Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 19

16 oroskopju IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 • ILLUM Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Libra ser tkun ġimgħa fejn int trid tgħaraf aħjar il- finanzi tiegħek l-aktar dwar ċerta nfieq li dan l-aħħar bdejt tesperjenza u li ma stajtx ikollok kontroll għal dan. Iżda issa trid twettaq bilanċ aktar sod sabiex terġa tkun f 'pożizzjoni aħjar dwar l-infieq finanzjarju tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' l-Erbgħa. Libra huma magħrufin li jimxu mal- mument. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Scorpio ser tkun ġimgħa fejn int tibda tanalizza aħjar il-pożizzjoni tiegħek lejn diversi sitwazzjonijiet. Int taf li qiegħed tesperjenza ċerta problemi li xi kulltant qegħdin ifixklu l-pjanijiet tiegħek. Għalhekk matul din il-ġimgħa wettaq analiżi profonda ħalli ssib kontroll sinjifikanti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Scorpio huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik l-istess Sagittarius ser tkun ġimgħa ta' perjodu ferm interessanti u ferm pożittiv. Issa int qiegħed tgawdi mill-istess mument taż-żodjaku tiegħek u trid tgħaraf taħtaf kull opportunita' sabiex f 'dawn l-erba' ġimgħat tilħaq diversi aspetti li żgur għandom ikunu ta' tkattir għalik personali. Irriffletti. L- aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Sagittarius huma magħrufin għal motivazzjoni tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Capricorn ser tkun ġimgħa li trid iżomm kalm u ma tagħġilx fl-ebda deċiżjoni li int tkun trid tieħu f 'dawn il-ġimgħat li ġejjin. Int taf li hemm deċiżjonijiet jistennewk u għalhekk barra li ma tieħux deċiżjonijiet magħġla aħseb u analizza sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Capricorn huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Aquarius ser tkun ġimgħa li int trid tagħmel analiżi dwar l-esperjenzi tal-passat. Grazzi għal din l-analiżi int ser tkun f 'qagħda aktar pożittiva dwar il-mixja lejn dak li tixtieq. Il-Passat żommu biss bħala tagħlima u ħares u imxi biss il-quddiem. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. Aquarius huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Pisces ser tkun ġimgħa fejn int trid tifli ferm sew dak li int għandek illum ma' dak li int tixtieq takkwista fil-ġimgħat li ġejjin. Ovvjament taf li dak li hemm riesaq lejk ser ikun ta' responsabbilta' ferm aktar u għalhekk f 'dan il-waqt wettaq rifflessjoni profonda. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Pisces huma magħrufin għal immaġinazzjoni tagħhom. Namaste IN-NEW MOON GĦAŻ-ŻODJAKU TA' TAURUS L-OROSKOPJU MWASSAL MILL-ASTROLOĠISTA PAUL JON MILL-ĦADD 30 TA' APRIL SAS-SIBT 6 TA' MEJJU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Aries ser tkun ġimgħa ta' nspirazzjoni lejn dawk ix-xewqat li int għandek fik innifsek. Tibżax tibda twettaq dawn ix-xewqat għax b'hekk int ser tkun qiegħed tħossok riesaq lejn diversi aspetti ġodda. Analizza sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Aries huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik l-istess Taurus ser tkun ġimgħa fejn int issa trid turi kemm int kapaċi f 'dawk il-miri li rnexxilek tilħaq. Int taf li kullħadd qiegħed jistenna minnek ċerta riżultati u għalhekk trid turi li int vera kapaċi u aktar minn hekk għaraf imxi b'pass għaqli. