Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756
08 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum X'kienu l-aħħar żviluppi fis-saga ta' Vitals aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet It-Tnejn Ir-Rapport tal-Awditur Ġenerali Din il-ġimgħa bdiet bil- pubblikazzjoni tat-tielet rapport tal-Awditur Ġenerali nhar it-Tnejn 15 ta' Mejju, liema rapport ta d-dettalji ta' kif Konrad Mizzi kien qarraq bil-kabinett tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Dan hekk kif ir-rapport jinnota li Konrad Mizzi kien approva t-trasferiment tal-konċessjoni tal-isptarijiet minn Vitals Global Healthcare (VGH) għal Steward Healthcare mingħajr il-kunsens tal-kabinett. L-Awditur Ġenerali nnota li dawn it-tip ta' azzjonijiet mgħaġġla u bil-moħbi jirrepetu ruħhom tul is-snin, fosthom anke meta Konrad Mizzi reġa' qarraq bil- kabinett meta ġie ffirmat ehim ma' Steward li kien ifisser li l-Gvern ikollu jħallas €100 miljun jekk il- kuntratt ta' Steward qatt xi darba jiġi annullat mill-Qorti, kif fil-fatt ġara aktar kmieni din is-sena. Ir-rapport jagħmel referenza wkoll għad-dinamika mhux normali tal-Prim Ministru Joseph Muscat u Konrad Mizzi li dak iż-żmien kien il-Ministru għat- Turiżmu, għad-detriment tal- Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne. Huwa dokumentat li minħabba din l-attitudni li ppersistiet tul is-snin, il-Gvern ħalla lilu nnifsu jiġi sfruttat, b'mod speċjali meta l-konċessjoni tal-isptarijiet saret risponsabbilità ta' Ministru għat- Turiżmu. Fil-fatt, ir-rapport kellu kliem iebes għal Konrad Mizzi anke fl-investigazzjoni biex isir dan ir-rapport, hekk kif huwa kellu rwol ċentrali f 'din il-konċessjoni, u għażel li ma jikkoperax fl- investigazzjoni tal-Awditur Ġenerali. Mizzi mbagħad kiteb post fuq Facebook, fejn iddeskriva l-fatt li qarraq bil-kabinett bħala allegazzjoni falza. Apparti minn hekk l-Awditur Ġenerali nnota sens ta' urġenza min-naħa tal-Gvern biex jingħalaq dan il-ehim ma' Steward, liema urġenza qajjmet dubji dwar jekk l-interessi tal-Gvern ġewx indirizzati. Dan wassal anke sabiex kien hemm sitwazzjoni fejn il-kabinett ried japprova t-trasferiment tal-konċessjoni wara li din diġà kienet ingħatat l-awtorizzazzjoni minn Konrad Mizzi. Ir-rapport jiddokumenta wkoll l-inabbiltá ta' Steward biex twettaq dak li ġie mwiegħed fil-ehim mal- Gvern. Ġie nnutat kif minkejja li Steward lestiet il-proġett tal- Iskola Medika ta' Barts, u proġetti oħra li għadhom ma tlestewx, ma rnexxiliex tagħmel il-maġġoranza tal-proġetti li ġiet imħallsa tagħmel. Din il-konċessjoni, b'kollox swiet mal-€268.6 miljun bejn l-2016 u 2021, kif ukoll €188.5 miljun oħra li tħallsu f 'pagi, li jfisser li b'kollox ingħataw €456 miljun mit-taxxi tal-poplu. Ir-rapport diskuss fil- Parlament It-Tnejn waranofsinhar, it tal- ħin wara nfetaħ il-Parlament, il- Whip tal-Gvern, Andy Ellul talab sabiex il-Parlament jissospendi l-agenda ta' dakinhar biex b'mod urġenti jiġi diskuss dan ir-rapport, li kien ħareġ it tal-ħin qabel, liema rapport fih aktar minn 400 paġna. Dan ma niżilx tajjeb mal- Oppożizzjoni, hekk kif il-Whip Robert Cutajar stqarr li jekk il-Gvern huwa serju u jrid diskussjoni, imissu jagħti ħin sabiex l-Oppożizzjoni tkun tista' taqra dan ir-rapport. Fid-diskors tiegħu fil-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela, stqarr li dan ir-rapport jikkontradixxi allegazzjonijiet ta' involviment tiegħu f 'din il- konċessjoni. Abela qal li r-rapport jagħmel distinzjoni bejnu Chris Fearne u Clyde Caruana, u dawk li sejjaħ bħala "oħrajn" li kienu involuti fil-ehim. Huwa qal li mindu nħatar Prim Ministru fl-2020, ħadem biex l-isptarijiet jingħataw lura lill- Gvern, u rrimarka kif ir-rapport tal-Awditur Ġenerali jgħid li Abela kien jaf id-dettalji kollha tal-konċessjoni meta sar Prim Ministru. Wara l-Prim Ministru, kien imiss id-diskors tal-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech, li