Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756
02 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart Pharmacy, Valletta St Gaetan Pharmacy, Ħamrun Drugshop Dispensary, Ħal Qormi Collis William St Mark's Pharmacy, Swatar Regal Pharmacy, L-Imsida Krypton Chemist, Tal-Ibraġġ Brown's Pharmacy, Tas-Sliema Medica Pharmacy, Ħal Balzan Reeeds Pharmacy, In-Naxxar Brown's Pharmacy, Il-Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Brown's Pharmacy, Il-Kalkara Hompesch Pharmacy, Fgura St. Catherine Pharmacy, Iż-Żejtun St. Andrew's Pharmacy, Ħal Luqa Plaza Pharmacy, Ħaż-Żebbuġ Ideal Pharmacy, Ir-Rabat Malta Palm Pharmacy, Ir-Rabat Għawdex Sokkors Pharmacy, Kerċem Airport Pharmacy, Luqa L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Lvant għall-Grigal forza 3 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab għall-ewwel u mal-lejl; il- kumplament ikun sabiħ jew ftit imsaħħab. Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 6 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, Muscat u l-Vitals Minn paġna 1 F'dawn l-aħħar ġranet ħarġu l-fatti li jikkonfermaw li l-kumpanija Svizzera mingħand min irċieva flus bħala konsulenza kienet infatti VGH Europe, kumpanija li kienet involuta mal- VITALS. Biex tgħaxxaq il-persuna li kien qed imexxi l-VITALS qed jitlob status bħala whistleblower fl-Amerika fejn qed jallega affarijiet serjissimi fil-konfront ta' Keith Schembri li ħafna issa qed jgħarrfuh bħala l-lungo manus ta' Muscat. Ram Tumuluri li huwa meqjus bħala conman kbir kien ressaq il- VITALS lil Gvern Malti u wera kif ma kellu l-ebda esperjenza fil-kamp mediku, qed jallega li xi mhedded minn Keith Schembri li kien chief of staff ta' Joseph Muscat li jiġrilu bħal Daphne Caruana Galizia jekk ma jaċċettax li jidħlu Stewards flok Vitals. Schembri qed jinnega li qal lil Tumuluri dan il-kliem. Biex iktar jitgerfxu l-affarijiet, din il-ġimgħa ġie żvelat kif Stewards li ħadu over il- konċessjoni mingħand Vitals imma taħt l-istess kap eżekuttiv (Armin Ernst) kienu għaddew man-nofs miljun lil-kumpanija Svizzera li kienet qed tħallas il- Joseph Muscat. Muscat li qed igħid li jiġi ffremjajt mill-istess persuni, allegazzjoni li ma tantx qed tiġi emmnuta jew le. Minn naħa l-oħra nies viċin Muscat qalu lil din il- gazzetta li hu ser jibqa vokali fuq facebook u mhux ser jibża juri snienu. Filwaqt li ħafna mis- segwaċi tiegħu qed iħajjruh joħroġ għal kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej. Ġimgħa qabel il-protesta nazzjonali bl-isema ta' 'Xebbajtuna! Bidla fl-Ambjent u l-Ippjanar ISSA!', seħħet konferenza tal-ħabarjiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar minn rappreżentati ta' diversi komunitajiet u għaqdiet, sabiex isejjħu għal bidliet radikali urġenti f 'dak li għandu x'jaqsam mal-ippjanar u l-ambjent. Jindirizza l-konferenza tal- aħbarjiet kien hemm l-attivist mill-Moviment Graffitti, Andre Callus, li stqarr li issa l-appell għall-azzjoni fis-settur ambjentali u dak tal-ippjanar m'għadux limitat għal grupp żgħir ta' attivisti, iżda huma bosta Maltin u Għawdxin li xebgħu b'dak li qed isir f 'dawn l-oqsma. Hawn sar appell lill-pubbliku sabiex jesprimi d-diżapprovazzjoni tiegħu għal dak li qed iseħħ fl- ippjanar