Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756
In-numru ta' vetturi li qed jinħarġu b'number plates li jispiċċaw LY żdied b'mod esponenzjali mill-2013 'l hawn, hekk kif bejn l-2013 sal-2022 inħarġu mat-3,591 number plates LY. Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija Parlamentari mistoqsija mid-deputat Nazzjonalista, Albert Buttigieg lill-Ministru għat-Trasport, Aaron Farrugia, fejn Buttigieg staqsa għal rendikont ta' kemm inħarġu minn dawn in-number plates sena wara sena mill-2013 sal-2023. Fil-fatt, ħareġ ukoll li sa issa, minn Jannar sa April ta' din is- sena, inħarġu 534 number plates LY, li jfisser li jekk din ix-xejra tkompli, in-numru ta' dawn il- plates din is-sena jiżboq dak tas- sena ta' qabel. Hekk kif wieħed jista' jinnota, fl-aħħar deċċenju seħħet żieda drastika fl-ammont ta' number plates ta' dan it-tip li qed jinħarġu sena wara oħra, bl-akbar żieda notevoli tkun bejn l-2021 u l-2022, fejn in-numru ta' LY plates żdied b'aktar minn 75%. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport, Adrian Delia stqarr li dan in-numru sinifikanti ta' number plates LY li qed jinħarġu jixhed abbuż fi ħdan it- Transport Malta, waqt li kien qed jitkellem f 'diskussjoni dwar il- bidliet riċenti fil-multi marbuta mal-kontravenzjonijiet tat- traffiku. Ftit jiem ilu, tħabbru multi ġodda għal kontravenzjonijiet tat-traffiku, fosthom ġiet irduppjata l-multa marbuta mal- użu tal-mobiles waqt is-sewqan. Adrian Delia stqarr li Transport Malta nnifisha taf dwar l-abbuż marbut ma' dawn in- number plates, hekk kif l-entità governattiva kienet ħarġet dokumenti dwar din il-problema. B'rabta ma' din il-problema, numru ta' xufiera Maltin li qed j appli kaw għal xogħol fis-settur tas-sewqan qed isibu sitwazzjoni quddiem wiċċhom fejn qed ikollhom jistennew minn xaharejn sa tliet xhur biex jaslu n-number plates, iżda xufiera barranin ikollhom jistennew biss minn tlieta sa erbat ijiem. Delia nnota kif minħabba f 'hekk, kumpaniji tat-taxis ovjament jagħżlu li jimpjegaw ħaddiema barranin, apparti l-fatt li l-ħaddiema barranin jitħallsu fuq bażi ta' commission, u mhux b'paga fissa. Huwa rrimarka fuq problema oħra li tinħoloq minħabba n-numru kbir ta' dawn in- number plates, hekk kif il- liġi tgħid li għal kull number plate ta' din ix-xorta, hemm bżonn garaxx biex dawn jiġu pparkjati filgħaxija. Għalhekk Delia staqsa kif huwa possibbli li wieħed japplika u jirċievi din in- number plate mingħajr ma biss ikollu garaxx fejn jipparkjaha. Fi Frar ta' din is-sena ġew introdotti xi tibdiliet fir- regolamenti marbuta ma' vetturi rreġistrati taħt number plate LY, hekk kif dawn ma kinux permessi għal ebda raġuni jkunu pparkjati barra minn garaxxijiet. Issa, wara t-tibdil, il-vetturi bi plates LY mhux se jlaqqtu multi ta' €500 jekk ikunu pparkjati barra matul il-ġurnata. Adrian Delia nnota li dawn il-każijiet għandhom x'jaqsmu lkoll maż-żieda tal-inċidenti tat-traffiku li qed tiġi nnutata fit-toroq Maltin. Huwa jgħid li jekk persuna tiġi f 'Malta u wara ġimgħa jirnexxielha jkollha liċenzja tas-sewqan li tippermetti li jsuq karozza Y-plate, filwaqt li din taħdem siegħat twal mingħajr garaxx u mingħajr għarfien sew tat- toroq Maltin, mela huwa ovja li jiżdiedu l-inċidenti tat-traffiku. aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 Rekords ġodda fin-numru ta' LY plates maħruġa fl-aħħar deċċenju Sa issa jidher li se terġa' tinqabeż ir- rekord ta' plates LY li jinħarġu, hekk kif sa April diġà nħarġu aktar minn nofs l-ammont li nħarġu fl-2022 Ċifri mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra fil-Parlament juru li qed jiżdiedu n-number plates LY, li huma assoċċjati mat-taxis Adrian Delia