Illum previous editions

ILLUM 4 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 19

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 09 09 l-politika: Analiżi tal-istħarriġ tal-Istat tan- jgħixu u jaħsbuha l-Maltin Dan hekk kif meta mistoqsija jekk il-midja tirrapportax is- suġġetti li jikkonċernawhom, kienu biss 21% li wieġbu "ħafna", filwaqt li 46.4% wieġbu "Imsomma", 21% wieġbu "lanqas xejn", u 10.8% wieġbu "ma nafx". Għal sena oħra, it-televiżjoni huwa l-aktar sors ta' aħbarjiet popolari fost il-Maltin, hekk kif ġie nnutat tnaqqis sostanzjali fl-ammont ta' persuni li jsegwu l-aħbarjiet minn "links tal-portals tal-aħbarjiet fuq Facebook", hekk kif in-numru ta' Maltin li jżommu ruħhom infurmati permezz ta' Facebook naqas b'20.1% mis-sena ta' qabel. Il-gazzetti online u r-radju wkoll huma sors ta' aħbarjiet li qed jaraw tnaqqis fil-persuni li jagħmlu użu minnhom sena wara oħra. 24.7% tal-Maltin qalu li jsegwu l-aħbarjiet "fuq paġni jew gruppi tal-ħbieb fuq Facebook", liema rata baqgħet stabbli meta kkumparata mas- sena ta' qabel. Dan filwaqt li 6.3% tal-Maltin ma jsegwux aħbarjiet Maltin. Il-gazzetti online huma l-aktar sors popolari fost dawk il-persuni ta' bejn is-16 u t-35 sena, u kważi nofs (47%) ta' dawk b'edukazzjoni terzjarja jagħmlu użu minn dawn il- gazzetti online. Jidher ukoll li l-aħbarjiet permezz ta' links fuq Facebook huwa l-aktar mod popolari għall-aħbarjiet għall- persuni kollha minn 16-il sena sa' 55 sena. Ta min jinnota li t-tnaqqis ġenerali ta' persuni li jaraw l-aħbarjiet meta kkumparat mas-sena l-oħra tista' tkun marbuta mal-fatt li fl-2022 saret l-elezzjoni ġenerali, u għalhekk, kien aktar probabbli li l-Maltin isegwu l-aħbarjiet. Minkejja dan, xorta waħda kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-persuni li jsegwu l-aħbarjiet mill-2021 sal-2022, li tista' tkompli tixhed l-indifferenza lejn il-ġrajjiet kurrenti lokali li qed tiżdied maż-żmien. Il-Familja Il-Maltin u l-Għawdxin, għandhom il-familja għal qalbhom, skont dak li jixhed l-istħarriġ, b'75.6% jgħidu li jagħmlu l-għażliet importanti f 'ħajjithom flimkien mal- membri tal-familja tagħhom. F'din il-mistoqsija, fejn wieħed seta' jagħżel aktar minn tweġiba waħda, 50.9% qalu li dawn id- deċiżjonijiet jagħmluhom ukoll waħidhom. Il-familja hija wkoll l-akbar sors ta' sapport fost il-Maltin, b'68.8% tal-poplu jgħidu li dejjem iduru għall-familja li jgħixu magħhom meta jgħaddu minn żmien iebes f 'ħajjithom. Fil-fatt, jidher li l-Maltin jippreferu bil-kbir l-għajnuna tal-familja li jgħixu magħhom, ferm aktar mill-għajnuna ta' persuni professjonali, fosthom terapisti tal-familja, psikoloġisti u social workers. Minkejja dan, jidher li maż-żmien aktar nies qed ifittxu l-għajnuna ta' dawn il-professjonisti, hekk kif filwaqt li 53.9% qalu li qatt ma jirrikorru għall-professjonisti fi żmien iebes, din ir-rata hija kważi 10% inqas