (HKG) rebaħ it-tellieqa b'distakk ta' 40 sekonda biss fuq BLUE SKY ta' Claudio Terrieri (ITA). Dawn it-tnejn jinsabu l-ewwel u t-tieni rispettivament fil-klassifika tal-Klassi A wara tliet tiġrijiet. It-tielet fil-klassifika u l-aqwa tim Malti, huwa l-jott ELUSIVE II, tal-aħwa Aaron, Maya u Christoph Podesta. Huma li fil-fatt spiċċaw fir-raba' post fil- ħin korrett fl-ewwel tiġrija tal-lum mat-tim ibbażat f 'Ċipru, IRONFX, proprjetà ta' Morkos Kashiouris. Dan jagħti punteġġ totali ta' 10.5 punti, 1.5 qabel Adria 49 ARS UNA ta' Giulio Cafaro (ITA). Fil-korsa tal-Klassi B kien hemm it inqas riħ iżda wkoll kien hemm tlielaq mill-qrib fuq il-korsa ta' 5.8 mili fl-ewwel tiġrija. Bħal fi Klassi A, din it-tellieqa intrebħet mir- rebbieħ tat-tiġrija Long Offshore, Marcin Sutkowski (POL) Grand Soleil 44 P WINDWHISPER 44 b'marġni ta' 30 sekonda biss fuq il-Grand Soleil ta' Ermanno Galeati u Davide Angelo (ITA) 43 REVE DE VIE. Valletta Breakwater kisbu żewġ rebħiet importanti fin-National League organizzat mill-Malta Blackball Federation sabiex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika. Il-Beltin għelbu lil Jojo's Birżebbuġa 11-7 u l-isfida diretta kontra Cospicua Rangers 11-6 sabiex saħansitra qabżu anke lil Ħamrun 147 A li ma kinux fl-azzjoni matul din il-ġimgħa. Sadanittant, Cospicua Rangers irritornaw għar- rebħ wara li għelbu lil Ħamrun 147 B 11-6 filwaqt li f 'logħba ferm bilanċjata, Każin Pinto Qormi A u Jojo's Birżebbuġa A temmew il-konfront tagħhom fi draw ta' 10-10. Fir-Regional League, ikompli d-dwell bejn Mosta St Mary's A u Birkirkara Youngsters li t-tnejn li huma rebħu l-konfront rispettiv tagħhom. Il-Mostin rebħu 11-6 kontra San Ġwann White Hart filwaqt li l-Karkariżi għelbu 11-7 lil Każin Pinto Qormi B. San Ġwann White Hart saħħew it-tielet post wara li xxalaw kontra Birkirkara Boċċi tant li rebħu 11- 0. Bl-istess skor Birkirkara Duke's A rebħu d-derby kontra Juve Birkirkara A. Min-naħa l-oħra, Selmun Bar A kisbu rebħa importanti ta' 11-8 kontra Ħamrun 147 C sabiex issa jinsabu biss punt bogħod mill-avversarji tagħhom fil-klassifika. Fi grupp A tal-Community League, Valletta Fossa Boys komplew bil-mument pożittiv tagħhom wara li kisbu żewġ rebħiet ta' 11-2 u 11-7 kontra Domus Kids Żejtun u Birkirkara Duke's B rispettivament. It- tim fit-tieni post, Juve Birkirkara B kellhom riżultati mħallta hekk kif wara li tilfu 11-6 kontra Birkirkara Duke's B, rebħu faċilment lil Jojo's Birżebbuġa B 11-0. Fi grupp B, PL Balzan B jinsabu fil-quċċata bi 33 punt hekk kif rebħu lil Taċ-Ċaċċu Qormi 11-3 u Ħamrun 147 D 11-6. L-istess Ħamruniżi kellhom is-sodisfazzjon li jirbħu lil San Ġwann Nick's B 11- 4. Selmun Bar B qed isegwu hekk kif kisbu rebħa ta' 11-8 kontra San Ġwann Nick's B u draw ta' 10-10 kontra Mosta St Mary's C. 'Shine Your Light', il-kanzunetta ġdida għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar Amber u AIDAN Valletta Breakwater fil- quċċata tal-klassifika tan-National League tal- blackball Kundizzjonijiet perfetti tat-tlielaq fil- Kampjonati Ewropej ORC Yannick Yankam ta' Birkirkara rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Marzu. Yankam, ta' 25 sena, kien ingħaqad ma' Birkirkara mingħand Qormi fl-2019. Hu skurja wkoll l-ewwel gowl internazzjonali għal Malta fit-telfa ta' 2-1 kontra l-Maċedonja Ta' Fuq. Yanick Tankam hu wieħed minn tliet plejers innominat li jirbħu l-Plejer tas-Sena tal-MFA li se jsiru l-ġimgħa d-dieħla. Is-sewwieq tal-F4 li qiegħed jikkompeti bil-Liċenzja Maltija, Zachary David, saq fl-ewwel rawnd tal-Kampjonat Taljan F4, li sar fil-korsa ta' Imola fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Il-kwalifikazzjoni kienet tajba u David kien biss 0.1 ta' sekonda bogħod mill- ħin għal pole, iżda David xorta temm fir-4 post tal-grupp u f 'P8 mis-sewwieqa kollha. Dan fisser li Zachary kellu jibda minn P5 jew 6 fit-tiġrijiet. David kellu l-ewwel tellieqa diffiċli, hekk kif sab il-karozza pjuttost diffiċli biex isuq wara fl-arja maħmuġa wara sewwieqa oħra. Madankollu, David xorta irritorna d-dar b'podju rookie P3 u spiċċa P6 fost is-sewwieqa kollha. Yannick Yankam jirbaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-xahar għal Marzu Zachary David isuq fl-ewwel rawnd tal- Kampjonat Taljan F4

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023