Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 19

17 films IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 • ILLUM Carmel Bonnici Predikaturi foloz, reliġjon qarriera u setet kulti reliġjużi (2) Wise Blood (1979) Film dirett minn John Huston, ibbażat minn fuq in-novella ta' Flannery O'Connor dwar Hazel Motes (Brad Dourif ) li, wara li jispiċċa mill-armata jiddeċiedi li jsir predikatur ateist u jwaqqaf e Church Of Truth Without Christ, jippriedka fl-irkejjen tat-triqat. Il-karattri strambi li jiltaqa' magħhom, fosthom wieħed opportunist jitfgħuh lura f 'xogħlu u jġibuh f 'posizzjoni prekarja, li jkollu jindem. Huston, id- direttur, li jidher fil-"flashbacks" bħala figura prominenti ta' missier jippriedka dwar kastigi kbar minn Alla, jħalli lil Hazel iċċassat u ggalvanizzat kif ukoll imbeżża' nternament. Leap Of Faith (1992) Din il- produzzjoni tagħti ħarsa lejn wieħed evanġelista li jarma t-tined kull fejn imur. Steve Martin ma jkunx daqshekk kredibbli bħala l-predikatur li jikkonettja mal-udjenzi tiegħu. Permezz ta' nformazzjoni mogħtija lilu bit-telefown dwar dawk, aktarx stupidi, fuq il-ħajja tagħhom hu jidher li għandu xi talent divin biex jaħfrilhom dnubiethom u jfarraġhom, dejjem bil-għan li jisloħhom minn flushom. Debra Winger hi s-sieħba tiegħu li tgħaddilu l-informazzjoni f 'dawn ir-reati. e Apostle (1997) Robert Duvall li kiteb u dderieġa dan il- film ta' mpatt qawwi bħala E. F. Dewey, hu predikatur li verament jaħseb li Alla għażlu għal dan ix- xogħol. Dan hu bniedem mimli kontradizzjonijiet u qisu ruħ inkwetata, b'għajnejh jiġġerrew għall-atti impuri, kif ukoll malajr jisplodi f 'rabja sfrenata. Fuq il-faċċata tal-knisja tiegħu hemm vleġġa kbira ppuntata lejn is-sema. Iżda jkun kapaċi ġenwinament jagħti serħan u tama lill-parruċċani tiegħu. Pero', l-enerġija sfiqa li jippossedi tassew timpressjona u anki tinnervja. ere Will Be Blood (2007) Qrib fejn Daniel Plainview (Daniel Day Lewis) għandu l-apparat biex itellgħa ż-żejt, Eli Sunday (Paul Dano), predikatur żagħżugħ jistabilixxi e Church Of e ird Revelation. Dan il-film dirett minn Paul omas Anderson li jimita x-xogħlijiet epiċi Amerikani tas-snin ħamsin u sittin, speċi jqalleb l-evanġeliżmu ta' nhar ta' Ħadd mill-attitudni mingħajr waqfien tal-kapitaliżmu ta' Plainview. Dawn iż-żewġt irġiel, it-tnejn li huma negozjanti u opportunisti, jinvolvu ruħhom f 'battalja reċiproka għall-poter. Xi ħadd minnhom fl-aħħar se jbati sewwa u jpatti ta' għemilu. Boy Erased (2018) L-istorja hi bbażata minn fuq il-memorji tal-awtur Garrard Conley hi dwar tifel ta' predikatur tar- reliġjon Battista li, kontra qalbu, jipparteċipa fi programm tal- knisja biex idawwar lil dawk li huma "gays" wara li l-ġenituri tiegħu jkeċċuh mid-dar. Jieħdu parti Lucas Hedges bħala t-tifel u Nicole Kidman u Russell Crowe l-ġenituri tiegħu, kif ukoll Joel Edgerton li anki jidderieġi. e Devil All e Time (2021) Din il-produzzjoni hi adazzjoni tan-novella famuża u brutali ta' Donald Pollock. Dan il-film b'atmosfera gotika amerikana jeħodna fil-fond tal-oskurita' reliġjuża tal-Midwest fis-snin għoxrin. Robert Pattinson jaħdem il-parti ta' Preston Teagarden, predikatur li jħuf sesswalment. Il-preokkupazzjoni tal-awtur mar-reliġjon, vjolenza u perversita' timita ħafna lill- awturi famużi tas-Sud Amerikan, bħal Cormac McCarthy, Flannery O'Connor, William Faulkner u Jim ompson. Meta ngħidu Setta Reliġjuża nfissru organizzazzjoni reliġjuża li tinfired mill-kriterji normali. Pero', setta kulta reliġjuża hi l-istess organizzazzjoni bi twemmin differenti u prattiċi mhux konvenzjonali. Xi setet minn dawn li kienu jeżistu veru spiċċaw ħażin ferm mal-liġi b'final traġiku. Fost xogħlijiet ċinematografiċi dwar dan is- suġġett insibu Guyana: Crime Of e Century (1979), (magħruf ukoll bl-isem Guyana: Cult Of e Damned); ir-Reverendu Jim Jones, bniedem kariżmatiku li jaf jipperswadi waqqaf setta reliġjuża f 'Guyana, l-Amerika t'Isfel (fil-Karibew) u wara ħafna abbużi sesswali u torturi, eċċ., il- final kien massakru suwiċidjali li xxokkja lid-dinja ta' dak iż- żmien. L-istess ġara f 'Waco, Texas fl-1993, fejn l-isteriżmu tal-mexxej tas-setta, David Koresh, predikatur b'kapaċita' li jikkonvonċi l-imħuħ wassal biex inqatlu 76 ruħ meta assedjati mis- C.I.A. il-film Ambush At Waco: In e Line Of Duty (1993) jirrakkonta dan kollu. Films oħrajn tajbin dwar setet kulti huma: Rosemary's Baby (1968), e Wicker Man (1973), e Devils (1971), Children Of e Corn (1984 (minn novella ta' Stephen King), e Believers (1987), Eyes Wide Shut (1999), Midsommar (2019), e Other Lamb (2018) u diversi oħrajn dwar setet satanistiċi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023