Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1499756
Vitals u Steward f'din l-aħħar ġimgħa? 09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 L-Erbgħa Żvelati tranżazzjonijiet ta' eluf kbar lil Joseph Muscat L-Erbgħa filgħodu, ġie żvelat li l-kontijiet bankarji ta' Muscat qed jiġu investigati minħabba pagamenti li għandhom x'jaqsmu mal-ehim tal-isptarijiet. Huwa mium li Muscat kellu kuntratt ta' konsultazzjoni ma kumpanija fl-Isvizzera li setgħet intużat sabiex jingħaddu fondi marbuta mal-ehim. Dan hekk kif huwa rċieva pagamenti minn kumpanija SpringX Media u oħra bl-isem ta' Accutor Consulting, li għandhom l-istess indirizz. Ġie żvelat li l-kumpanija, Accutor Consulting kien jisimha VGH Europe, u bidlet isimha f 'Jannar tal-2018, it wara li Steward Healthcare ħadu l-konċessjoni tal-isptarijiet f 'idejhom. Hawn ħareġ ukoll li apparti Joseph Muscat, Keith Schembri huwa meqjus bħala persuna ta' interess fl-investigazzjoni, filwaqt li l-awtoritajiet wettqu tfittxija fid- dar ta' Konrad Mizzi bħala parti mill-istess investigazzjoni. Fid-dawl ta' dawn ir-rapporti, Muscat qal li dak żvelat m'huwiex minnu, u sejjaħlu bħala frame-up. "Angelo Gafa l-ikbar ostaklu għall-ġustizzja" - Repubblika Quddiem il-Qorti, l-għaqda Repubblika akkużat lill- Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafa li qiegħed ikaxkar saqajh u li ma obdiex l-ordni diretta ta' Maġistrat biex jarresta lil Joseph Muscat. Il-President tal-għaqda, Robert Aquilina qal li dak li ġie żvelat dakinhar juri li Muscat huwa implikat f 'konfoffa kriminali. Huwa stqarr li Joseph Muscat għadda miljuni kbar lil Vitals, li għaddiethom lil Accutor Consulting, li reġgħet għaddiethom lil Muscat u investitur mill-Pakistan, hekk kif saħaq li dan huwa każ ċar ta' ħasil ta' flus. Aquilina tenna li mindu erba' snin ilu, Repubblika talbet għal inkjesta Maġisterjali dwar il- konċessjoni tal-isptarijiet, il- Pulizija ma ħadet ebda azzjoni kontra l-persuni involuti. L-eks direttur ta' Vitals jgħid li ġie mhedded minn Keith Schembri Aktar tard, imxiet l-aħbar li Ram Tumuluri, li kien direttur ta' Vitals, kien ġie mhedded minn Keith Schembri, meta tal-aħħar kien qed jipperswadih biex ibiegħ il-konċessjoni tal-isptarijiet lil Steward Health Care. Fl-Istati Uniti, Tumuluri kien stqarr li kien vittma ta' pjan tal- amministrazzjoni ta' Joseph Muscat, sabiex huwa jitkeċċa' minn Malta, sabiex il-gvern Malti jimxi 'il quddiem bi pjan biex Steward tieħu l-konċessjoni f 'idejha. Hawn ħareġ li f 'laqgħa bejn Tumuluri u Schembri f 'Diċembru tal-2017, Schembri kien qallu li "Jaf x'kien ġralha Daphne", u li ma jridx jispiċċa' f 'dik il-pożizzjoni. Dakinhar, Schembri ċaħad dawn l-allegazzjonijiet. Protesta quddiem il- Parlament Fi protesta quddiem il- Parlament imsejjħa mill-Kap tal- Oppożizzjoni, Bernard Grech, Grech appella sabiex dawk li jappoġjawh ma jaqgħtux qalbhom fil-ġlieda għall-verità, hekk kif issa aktar minn qatt qabel, huwa ż-żmien li l-poplu jingħaqad kontra "l-korrotti". Quddiem il-folla, Grech stqarr li bħal ħallelin, esponenti tal- gvern, issa qed iduru kontra xulxin. Huwa nnota li