Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 19

04 aħbarijiet 'It-tfal tant kienu imdorrijin b'imġieba ħażina li m'emmnux li kien abbuż fuqhom' ANTHEA CACHIA "Ħafna għalliema li qed naħdmu magħhom biex nimplimentaw programmi dwar il-prevenzjoni qalulna li ċertu tfal tant kienu imdorrijin b'imġieba ħażina li m'emmnux li dak kien abbuż fuqhom." Hekk sostniet il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Domestika u vjolenza abbażi tal-Ġeneru Audrey Friġġieri. Dan qalitu fid-dawl ta' studju, l-ewwel fix-xorta tiegħu f 'pajjiżna, li ġie ikkummissjonat mill-Kummissjoni dwar il- Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika bis-sostenn tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza. Din ir-riċerka saret minn Dott. Clarissa Sammut Scerri, Dott Ingrid Grech Lanfranco, Lara Pace u Maria Borg. 'It-tfal kollox jixorbu. Jekk jaraw il-vjolenza, se jirrepplikawha' Dan l-istudju staqsa madwar 445 partiċipant, bejn l-etajiet ta' 18 u 24 sena, dwar l-esperjenzi tagħhom fit-tfulija bħala persuni li raw il-vjolenza domestika, li ġew maltrattati, li sofrew min- negliġenza, vittimazzjoni minn persuni tal-istess età u aħwa u vittimazzjoni sesswali. Minn dawn 49.2% kienu irġiel filwaqt li 50.8% kienu nisa. Il-prevalenza ta' vjolenza domestika f 'pajjiżna hija waħda kbira. Fil-fatt din il-ġimgħa stess, skont statistika ippubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika (NSO), ġie irraportat li kien hemm żieda ta' 28.5% fil- persuni li talbu għall-assistenza minħabba l-vjolenza domestika bejn l-2019 u l-2021. Kienu aktar min-nofs tal- parteċipanti li waqt l-etajiet bikrin tagħhom raw episodji ta' vjolenza domestika u esperjenzaw vittimazzjoni indiretta. Dan filwaqt li 54.3% raw tip ta' vjolenza fi ħdan familthom. Aktar speċifiku minn hekk, 42.5% qalu illi raw lil ġenitur ikun vjolenti permezz ta' oġġett jiġifieri, li taw daqqa ta' ponn mal-ħajt, waddbu xi ħada jew inkella raw vjolenza diretta mill-ġenituri fuq ħuthom. Hawn l-ILLUM lil Friggieri tistaqsi dwar x'effetti jħallu dawn l-esperjenzi fuq l-ulied. Għaliex il-vittimazzjoni bejn l-aħwa u t-tfal tal-istess etajiet kienu sinifikament relatati ma' esperjenzi ta' vjolenza u negliġenza fost l-oħrajn? "Jekk it-tfal minn ċkunithom qed jaraw ċertu modi ta' mġieba, ċertu lingwaġġ, kif jissolvew l-kunflitti eċċ. It-tfal se jixorbu kollox u jimitaw dak li qed jaraw madwarhom. Jekk dawn qed jaraw il-kunflitti l-kbar isolvuhom billi jgħajjru l-xulxin u jwaddbu l-affarjiet jew jerfgħu idejhom fuq xulxin ma jistax jonqos li t-tfal se jirrepetu dak li qed jaraw quddiemhom. Dak huwa normali għalihom. 90% qalu li sofrew minn xi tip ta' abbuż B'mod ġenerali 90% ta' dawk illi ipparteċipaw f 'dan l-istudju qalu li sofrew minn xi tip ta' abbuż, xi darba jew oħra fit- tfulija tagħhom. Kienu 10.4% biss li qalu li ma sofrewx minn abbuż. B'mod ġenerali wkoll, instab li n-nisa esperjenzaw ħafna aktar abbuż waqt it-tfulija. Mill-ħames tipi ta' abbużi li staqsa fuqhom dan l-istudju, jidher biċ-ċar illi trattament ħażin kienet l-aktar risposta komuni. Tant hu hekk illi kienu 61.4% tal-parteċipanti li sofrew minn dan. Hawn ukoll in-nisa wieġbu illi huma għaddew minn din is-sitwazzjoni kiefra. Iżda kif jiddefinixxu maltrattament? Dan l-istudju jindika illi l-aktar forma ta' maltrattament komuni kien dak abbuż psikolġiku u emozzjonali b'45% li jgħidu li kienu vittmi ta' dan. Madankollu, l-abbuż fiku mhux wisq 'il bogħod minn din iċ-ċifra hekk kif 45.7% tal-parteċipanti qalu li ġew abbużati minn xi ħadd li kien jieħu ħsiebhom. Bħalma jaraw fil-każi ta' vjolenza domestika, kważi 65% tal-parteċipanti qalu illi l-abbuż kien ġejj mill- missier bioloġiku jew addottiv tagħhom. Perċentwal ferm ikbar minn dawk illi qalu li ġew abbużati minn ommhom, jiġifieri 28%. L-istudju jinnota li każi bħal negliġenza, interferenza kustodjali jew ħtif minn membri ta' familja kienu inqas komuni. 42.5% li raw lil ġenitur ikun vjolenti mal-ġenitur l-ieħor kienu jitilfu aktar skola Din il-gazzetta tinnota illi 4.25% tal-parteċipanti, li fi tfulithom raw lil ġenitur ikun vjolenti mal-ġenitur l-ieħor kellhom ċans ikbar illi jitiflu l-iskola jew isibu diffikultà li jagħmlu x-xogħol tad-dar. "Dan huwa fattur illi irridu nistħarrġu ħafna aktar dwaru għax hu importanti. Fl-aħħar minn l-aħħar biex tistudja trid tkun b'saħħtek fuq livell fiżiku, emozzjonali u mentali," qalet Friggieri. Hija żiedet tgħid illi kważi, kważi, i t - t a g ħ l i m a k k a d e m i k u jiġi sekondarju ħdejn is-saħħa t a l - b n i e d e m . "Irridu nieħdu ħsieb l-istudenti issa u mhux inħarsu lejhom biss bħala ħaddiema tal-futur," kompliet tgħid il- Kummissarju. 'Wasalna biex invaraw it- tielet strateġija nazzjonali dwar il-vjolenza domestika u dik abbażi tal-ġeneru' Hija kompliet tgħid li l-Gvern se jkun qiegħed ivara t-tielet strateġija nazzjonali dwar il- vjolenza domestika u dik abbażi tal-ġeneru u li fost l-affarjiet li se jkun qiegħed jinidirizza, jitratta l-prevenzjoni bi sħiħ. "Qed naħdmu mill-qrib mal- Ministeru għall-Edukazzjoni biex il-prevenzjoni tkun inkorporata fil-kurrikulu, filwaqt li nagħtu taħriġ lill-front liners kollha biex jidentifikaw sintomi komuni ta' tfal li għaddejin żmien mill-aktar diffiċli," temmet tgħid mal- ILLUM il-Kummissarju Audrey Friggieri. IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 • illum L-ILLUM tkellem lill-Kummissarju dwar il-Vjolenza Domestika u vjolenza abbażi tal-Ġeneru Audrey Friġġieri b'reazzjoni għal ċifri xokkanti li juru li 90% qalu li sofrew minn xi tip ta' abbuż fi tfulithom. Tgħid li ħafna tfal tant huma imdorrijin jaraw l-abbuż li meta edukati fuqhom ma jemmnux li dik l-imġeba hija ħażina Audrey Friġġieri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023