minn dik ta' sentejn ilu. Apparti minn hekk, il-familja ġiet innutata wkoll li hija l-akbar istituzzjoni li tgħallem il-valuri tas-soċjetà lill-ġenerazzjonijiet tal-futur, hekk kif 85.9% qalu li r-rispett u l-valuri li jħaddnu qed jiġu l-aktar mgħallma mill- familja. Il-Ħajja Din is-sena l-ammont ta' persuni li jippjanaw ħajjithom u dawk li jgħixu ġurnata b'ġurnata huma kważi indaqs, (50.4% u 49.6% rispettivament) hekk kif tul dawn l-aħħar tliet snin, ir-rata ta' nies li jippjanaw ħajjithom naqset b'21%. Fost dawk li jippjanaw l-aktar ħajjithom hemm żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-25 sena, filwaqt li l-Maltin huma aktar probabbli li jgħixu ġurnata b'ġurnata aktar kemm ikollhom żmien. L-istħarriġ jagħmel referenza wkoll għall-fatt li apparti l-età, id-dħul jagħmel differenza wkoll fl-ippjanar tal-ħajja. Dan hekk kif aktar kemm wieħed iħallas taxxa, huwa aktar probabbli li jippjana ħajtu. Il-kuntentezza bil-ħajja tal- Maltin ġiet innutata li naqset bi 11% mis-sena ta' qabel, hekk kif din ir-rata niżlet għal 66%. B'mod notevoli, l-istħarriġ isib li iktar kemm wieħed għandu dħul, inqas huwa kuntent, hekk kif filwaqt li 68% ta' dawk li ma jħallsu ebda taxxa qalu li huma kuntenti, ir-rata ta' kuntentezza naqset għal 53.6% fost dawk li jħallsu l-iktar taxxa. Dwar il-futur, wieħed jista' jinnota' li l-inċertezza qed taffettwa lil Maltin, hekk kif għall-mistoqsija, "Taħseb li fi żmien sena se tkun qed tgħix aħjar mil-lum?", 45.7% qalu li ma jafux, filwaqt li 39.1% wieġbu fil-pożttiv, u 15.2% qalu le. Il-Kultura L-istħarriġ tal-Istat tan- Nazzjon iħares ukoll lejn kif il- Maltin jinteraġixxu mal-kultura Maltija. Fl-2023, il-Maltin stqarru li l-festi tal-irħula u l-ibliet huma l-aktar fattur importanti fil-kultura Maltija, u l-ikel tradizzjonali Malti ġie fit- tieni post. L-importanza tal-kura tidher li hija għolja wkoll fost il- Maltin, hekk kif 63% ta' dawk li rrispondew qalu li l-involviment fl-arti u l-kultura huwa importanti ħafna għall-iżvilupp personali tal-bniedem. F'dinja li dejjem qed tinbidel u fejn kull pajjiż qed isir aktar viċin ta' ieħor, il-Maltin ġew mistoqsija wkoll dwar il- multikulturaliżmu, u jekk humiex komdi bit-taħlit tal- kulturi fis-soċjetà Maltija. Hawn ġiet innutata reazzjoni mħallta mill-Maltin. Huma ġew mistoqsija biex jagħtu numru minn wieħed sa ħamsa, b'wieħed ifisser "ma jien komdu xejn" u ħamsa jfisser "komdu ħafna." Il- medja ta' dawk li rrispondew taw in-numru tlieta, li jista' jindika li filwaqt li m'humiex kontra t-taħlit tal-kulturi, għandhom dubji dwar kif dan isir. L-aktar grupp ta' nies favur il-multikulturaliżmu huma ż-żgħażagħ Maltin, iżda kieku dan mhux il-każ, il-maġġoranza tal-Maltin jopponu t-taħlit tal- kulturi. Dan f 'kuntest ta' pajjiż li ra żieda qawwija ta' barranin li jgħixu fih fi żmien qasir.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 June 2023