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Taurus huma magħrufin għas sensittivita' tagħħom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Gemini ser tkun ġimgħa fejn trid tkun aktar organizzat. Għalkemm int dejjem tkun imħejji u preparat sew, minħabba l-ħafna ideat trid iżomm lilek innifsek organizzat. Dan jawgura tajjeb sabiex ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet. Għalhekk kun imħejji tajjeb għal dak li riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Gemini huma magħrufin għal gwida li jafu joffru. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Cancer trid tkun ġimgħa ta' aktar dixxiplina miegħek innifsek b'mod speċjali fl-ikliet tiegħek fejn f 'dawn l-aħħar ġimgħat b'dejt tinkwieta minħabba bidla fid- dehra tiegħek. Għalhekk ibda dan iż-żodjaku billi tkun aktar id-dixxiplinat għal mod ta' kif inti tiekol u analizza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Cancer huma magħrufin bħala persuni ta' kommunikazzjoni pożittiva. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Leo ser tkun ġimgħa ta' aktar ħeġġa. Dawn l-aħħar ġimgħat bħal qisek tli dik il- ħeġġa li tkun aktar attiv u aktar int innifsek. Dan issa ħallieħ warajk. F'dan il-bidu issa ħares biss lejn il-ġimgħat li ġejjin sabiex terġa tingrana għal aktar stabbilta' L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa hu dak tat-Tnejn. Leo huma magħrufin għal abbilta' u t-twemmin fihom infushom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus għalik Virgo ser tkun ġimgħa li int tħejji għal pawża qasira mir-rutina tiegħek. Dan l-aħħar int bdejd tesperjenza ċerta nuqqasijiet. Għalhekk dan huwa l-waqt sabiex tieħu pawża żgħira u b'hekk wara tidħol lura aktar frisk, aktar int innifsek għal ħidma tiegħek li tant tagħtik sodisfazzjon. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Virgo huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda. Namaste IL-QMURA FIŻ-ŻODJAKU TA' TAURUS Bħal kull żodjaku ieħor dan iż-żodjaku ta' Taurus ser iwasslilna żewġ qmura oħra ferm interessanti kemm dak tan-New Moon kif ukoll il-Qamar Kwinta. Dawn dejjem joffrulna dawk id-diversi aspetti ta' benefiċċji f'enerġija pożittiva tant bżonjuża kemm fil-ħajja personali tagħna kif ukoll f'dik il-ħajja ta' madwarna li dejjem ikun hemm ħtieġa ta' motivazzjoni. Dawn iż-żewġ qmura taż-żodjaku ta' Taurus ser ikunu qegħdin iwassluna għal aktar tfassil profond f'dak li jkun irid jibda jitwettaq kemm fl-ideat, proġetti jew sitwazzjonijiet oħra li rridu naraw li jkunu attwati fix-xhur li ġejjin. Is-sinjifikat tal-qmura minn dejjem jiġbed dik l-attenzjoni tal-bniedem sabiex jagħraf l- aspett ta' dik il-gwida partikolari li kull fażi tal-qamar tista' toffri lejn dawk il-miri meħtieġa u gwida lejn ċerta deċiżjonijiet importanti fil-ħajja tagħna. Għalhekk żgur li l- qamar jibqa sinjifikanti mal-medda taż- żmien lejn il-mixja tagħna għal dik l-istabbilta' tant meħtieġa. Niġu għaż-żewġ qmura ta' dan iż-żodjaku ta' Taurus fejn diġa esperjenzajna l-ewwel qamar dak tan-New Moon li seħħ nhar il-Ħamis 20 ta' April u ħmistax il-ġurnata wara ser inkunu qegħdin nesperjenzaw il-Qamar Kwinta li jkun qiegħed iseħħ il-Ġimgħa 5 ta' Mejju. Dejjem maż-żodjaku ta' Taurus jibbenefikaw ukoll b'mod dirett dawk li jiffurmaw l-istess element taż-żodjaku ta' Taurus li huwa l-element tal- ART, biż-żewġ żodjaki ta' Virgo u Capricorn ikunu minn ta' quddiem net li jibbenefikaw minn żodjaki oħra. Tajjeb tkun taf li l-qmura kwinta jvarjaw minn żodjaku għal ieħor u dan jista' jkun fil- kulur li jidhru. Hemm qmura kwinti li jkunu jidhru aktar ħamranin, oħrajn kaħlanin jew safranin. IKOMPLI L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023