Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675
Il-kurżità hija l-bidu għal kull kunċett kreattiv. "Il-proġett beda bil-mistoqsija – x'jiġri jekk? Bħala organizzaturi tal-MASP Awards aħna kontinwament qegħdin nesploraw u nfittxu modi ġodda u dinamiċi biex nesponu l-arkitettura Maltija, filwaqt li nappoġġjaw ix-xogħol notevoli tal-periti lokali," jispjega Peter Gingell. "L-involviment tal-moda pprovdielna mezz biex inkunu nnovattivi u kreattivi filwaqt li nagħtu pjattaforma lil xi binijiet lokali li għandhom forom, stili u funzjonalitajiet distinti. Ħassejna li l-paralell bejn l-industriji tal- moda u l-arkitettura ma tistax tiġi njorata." Hekk kif l-arkitettura mxiet lejn estetika aktar moderna, il- konnessjoni mal-moda saret aktar evidenti. Kemm l-arkitettura kif ukoll il-moda jesprimu l-gosti u l-identità unika tal-individwu u s-soċjetà. Mill-viżwalizzazzjoni sal-kunċettwalizzazzjoni, mill- kostruzzjoni sas-sengħa, il- proċessi tad-disinn ta' kull wieħed għandhom ħafna xebh. Mhux biss, iż-żewġ setturi għandom vokabularju komuni. Bl-evoluzzjoni ta' materjali ġodda tal-bini, prattiċi relatati mal-moda normalment użati fil-manifattura ta' ħwejjeġ bħal tgeżwir, pleating u tiwi, issa qed jidhru fuq il-faċċata ta' binijiet ġodda. B'koinċidenza, t-terminoloġija użata regolarment fl-arkitettura, bħall- massa u l-volumetrika tista' tiġi nnutata fuq il-catwalks tal-lum. Barra minn hekk, hemm każi fejn studenti li jistudjaw l-arkitettura qalbu għad-dinja tal-moda. Konna nteressati ħafna meta ltqajna mad-disinjaturi tal- moda lokali 'Bajja'. Din il-kumpanija hija dak li konna qegħdin infittxu – id-disinjaturi, li huma periti professjonali, huma wkoll aħwa. L-aħwa Bezzina huma ħabrieka, metikolużi u enerġetiċi. "Waħda mill-isfidi kienet li niddeċiedu liema binjiet kellna nagħżlu biex Bajja jispiraw ruħom. Il-lista inizzjali kienet twila iżda wara dibattiti ma' Samaria u Vincienne għażilna erba' binjiet biex jintużaw għal dan il-proġett. Dawn il-binjiet ġew iddisinjati u mibnija b'mod professjonali, b'attenzjoni għad- dettall u bl-użu ta' materjali ta' kwalità. Dawn id-disinji jissimbolizzaw il-wirt Malti għal ġenerazzjonijiet twal matul iż- żmien," irrimarka Peter Gingell. Il-proġett ħa ispirazzjoni mill-karatteristiċi, l-filosofija u d-disinn ta' erba' binjiet storiċi lokali, kull wieħed eżempju tajjeb ta' arkitettura fl-epoka rispettiva tagħhom: il-Balluta Building, Dar il-Ħanin Samaritan, it- Tempji ta' Ħal Tarxien, u l-Knisja Parrokkjali tal-Fgura. "Il-preżentazzjoni ta' kollezzjoni tal-moda apposta għaċ-ċeremonja tal-MASP Awards kienet speċjali ħafna għalina, peress li żewwiġna ż-żewġ passjonijiet tagħna, l-arkitettura u l-moda," spjegat id-disinjatriċi tal-moda Samaria Bezzina. "Kemm l-arkitettura u l-moda isegwu proċess simili ħafna, minn żjara tas-sit u l-iżvilupp tal-kunċett, sat-tpinġija, t-tfassil tal-pjanti għall-bini jew l-abozz tal-libsa. Kemm il-moda kif ukoll l-arkitettura jesprimu ideat ta' identità personali, soċjali u kulturali, li jirriflettu