Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 19

484 kumpilazzjonijiet sine die fil-Qorti aktarx qatt ma jitlestew aħbarijiet 07 illum • IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 X'inhu l-pass li jmiss? Il-qofol ta' dan id-dokument huma proprju l-proposti ewlenin li jdaħħal il-Gvern ladarba dan l-istess abbozz jgħaddi taħt l-iskrutinju tal- pubbliku u tal-Parlament. Dawn il- proposti, la darba jidħlu fis-seħħ, se jkunu applikabbli biss għall-kawżi li jitressqu wara l-introduzzjoni tagħhom. L-aktar 10 proposti pertinenti: 1. Kumpilazzjoni għandha tintemm fi żmien sena minn meta l-imputat jitressaq jew jidher għall- ewwel darba quddiem il-Qorti. 2. Lok biex kumpilazzjoni ma ssirx fuq każi fejn l-piena li tista' tingħata ma taqbiżx it-12-il sena priġunerija kif ukoll jekk il-każ ma jkunx sejjer ġuri. Dan il-proċess ma jiġix evitat biss permezz ta' kunses tal-Avukat Ġenerali. 3. Il-Prosekuzzjoni tkun obbligata li tippreżenta l-lista ta' provi, il-provi dokumentarji u l-affidavit tax-xhieda fi żmien 40 ġurnata minn meta l-imputat jidher għall-ewwel darba. Madankollu tista' tingħata estensjoni ta' mhux aktar minn 30 ġurnata. Sadanittant, il-Prosekuzzjoni tkun tista' tkompli tippreżenta l-provi. 4. Esperti maħtura mill- Qorti, mill-Maġistrat, tobba jew professjonisti oħra involuti fil- proċeduri, membri jew uffiċjali tal- pulizija li jkunu involuti fis-smigħ tal-każ minħabba l-funzjonijiet tagħhom, jistgħu jagħtu konferma tal-awtentiċità tad-dokumenti li se jixhdu dwarhom permezz ta' tal- affidavit. Dawn il-persuni xorta waħda jistgħu jittellgħu jixhdu matul il-kumpilazzjoni f 'każ ta' kontroeżami. 5. Smigħ immedjata tax- xhieda taż-żewġ naħat mingħajr dewmien biex jiġu ippreżentati jew iddikjarati l-provi kollha tal- partijiet. 6. Dokumenti u provi mhux miġjuba waqt il-kumpilazzjoni jistgħu jitressqu wara l-għeluq tagħha quddiem il-Qorti Kriminali, jew quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali. 7. Tnaqqis mandatorju fil- piena, f 'każ ta' ammissjoni. Dan huwa meqjus bħala inċentiv biex imputat li hu ħati jaffaċċja r-realtà tas-sitwazzjoni u jammetti u ma jaħlix iż-żmien tal-Qorti. F'dan il- każ, il-persuna tingħata tnaqqis fil-piena awtomatikment, mingħajr ma tiddependi mid-diskrezzjoni tal-prosekuzzjoni jew tal-Qorti. Qiegħed jiġi propost illi l-piena tonqos b'żewġ gradi, ħlief f 'każi ta' reati li jġibu l-piena tal-għomor il-ħabs. F'dak il-każ il-Gvern qed jipproponi li l-piena tonqos b'aktar minn grad. 8. It-tqanqil ta' kwistjonijiet Kostituzzjonali u tad-Drittijiet Fundamentali tal-bniedem ma jwaqqfux il-kumpilazzjoni. Dan id-dokument jgħid illi "imputat li jkun irid itawwal il-proċeduri għandu kull inċentiv biex iqanqal kemm jista' jkun kwistjonijiet Kostituzzjonali anke fl-istadju tal- kumpilazzjoni." Għaldaqstant qed jipproponi illi filwaqt li d-dritt li wieħed iqajjem kwistjonijiet bħal dawn se jibqa' iżda, kumpilazzjoni m'għandiex tieqaf milli tisma' xi xhud, jiġi ippreżentat dokument jew jiġu ippreżentati xi provi. 9. Il-proċedura tar-riviju m'għadx hemm lok għaliha u għaldaqstant qed jiġi propost biex titneħħa, għaliex l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jipparteċipa direttament fil-kumpilazzjoni u l-avukati tiegħu ikunu fil-Qorti. 10. Se jsiru diversi emendi biex il-vittmi jipparteċipaw direttament waqt il-proċeduri. 