qed ngħixu fi żmien "surreali", iżda issa huwa ż-żmien li toħroġ il-veritá, hekk kif il-poplu Malti xeba' minn "dan il-Gvern korrott." Bernard Grech innota li issa, il-Gvern m'għadux jistaqsi għall- evidenza, iżda sar jitfa' t-tort fuq ħaddieħor biex isalva lilu nnifsu. Il-Kap tal-Oppożizzjoni indirizza folla li m'humiex "ħomor jew blu", iżda ċittadini lesti biex jiġġieldu għal futur aħjar għal Malta. Meta għamel referenza għal allegazzjonijiet ġodda dwar l-eks Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li llum, hemm evidenza iswed fuq l-abjad li Muscat irċieva eluf kbar ta' ewro minn Vitals. Apparti minn hekk, innota kif kull jum li jgħaddi mingħajr arresti b'rabta ma' dan il-każ, huwa jum ieħor fejn il-Kummisarju tal- Pulizija, Angelo Gafà jitradixxi l-irwol tiegħu li jipproteġi l-poplu Malti. Bernard Grech filwaqt li temm id-diskors tiegħu, saħaq li l-ħidma għadha mhix lesta, u flimkien jista' jiġi assigurat li ħadd ma jkun jista' jagħmel li jrid. Il-Ħamis Persuna tersaq 'il quddiem biex tixhed Il-Ħamis filgħodu, waqt konferenza tal-aħbarjiet quddiem il-Qorti, il-Partit Nazzjonalista ħabbar li persuna, li bħalissa hija anonima, tkellmet mad-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut, biex tesprimi x-xewqa li tixhed u tagħti evidenza marbuta mal- konċessjoni tal-isptarijiet. F'dan il-mument, ftit huwa magħruf dwar din il-persuna, iżda li huwa żgur hu li l-persuna tat dokumenti, emails u messaġġi li jindikaw atti frawdalenti, u li din l-evidenza timplika rappreżentanti minn Steward u Vitals, konsulenti legali tal- Gvern, politiċi Laburisti u anke uffiċjali pubbliċi. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ħabbar li Mark Anthony Sammut ippreżenta erba' volumi ta' evidenza lill- Maġistrat Gabriella Vella, li qed tmexxi l-inkjesta fuq il-ftehim tal-isptarijiet. Hawn, Grech stqarr li din l-inkjesta Maġisterjali hija l-aħħar tama għall-ġustizzja u d-demokrazija f 'Malta, hekk kif ikkritika l-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafa għan- nuqqas t'azzjoni tiegħu. Muscat jitlob rinunzja tal- Maġistrat Gabriella Vella Fl-istess waqt, Joseph Muscat talab ir-rinunzja tal-Maġistrat Gabriella Vella mill-inkjesta fuq il-konċessjoni, hekk kif fi kliemu, l-inkjesta għanda tgħaddi f 'idejn ġudikant li jista' jassigura kemm bħala perċezzjoni kif ukoll bħala fatt, l-imparzjalita f 'dan il-każ li issa sar politiku. Fost ir-raġunijiet li semma', l-eks Prim Ministru qal li l-Maġistrat Vella ma laqgħatx talbiet tiegħu biex huwa jixhed fl-inkjesta, u qal li persuni bħal Jason Azzopardi u Robert Aquilina għamlu stqarrijiet fuq il-midja soċjali li jagħtu wieħed x'jifhem li kienu jafu x'kien għaddejn f 'din l-inkjesta. Il-PN b'rikors fil-Qorti b'rabta ma' persuna anonima, li tkellmet mad-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut, biex tesprimi x-xewqa li tixhed u tagħti evidenza marbuta mal-konċessjoni tal-isptarijiet Joseph Muscat jiddeskrivi dak żvelat dwar il- kontijiet tiegħu bħala frame-up Ram Tumuluri jgħid li Keith Schembri heddu biex jitrasferixxi l-konżessjoni tal-isptarijiet lejn Steward 09 09