u l-ambjent, u jkun parti mill-protesta nazzjonali nhar is- Sibt 27 ta' Mejju. Il-kelliema fil- konferenza tal-aħbarjiet tkellmu dwar kif il-komunitajiet madwar Malta u Għawdex qed jitħarrbtu permezz ta' politiki tal-ippjanar, li qed iħallu wkoll effett negattiv kontinwu fuq l-ambjent naturali. Apparti minn hekk, saret ukoll referenza għall-fatt li l-awtoritajiet pubbliċi ma jiffunzjonawx, hekk kif minflok jaħdmu b'risq il- ġid komuni, qed jiffaċilitaw u jaċċelleraw it-tkissir tal-kwalità tal-ħajja madwar pajjiżna. Dan qed isir fl-istess waqt li qed jinqered il-wirt nazzjonali u tintilef il- biodiversità, kollu sabiex ikunu moqdija l-iżviluppaturi. Il-President tal-għaqda Din l-Art Ħelwa, Alex Torpiano nnota kif din l-għaqda qed tirċievi messaġġi kuljum sabiex tgħin fil- ġlieda kontra proġetti massiċċi, filwaqt li kritika lill-politiċi talli jġibu l-interessi tal-it qabel l-interessi tal-komunitajiet. Intant, Maria Attard, li hija akkademika, għamlet referenza għall-effetti tal-iżvilupp urban u ż-żieda fil-popolazzjoni, fosthom iż-żieda ta' karozzi fit-toroq u emissjonijiet, li lkoll qed iwasslu għal tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja. Attard spjegat ukoll li mingħajr l-immaniġjar kif suppost, ikun hawn kaos fil-pajjiż. Min-naħa tiegħu, Ingram Bondin, il-President r-Ramblers Association stqarr li dan l-isfreġju ambjentali mhux qed isir bi żball, iżda huwa r-riżultat ta' istituzzjonijiet li jagħtu prijorità lill-it. Bondin kellu kliem iebes għat-Tribunal tal-Ippjanar, l-ERA u s-Sovritendenza tal- Patrimonju Kulturali, talli jħallu lill-iżviluppaturi jagħmlu l-ħsara u jieħdu azzjoni wara li din tkun diġà saret. Intant, Ann Bugeja minn Friends of the Earth tkellmet dwar kif il-bijodiversità Maltija qed tħoss l-impatt tal-iżvilupp bla rażan. Min-naħa tiegħu, Stanley Protelli mill-għaqda Għawdix ħeġġeġ sabiex aktar Għawdxin jgħinu fil-ġlieda kontra t-theddida fuq il-gżira ta' tliet għoljiet. Minkejja dan kollu, waqt il- konferenza tal-aħbarjiet, intqal li xorta waħda fadal ħafna x'jista' jissalba, hekk kif sar appell biex wieħed ma jċedix għall-forzi tar- regħba. Hawn saret referenza għall-istanzi fejn il-poplu wera' l-poter tiegħu meta jkun magħqud u organizzat, u ġġieled għall-bidla effettiva. Għalhekk, intqal li l-protesta nazzjonali nhar is-Sibt se tkun qed issejjaħ għal bidla bżonnjuża fl-ippjanar li qed iħallu l-effetti tagħhom fuq pajjiżna, għal awtoritajiet indipendenti mill- politiċi u n-negozjanti, flimkien ma' mudell ekonomiku sostenibbli li ma jkunx dipendenti fuq tkabbir ekonomiku bla rażan. Intqal li l-protesta nazzjonali Xebbajtuna! se tagħti opportunità lill-poplu sabiex jiġġieled għal dak li ħaqqu: sistema tal-ippjanar li taħdem b'risq il-ġid komuni, u mhux gbiex jixxaħħam il-ġid tal- it. Iktar minn 70 grupp diġà taw l-appoġġ tagħhom għal din il- protesta, fosthom għaqdiet ta' studenti, gruppi soċjali, kulturali, organizzazzjonijiet ta' residenti u tal-wirt nazzjonali. Il-lista sħiħa tal-gruppi li qegħdin jappoġġjaw il-protesta s'issa tinsab fuq www. xebbajtuna.org. Il-pubbliku mħeġġeġ jesprimi d-diżapprovazzjoni tiegħu kontra l-isfreġju ambjentali u l-ippjanar bla rażan Andre Callus jindirizza il-konferenza stampa tas-Sibt