Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 19

08 analiżi IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 • illum Vi jew Va? L-abort Titkellem Dott. Miriam Sciberras – Chairperson tal- lifenetwork Malta L-abort iwaqqaf ħajja umana li tkun diġà bdiet - għalhekk għandna lkoll inkunu kontrih. Fil-ħajja, hemm għażliet li nagħmlu u nbiddlu, deċiżjonijiet li nieħdu u nbiddlu, oġġetti li nixtru u nibdlu, jew narmu. Meta nitkellmu dwar l-abort, qed nitkellmu fuq il-ħajja, il- ħajja umana ta' bniedem. L-abort iwaqqaf ħajja umana li diġà bdiet. Bniedem, vulnerabbli, ċkejken, bla difiża, jkollu ħajtu jew ħajjitha meqruda bla ħniena, ħajja abortita. L-abort huwa suġġett li joħloq firda bejnietna. Dan minħabba dak li jagħmel l-abort. L-abort itemm, jew joqtol ħajja umana. Madwar id-dinja, nisa li jagħmlu abort huma feruti profondament. Il-maternità u l-paternità huma abortiti. Trawmatizzati iżda ma jistgħux ikollhom id-dwejjaq tagħhom rikonoxxuti f 'isem l-għażla jew il-ħtija, miċħuda, dawn l-irġiel u n-nisa jkomplu jinbigħu l-gidba li kollox huwa sewwa, li l-ħajja tkompli u għalhekk ikomplu jbatu fis-skiet. Għaliex? Minħabba li ħajja ġiet abortita u mitmumha, il-ġisem ikun jaf u il-moħħ jaf ukoll. Ghalkemm nidfnu dan l-għarfien, inbiddlu l-isem, niġġustifikaw li jkun ġara u nilagħbu bil-kliem, il-fejqan veru jiġi biss meta nirrikonoxxu dak li ġara, naghrfu lit-tarbija mitlufa u nibkuha. L-abort u t-taboo marbut mieghu It-taboo dwar l-abort ma jiddependix mil-legalità tal- abort. It-taboo qiegħed hemm minħabba dak li jagħmel l-abort: Lit-tarbija, lill-irġiel, lin-nisa u lill-familji. Iltqajt u tkellimt ma' nisa li għamlu abort f 'pajjiżi fejn huwa legali iżda t-trawma tibqa'. Ġimagħtejn ilu biss, kont qed nitkellem ma' mara, li għamlet abort snin ilu fl-Istati Uniti u kienet qed taqsam l-esperjenza taghha . Qaltli, "fil-mument li ħriġt mill-klinika tal-abort, ħassejt li kollox tajjeb ġewwa fija kien spiċċa". Qalulha sabiex tkompli b'ħajjitha, li kollox kien se jkun għall-aħjar. Imma hassitha ingannatha. Allura kif ħadet is-snin biex tirkupra? Kif għadha tibki meta tiftakar? Ħassitha mqarrqa mill-liġi, li ma pproteġitiex u ma pproteġietx lit-tarbija taghha. L-abort huwa l-akbar abbuż tad-drittijiet tal-bniedem ta' kull żmien Bħala soċjetà, għamilna avvanzi kbar fejn jidhlu drittijiet tal-bniedem. Illum nipproteġu gruppi minoritarji, nipproteġu n-natura mill-isfruttament, għandna liġijiet li jipproteġu l-annimali mill-moħqrija, nipproteġu speċi fil-periklu tal- estinzjoni, nipproteġu s-siġar, saħansitra nipproteġu l-bajd tal-fkieren fuq il-bajja sakemm ifaqqsu u jkunu jistgħu jgħumu lura lejn il-baħar. Dawn huma sinjali ta' progress, li ta' min ifaħħarhom. Iżda fejn tidħol il-ħajja tal- bniedem mhux nimxu bl-istess mod. Naraw l-istandards doppji li nużaw biex niġġustifikaw il- qtil ta' uliedna stess. Il-bajd tal-fekruna għandu ġewwa fih embrijuni tal-fekruna li nipproteġuhom sakemm ifaqqsu. Madankollu, għandna lobbies li ma jaraw l-ebda problema li jeqirdu embrijun jew fetu uman ġewwa ġuf ommu. X'inhi d-differenza? Għaliex niġġustifikaw din l-inġustizzja? Aħna l-moviment tal-ħajja, aħna favur il-ħajja, il-ħajja f ' kull stadju. Kull ħajja, hi ta' min hi tghodd u hija unika. Naturalment, aħna konxji tar- realtajiet iebsa li n-nisa jiffaċċjaw illum. Naraw il-kollass ta' soċjetà li tonqos milli tipproteġi lin-nisa u lit-tfal. Naraw kif il- piżijiet qed jintefgħu fuq nies vulnerabbli u familji żgħażagħ. Aħna qrib dawn ir-realtajiet ta' kuljum għax nimxu ma' dawn in-nisa u nħossu għal dawn in- nisa u ngħinuhom. F'Malta grazzi ghall- gvernijiet, li dejjem taw priorità lis-saħħa, għandna l-aħjar kura tas-saħħa għan-nisa tqal. L-ostetriċi tagħna jagħtu prijorità lill-ħajja tan-nisa u jagħmlu l-almu tagħhom biex isalvaw ħajjithom jekk ikunu fil-periklu, iżda jagħmlu wkoll l-almu tagħhom biex isalvaw il- ħajja tat-tarbija kull meta jkun possibbli. Jirriżulta, anke mill- aħħar każ li kellna fil-midja, li ħajjet is-Sinjura Prudente qatt ma kienet fil-periklu tal-mewt kif intqal! L-abort bħala l-qtil intenzjonat dirett tat-tarbija fil-ġuf mhuwiex trattament mediku. Mhux progress, iżda inġustizzja kbira. Hija l-akbar inġustizzja għall- grupp ta' bnedmin vulnerabbli li qed jiġu ssagrifikati f 'miljuni kuljum mad-dinja kollha f 'isem 'l-għażla'. Xi darba, din l-inġustizzja tal-abort ghad tispiċċa, l-istess bħal ma spiċċat l-inġustizzja tal- apartheid u tal-iskjavitù. Ir-roti tal-bidla diġà bdew iduru f 'dik id-direzzjoni.Sta ghall-Malta li tibqa' temmen u tistinka, biex il-ħajja ta' kulhadd tibqa' tkun protetta mill-konċepiment u sal- mewt naturali taghha. Għaliex tgħid 'le' għall- abort? Miriam Sciberras

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023