l-ħsibijiet ta' min qed juża u l-ambizzjonijiet ta' dawk iż- żminijiet." Vincienne Bezzina qalet li "bħala disinjaturi, nżommu l-kwalità u s-sengħa bħala l-ogħla prijorità tagħna. Ħdimna mill- qrib mal-Awtorità tal-Ippjanar, u ma' ħajjata lokali eċċellenti, Ina Zammit, fejn bqajna leali għall-ispirtu oriġinali tal-bini u komplejna t-tradizzjoni Maltija ta' kwalità u eċċellenza." Għal-libsa ispirata minn Balluta Buildings, id-disinjaturi ffukaw fuq it-tliet arkati vertikali prominenti tal-istruttura, il-bieb distintiv tal-ħadid maħdum u l-persjani ħodor. Huma ħolqu disinn stampat tal-ħarir u nkorporaw kurpett aħmar fuq il- libsa li tirrifletti d-disinn tal-bieb, biex taqbel mal-istil Art Nouveau tal-bini tal-Perit Giuseppe Psaila. Waqt li taw ġieħ lix-xogħol tal-Perit Malti Richard England, id-disinjaturi ffukaw fuq il-ġnien tal-meditazzjoni f 'Dar il-Ħanin Samaritan – il-muża għal libsa oħra fil-kollezzjoni. Il-libsa ta' kuluri vibranti tinkorpora l-vjaġġ fil-ġnien tal-ħajja mit-twelid u lil hinn mill-mewt, billi użaw id- dawl u dell, bil-fluwidità bħala mod għall-elementi arkitettoniċi tal-ispazji relatati mal-ilma. Il-libsa ispirata mit-Tempji ta' Ħal Tarxien tittrasforma t-tinqix dettaljat u rinomat ta' dan is- sit fid-disinn, bi qmis tal-qoton tal-ħarir stampat b'kulur aħmar vivaċi li jirrifletti d-demm tas-sagrifiċċju u l-użu tal-okra. Il-parti ta' fuq tal-libsa bil-motif tal-okulus ifisser iż-żoni sagri tat-tempji, filwaqt li l-għażla tad- drapp tagħti l-impressjoni tal- ġilda tal-annimali - aspett ewlieni fil-soċjetajiet preistoriċi. Fl-aħħarnett, il-linji trijangolari u t-twieqi vivaċi tal-ħġieġ tal- Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu fil-Fgura ispiraw l-aħħar libsa tal-kollezzjoni tal- proġett. Parti mill-libsa timita s-saqaf tal-knisja b'forma ta' piramida, bi drapp abjad tas-satin pur li jifforma forom trijangolari fuq qmis vibranti. "Nittamaw li nesibixxu dawn l-ilbiesi dalwaqt – iddisinjati u magħmulin minn artisti Maltin, bħal binjiet li ispiraw lilhom u l-periti tagħhom. Se noħolqu ukoll pubblikazzjoni dwar dan il-proġetti u l-istorja u l-proċess li ispirhom," temm jgħid is-Sur Gingell. "Hemm bosta elementi uniċi u kreattivi Maltin li jikkumplimentaw l-arkitettura ta' pajjiżna. Aħna ħerqana li nesploraw aktar dwar dan fl- MASP Awards li jmiss!" Aktar informazzjoni dwar il- proġett żur www.maspawards. com. 16 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi kummeċjali IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 • illum Kollaborazzjoni ta' ispirazzjoni bejn l-arkitettura u l-moda Matul dawn l-aħħar xhur l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) ħadmet fuq proġett kreattiv u nnovattiv li ta' pjattaforma differenti tar-relazzjoni bejn il-moda u l-arkitettura. Peter Gingell mill-PA u żewġ periti/disinjaturi mid-ditta tal-moda lokali BAJJA jitkellmu fuq il-proċess li wassal għal dan il-proġett interessanti. Vincienne Bezzina (Bajja), Maria Spiteri (PA), Samaria Bezzina (Bajja) u Peter Gingell (PA)