stqarr kif Robert Abela kien għamel patt sigriet ma' Joseph Muscat biex jipproteġih, u għalhekk, Abela m'għandux għażla ħlief li jiddefendi lill-predeċessur tiegħu u l-konċessjoni tal-isptarijiet. Grech kellu kliem iebes għal Robert Abela, hekk iddeskrivih bħala Prim Ministru bla sinsla u kompromess. Dwar ir-rapport innifsu, Bernard Grech qal li dan jikkonferma li l-Gvern kien ħaġa waħda mal-frodisti, filwaqt li nnota kif jekk wieħed jaqra r-rapport, jinduna li l-amministrazzjonijiet ta' Joseph Muscat u Robert Abela kienu parti mill-akbar każ ta' frodi f 'pajjiżna. Min-naħa tiegħu, l-eks Kap Nazzjonalista, Adrian Delia, li kien fetaħ kawża fil-Qorti sabiex il-kuntratt tal-konċessjoni jiġi annullat, iddeskriva s-seduta Parlamentari tat-Tnejn bħala waħda "surreali". Fil-fatt, Delia uża l-istess kelma biex jiddeskrivi wkoll il-kontenut tar-rapport innifsu. It-Tlieta Il-Partit Laburista ma' jiċħad milli jikkundanna It-Tlieta filgħodu, Il-Partit Laburista ċaħad milli jikkundanna l-aġir ta' Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi b'rabta ma' dak li ġie ppubblikat mill- Awditur Ġenerali. Fi tweġiba lill-midja waqt konferenza tal- aħbarjiet, il-Ministru għall- Ġustizzja, Jonathan Mizzi saħaq li l-poplu Malti għandu jiġġudika lill-Partit Laburista dwar kif aġixxa dwar il-kwistjoni ta' Vitals mill- 2020 'il quddiem, mindu Robert Abela leħaq Prim Ministru. L-Oppożizzjoni tiddiskuti r-rapport fil-Parlament Dakinhar, waranofsinhar, meta l-Parlament kellu jiddiskuti aġenda oħra 'lil hinn mill- konċessjoni tal-isptarijiet, deputati Nazzjonalisti użaw il- ħin tagħhom biex jiħu l-kanuni kontra l-fallimenti taż-żewġ amministrazzjonijiet Laburisti li wasslu għall-mument storiku fl- istorja politika ta' Malta. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja, Karol Aquilina qal li l-aħħar rapport tal-Awditur Ġenerali jikkonferma li l-Partit Laburista ffroda lill-pajjiż, u huwa l-akbar frodist. Huwa żied li r-rapport jikkonferma wkoll li l-frodi sar minn Joseph Muscat u Robert Abela bil-kompliċità tal- Membri Parlamentari Laburisti li appoġġjaw dak li sejjaħ bħala l-akbar skandlu fl-istorja ta' Malta. Fid-diskors tiegħu, Aquilina tkellem dwar siltiet mir-rapport, li jgħidu kif fost l-oħrajn, il-Gvern ħallas lil Steward €49 miljun fl- 2020, meta l-istess kumpanija kellha profitt ta' sitt miljun ewro fl-istess sena, kif ukoll li l-Gvern ħallas lil Steward mal-€268 miljun bejn l-2016 u 2021 fi ħlasijiet li ma jinkludux pagi. Fil-Parlament tkellem ukoll id-deputat, Darren Carabott fejn akkuża lill-Gvern b'nuqqas ta' azzjoni deliberata fil-konfront tal-ehim. Spjega kif fl-2016 il- Union Ħaddiema Magħqudin appellaw għal investigazzjoni tal- kuntratt fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, fl-2018 l-Oppożizzjoni kitbet lill-Awditur Ġenerali, u fl- 2020 Adrian Delia fetaħ il-kawża tiegħu fil-Qorti, u anke wara li nħarġu r-rapporti mill-Awditur Ġenerali, il-Gvern baqa' m'għamel xejn. Carabott stqarr li l-Gvern xirta għadu fiċ-ċans li jagħmel dak li hu ġust, iżda huwa kompromess hekk kif irid jipproteġi lil Joseph Muscat. Min-naħa tiegħu, Bernard Grech akkuża lil Joseph Muscat u Robert Abela li użaw l-influwenza tagħhom biex igerfxu l-proċess tal-ġustizzja. Grech qal li l-Gvern uża fondi pubbliċi biex jippreveni l-Qorti milli tasal għall- konklużjoni tagħha. Tul l-aħħar ġimgħa, l-aħbarjiet lokali kienu ddominati mill-aħħar żviluppi dwar l-iskandlu tal-konċessjoni tal-isptarijiet. Iżda x'ġara eżatt f'din il-ġimgħa dwar is-saga ta' Vitals u Steward? Konrad Mizzi jiċħad li ma kkoperax mal- Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu L-eks cheif of staff ta' Joseph Muscat, Keith Schembri ġie deskritt li kellu rwol krużjali fit-trasferiment tal-konżessjoni tal- isptarijiet Il-Kap tal- Oppożizzjoni BBernard Grech jappella għall- għaqda u aktar ħidma b'risq il- ġustizzja f 'Malta