Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 19

06 IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 • illum aħbarijiet 'Ma jistax ikun li omm terġa' tgħaddi mill- istess dulur bħalma għaddiet omm Jean Paul' ANTHEA CACHIA "Inkjesta Pubblika toffri analiżi u investigazzjoni aktar wiesgħa u iddettaljata biex każ bħal ta' Jean Paul Sofia ma jerġax iseħħ. Ma jistax ikun li omm, familja jew ħbieb jerġgħu jgħaddu mill- istess dulur bħalma għaddiet omm Jean Paul," hekk qal il- Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Finanzi Jerome Caruana Cilia waqt li kien qiegħed jiġi intervistat fil-programm Mill- Kamra, il-ġimgħa li għaddiet. Huwa ġie mistoqsi kif proprju hu, fl-aħħar ġimgħat kien daqstant voċiferu fid-diskorsi tiegħu fil-Parlament, meta huwa kelliem għall-Finanzi. Huwa insista illi din hija ħidma kollettiva tal-Oppożizzjoni illi l-familja tal-mibki Jean Paul Sofia tara li ssirilha ġustizzja, "biex il-mewt ta' Jean Paul ma tkunx swiet għal xejn." Jean Paul Sofia tilef ħajtu traġikament fl-età żgħira ta' 20 sena f 'sit ta' kostruzzjoni, il-post tax-xogħol tiegħu. Waqt il-programm huwa insista li fil-passat, Inkjesta Maġisterjali kif ukoll inkjesta Pubblika saru fl-istess waqt u allura "ma hemm xejn milli jżomm lill-Prim Ministru Robert Abela milli jitlob Inkjesta Pubblika f 'dan il- każ." Kien hawn illi ta paragun tad-differenza bejn Inkjesta Maġisterjali u Inkjesta Pubblika u għaliex din l-insistenza tal- Oppożizzjoni mhix biex jirbaħ punti politiċi. Huwa spjega li l-Inkjesta Maġisterjali, li f 'dan il-każ qed titmexxa mill-Maġistrat Marseanne Farrugia, tistabilixxi r-responsabilitajiet mil-lat kriminali fuq il-liġijiet eżistenti. Min-naħa l-oħra qal illi "l-inkjesta pubblika tmur oltrè minn hekk u tista' tara wkoll li jkun hemm rakkomandazzjonijiet, emendi u bidliet fuq l-aspett leġislattiv." "Il-Prim Ministru Robert Abela, fejn jaqbillu dejjem jgħidilna biex inħalu lill- istituzzjonijiet jaħdmu f 'serenità. X'għandu x'jaħbi biex ma jridx isejjaħ inkjesta pubblika?" staqsa Caruana Cilia. Caruana Cilia fakkar illi din it-talba għall-Inkjesta Pubblika ma kinitx waħda fl-arja iżda qal illi kien għalhekk li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech iddeċieda li mal-uħ tal-Parlament iressaq mozzjoni biex ikun hemm diskussjoni urġenti dwar dan kollu. Fil-fatt din il-ġimgħa stess, l-Ispeaker tal-Kamra Anglu Farrugia ma laqax it-talba għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex il- Parlament jiġi aġġornat u jsir dibattitu dwar Inkjesta Pubblika. Minkejja dan, Farrugia kien tal- opinjoni li l-Kamra ma kelliex tiġi aġġornata propju għaliex ma kienx hemm żviluppi ġodda fuq il-każ u għaldaqstant ma kienx każ li kellu jinstema urġeni. Apparti minn hekk huwa qal illi d-dibattitu seta' jaffettwa l-investigazzjonijiet pendenti u jxekkel il-proċess ġudizzjarju. Mill-Kamra jiddiskuti u jistaqsi fuq żewġ traġedji mill-aktar riċenti, dawk ta' Jean Paul Sofia u Bernice Cilia. Waqt il-programm ġew intervistati l-Kelliem tal-Oppożizzjoni Jerome Caruana Cilia u s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg, dwar il-pass li jmiss u x'tagħlimiet se nieħdu biex pajjiżna ma jerġax jara avvenimenti simili... 'Tagħmel kemm tagħmel fil-qasam tal-vjolenza domestika, qatt mhu biżżejjed' Fil-parti l-oħra ta' dan il- programm, ġiet intervistata s-Segretarju Parlamentari għar- Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg. Hija sostniet li l-Att dwar il-Vjolenza Domestika li jinsab fi stadju tat-tieni qari, ma tressaqx bħala reazzjoni għal xi avveniment traġiku, jiġifieri wara l-omiċidju tal-omm Bernice Cilia. Tant hu hekk illi qalet li din kienet waħda mill- ewwel liġijiet li bdiet taħdem fuqha mal-Ministru Byron Camilleri u t-tim tagħha. Fakkret li r-riċerka tindika li hija aktar diffiċli biex persuna toħroġ mill-vjolenza domestika jekk tkun f 'relazzjoni u għalhekk qalet illi l-Gvern se jkun qiegħed jagħti l-fakultà li l-persuna tmur għand il-Victim Support Agency biex tistaqsi lill-Pulizija jekk is-sieħeb tagħha qatt kellhux passat fejn instab ħati bi vjolenza domestika. Insistiet illi b'din is-sistema mhux se jinħoloq reġistru għaliex jekk persuna tkun instabet ħatja ta' dan tkun diġà informazzjoni pubblika, "iżda hekk se jkun hemm sistema li tifaċilità l-proċess." Hawn tenniet ukoll li persuna jrid ikollha raġuni valida għaliex tistaqsi għal din l-informazzjoni u mhux tqum ġurnata u tiddeċiedi li trid tmur titkixxef fuq il-passat ta' persuna biex tagħmel 'name and shame'. Għalhekk qalet li l-persuna għandha tagħti provi li qiegħda f 'relazzjoni intima mal-persuna li qed titħasseb dwarha. "Fl-istess waqt, persuna ma jkollhiex suspetti ta' xejn u għaldaqstant anke jekk is-sieħeb jew is-sieħba ma jkunux fil-lista imsemmija - għaliex vittmi passati tal-persuna ma għamlux rapporti – xorta tista' tingħata l-għajnuna tal-Victim Support Agency," kompliet tgħid Buttigieg. Mistoqsija dwar in-nuqqas ta' riżorsi, kif qal proprju l-Imħallef Emeritu Geoffrey Valencia fl- Inkjesta ta' Bernice Cilia, hija tenniet illi kieku kienet hi f 'dik il-pożizzjoni, kienet aktar tinkwieta li kieku l-Gvern mhu qiegħed jagħmel xejn biex jindirizza l-problema. Mistoqsija għal darboħra biex tispeċifika kif il-Gvern qiegħed jindirizza n-nuqqas ta' riżorsa hija tenniet li qiegħed jaħdem id f 'id mal- NGOs, ġiet assenjata Maġistrat fuq il-vjolenza domestika biss u aktar riżorsi fi ħdan il-Qorti, fost oħrajn. Hija temmet tgħid illi "tagħmel kemm tagħmel fil-vjolenza domestika, qatt ma huwa biżżejjed. U jekk ikun hemm il- vittmi, ifissier illi s-soċjetà falliet. Għaldaqstant irridu nagħmlu sforz kollettiv, mhux biss bħala Gvern iżda bħala soċjetà." Jerome Caruana Cilia Rebecca Buttigieg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023