'Filwaqt li dan id-dokument huwa bżonnjuż, mhux agressiv biżżejjed' Waqt il-programm Xtra, il- Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi Joe Giglio u l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard iddiskutew propju dan id- dokument. Giglio insista illi filwaqt li dawn il-proposti huma bżonnjużi – propju għaliex jemmen li s-sistema Ġudizjarja għandha tiġi riveduta maż-żmien – mhumiex agressivi biżżejjed biex jindirizzaw nuqqasijiet oħra. Huwa beda biex qal illi din ir-riforma hija ntiża biss għall- proċeduri kriminali biss u jeħtieġ illi jkun hemm riformi fuq dawk ċivili wkoll. Qal illi filwaqt li dawn il-proposti qalu li se jindirizzaw il- vittmi, għandu jiġi speċifikat ukoll kif se jiġu indirizzati. Finalment huwa sostna illi dan id-dokument ma jindirizzax il-problema tal- esperti. "L-esperti jikkawżaw ħafna dewmien. Hemm numru limitat ta' persuni li jaħdmu bħala esperti u għalhekk huwa fid-dover tagħna li ninnominaw persuni oħra biex jersqu bħala esperti tal-Qorti," qal Giglio. Hawn Attard waqqfu u qallu illi filwaqt li mhux komdu bis- sitwazzjoni preżenti, l-esperti huma maħtura għad-diskrezzjoni tal- Maġistrat. Intant waqt l-intervent tiegħu l-avukat Arthur Azzopardi qal illi din ir-riforma il-prinċipju hija tajba, "iżda fil-prattika le. Bil-mod ta' kif huma mfassla, bl-ammont ta' Maġistrati li għandna bħalissa, l-volum ta' xogħol se jispiċċa f 'ħoġorhom u se nerġgħu neħlu fil-Qorti. Jeħtieġ mhux biss riforma iżda numru sostanzjali ta' Maġistrati li jagħmlu biss inkjesti Maġisterjali." F'Malta: Għandna kumpilazzjonijiet li jdumu erba' snin u nofs u oħrajn 10 snin. L-eqdem kumpilazzjoni Sine Die kienet irreġistrata fl-1986. Il-Gvern kif beħsiebu jindirizza d-dewmien eċċessiv waqt il-kumpilazzjonijiet? ANTHEA CACHIA 484 każ jew 15% tal- kumpilazzjonijiet pendenti fil-Qorti,, huma Sine Die. Dan ifisser illi dawn il- kumpilazzjonijiet għad m'għandhomx data ta' meta se jitkompla l-każ u aktarx ma jitlestux. B'kollox hemm 3,282 kumpilazzjoni li għad irid jinstema' fil-Qorti, bl-eqdem każ irreġistrat fl-1986, li jinsab Sine Die. Min-naħa l-oħra l-eqdem kumpilazzjoni, li mhix Sine Die, ġiet irreġistrata fl- 1990. Dan irriżulta minn dokument imniedi mill-Ministru għall- Ġustizzja Jonathan Attard flimkien mal-Kummissarju tal-Liġijiet, l-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi bil-għan li ssir konsultazzjoni pubblika biex jitnaqqas id-dewmien eċċessiv matul il-kumpilazzjonijiet ta' proċeduri kriminali. Din il- konsultazzjoni pubblika se tkun miuħa sal-Erbgħa 31 ta' Mejju 2023. Kumpilazzjonijiet ta' każi relatati ma' droga jdumu medja ta' erba' snin u nofs F'Malta, kumpilazzjoni relatata ma' droga, iddum medja ta' erba' snin u nofs. Mhux ċajta, speċjalment meta din hija mistennija li ddum ħafna inqas. Dan filwaqt illi kumpilazzjonijiet bħal dawn fil-gżira oħt, Għawdex il-medja hija ta' it aktar minn sentejn. Agħar minn hekk il-medja tal- kumpilazzjonijiet l-oħra, jiġifieri dawk b'mod ġenerali, f 'Malta huma ta' it inqas minn 10 snin. Min-naħa l-oħra f 'Għawdex, gżira li l-popolazzjoni tagħha hija ferm inqas minn dik Maltija, il-medja ta' kemm iddum kumpilazzjoni b'mod ġenerali hija ta' it inqas minn sentejn. Fi żmien tliet snin ingħalqu 1,349 kumpilazzjonijiet u nfetħu 2,649 L-istatistika f 'dan id- dokument ta' konsultazzjoni hija riflessa fuq l-ammont totali ta' kumpilazzjonijiet miuħa. Minkejja dan, id- dokument indika wkoll illi bejn l-2020 u l-2022, infetħet 2,649 kumpilazzjoni. Dan filwaqt illi ngħalqet 1,340 kumpilazzjoni fi żmien tliet snin. Filwaqt illi l-2022 kienet l-aktar sena li rat kumpilazzjonijiet ġodda jinfetħu, kienet l-inqas li rat kumpilazzjonijiet jingħalqu. Sintendi, il-każijiet li jingħalqu ma kienux neċessarjament dawk li nfetħu dik is-sena stess. Intant, fl-2021 ingħalqu b'kollox 549 kumpilazzjoni, l-ogħla numru fi tliet snin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023